LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 1/8 pp. 28-29
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Agħmel il-​Qari Pjaċevoli għal Uliedek
  • L-​Iljunfanti u l-​Bżar Aħmar
  • Messaġġi li Jtellfu l-​Irqad
  • L-​Eqdem Ktieb Stampat li Jeżisti
  • Il-​Bibien tal-​Knejjes Qed Jingħalqu
  • Huwa t-​Televixin taʼ Ħsara għat-​Tfal Żgħar?
  • Id-​Daħq Mediċina Tajba
  • Tojlits li Ma Jilqgħukx
  • L-​avorju Kemm Jiswa?
    Stenbaħ!—1998
  • Għandi Bżonnu t-Telefon Ċellulari?
    Stenbaħ!—2002
  • Ħarsa Lejn Id-dinja
    Stenbaħ!—2001
Stenbaħ!—2005
g05 1/8 pp. 28-29

Ħarsa Lejn id-​Dinja

Agħmel il-​Qari Pjaċevoli għal Uliedek

“Ġie nnotat li t-​tfal taʼ qarrejja tajbin isegwu l-​eżempju tal-​ġenituri tagħhom,” tgħid Beatriz González Ortuño, speċjalista tan-​newrolingwistika (l-istudju tal-​konnessjoni bejn il-​moħħ u l-​lingwa), bħalma ġie rapportat fil-​gazzetta Messikana Reforma. Ladarba t-​tfal għandhom kapaċità kbira biex jitgħallmu, huwa tajjeb li tinkuraġġixxi l-​interess tagħhom fil-​qari saħansitra qabel ma jkunu jafu jidentifikaw il-​vokali. Per eżempju, tistaʼ taqralhom stejjer li jgħinuhom jiżviluppaw l-​immaġinazzjoni tagħhom. Il-​gazzetta tagħti s-​suġġerimenti li ġejjin biex lit-​tfal tinteressahom fil-​qari: “Oqogħdu bil-​qiegħda flimkien. . . . Ħalliehom idawru l-​paġni, jinterrompu meta jridu, u jistaqsu mistoqsijiet. . . . Għidilhom biex ikellmuk dwar l-​oġġetti u l-​karattri li jidhru fl-​istorja. Wieġeb il-​mistoqsijiet tagħhom kollha. . . . Agħmel konnessjoni bejn il-​ktieb u l-​ħajja tat-​tfal.”

L-​Iljunfanti u l-​Bżar Aħmar

L-​iljunfanti fir-​riservi naturali taʼ l-​Afrika ilhom żmien twil ikunu l-​kaġun taʼ konflitti bejn il-​konservazzjonisti u l-​bdiewa. Ċnut, nirien, u ħsejjes taʼ tnabar m’għamlu ebda effett biex iżommu l-​iljunfanti fil-​limiti tar-​riservi. Iljunfanti li joħorġu mir-​riserva kemm-il darba qerdu l-​uċuħ taʼ l-​għelieqi u saħansitra qatlu nies għax jgħaffġuhom. Madankollu, fl-​aħħar sabu xi ħaġa li żżommhom ġewwa​—il-​pjanta tal-​bżar aħmar. Fejn dawn il-​pjanti qed jiġu kultivati mad-​dawra tar-​riserva, tirrapporta l-​gazzetta mill-​Afrika t’Isfel The Witness, l-​iljunfanti mhux qed jaqbżu l-​limiti għaliex “ir-​riħa tal-​pjanta ddejjaqhom ħafna.” Dawk li jieħdu ħsieb dawn ir-​riservi straħu għax issa m’għandhomx għalfejn “jimbottaw l-​iljunfanti lura fir-​riserva,” u l-​ħsara lill-​għelieqi taʼ bdiewa lokali naqset ħafna. Il-​bżar aħmar għandu mnejn iservi wkoll bħala sors li jrendi ħafna.

Messaġġi li Jtellfu l-​Irqad

“Messaġġi minn telefons ċellulari qed itellfu l-​irqad taż-​żgħażagħ,” jirrapporta l-​bullettin tas-​saħħa Ġermaniż Apotheken Umschau. Waqt studju li sar fl-​Università taʼ Leuven, il-​Belġju, 2,500 adoloxxenti, bejn l-​età taʼ 13 u 16-il sena, ġew mistoqsijin kemm-il darba ġew imqajmin minn messaġġi mit-​telefons ċellulari tagħhom u kemm ħassewhom għajjenin f’ħinijiet differenti. Għaxra fil-​mija qalu li jiġu mqajmin minn taʼ l-​inqas darba fil-​ġimgħa minħabba xi messaġġ. L-​irqad taʼ tlieta fil-​mija ġie mtellef b’dan il-​mod kull lejl. Skond wieħed mill-​istudjużi, ir-​“riżultati juru li t-​telefons ċellulari forsi qed ikollhom impatt kbir fuq il-​kwalità taʼ l-​irqad taʼ numru li dejjem qed jiżdied t’adoloxxenti.” Il-​bullettin jissuġġerixxi: “Il-​ġenituri għandhom jieħdu ħsieb li t-​telefon ċellulari taʼ wliedhom ikun mitfi bil-​lejl.”

L-​Eqdem Ktieb Stampat li Jeżisti

Il-​Librerija Britannika issa għandha ktieb li jingħad li hu l-​eqdem ktieb stampat li jeżisti fid-​dinja kollha, jirrapporta l-​BBC News. Test Buddist imsejjaħ The Diamond Sutra għandu d-​data 868 E.K. u nstab fl-​1907 f’għar ġo Dunhuang, iċ-​Ċina. “Dan jikkonsisti f’romblu taʼ karta griża stampat b’ittri Ċiniżi u hu mgerbeb madwar zokk taʼ l-​injam,” jgħid ir-​rapport. Jaħsbu li l-​ktieb u xi affarijiet oħra li nstabu miegħu kienu “parti minn librerija li kienet magħluqa f’dan l-​għar madwar is-​sena 1000AD.” Ir-​romblu sar mijiet taʼ snin qabel ma beda l-​istampar b’tipi taċ-​ċomb fl-​Ewropa, imma bħalma jgħid ir-​rapport tal-​BBC, “f’dan iż-​żmien fiċ-​Ċina kienu diġà stabbiliti sew il-​manifattura tal-​karti u l-​istampar.”

Il-​Bibien tal-​Knejjes Qed Jingħalqu

L-​Arċidjoċesi Kattolika Rumana taʼ Boston, l-​Istati Uniti, annunzjat li se tagħlaq 65 mit-​357 parroċċa tagħha​—kważi waħda minn kull ħamsa mit-​total. Se jinbigħu xi 60 knisja u 120 binja relatata mal-​knejjes. Skond The New York Times, din il-​bidla qed issir “l-​iktar minħabba n-​nuqqas kontinwu t’attendenza u l-​problemi finanzjarji li qed jiżdiedu u li marru għall-​agħar minħabba l-​kriżi taʼ l-​abbuż sesswali fost il-​membri tal-​kleru.” Il-​gazzetta tikkwota lil R. Scott Appleby, direttur taċ-​Ċentru Cushwa għall-​Istudju tal-​Kattoliċiżmu Amerikan fl-​Università taʼ Notre Dame, li qal li “l-​iskandlu naqqas ir-​riżorsi finanzjarji taʼ l-​arċidjoċesi” b’tali mod li din ma tistax “iżżomm il-​parroċċi f’qagħda finanzjara tajba.”

Huwa t-​Televixin taʼ Ħsara għat-​Tfal Żgħar?

“Tfal żgħar ħafna li jaraw it-​televixin jiffaċċjaw riskju akbar li jbatu minn problemi taʼ nuqqas t’attenzjoni (attention deficit problems) sakemm jiġu biex jibdew l-​iskola,” tirrapporta The Herald taʼ Mexico City. Ir-​rapport isemmi studju pubblikat fil-​ġurnal mediku Pediatrics li jinvolvi żewġ gruppi b’total taʼ 1,345 tifel u tifla​—grupp wieħed bi tfal taʼ sena u grupp ieħor bi tfal taʼ tliet snin. Skond l-​istudju, kull siegħa taʼ televixin li kienu jaraw kuljum żiedet b’għaxra fil-​mija r-​riskju li t-​tfal ibatu minn problemi taʼ nuqqas t’attenzjoni fl-​età taʼ sebaʼ snin. Ir-​riċerkaturi jemmnu li l-​“ħafna stampi viżwali mhux realistiċi li jidhru fil-​maġġuranza tal-​programmi televiżivi jistgħu jbiddlu l-​iżvilupp normali tal-​moħħ” taʼ tfal żgħar. “Il-​verità hi li hemm ħafna raġunijiet għala t-​tfal m’għandhomx jaraw it-​televixin,” jgħid it-​Tabib Dimitri Christakis, l-​awtur taʼ l-​istudju. “Studji oħrajn urew li [it-televixin] hu assoċjat maʼ l-​obeżità u l-​aggressività.”

Id-​Daħq Mediċina Tajba

“In-​newroloġi fl-​Università taʼ Stanford sabu raġuni oħra għala d-​daħq iġagħalna nħossuna tajjeb,” tirrapporta l-​UC Berkeley Wellness Letter. “Huma osservaw l-​attività tal-​moħħ taʼ xi nies waqt li jaqraw komiks tad-​daħq, u sabu li l-​umoriżmu u d-​daħq qanqlu l-​partijiet tal-​moħħ imsejħin ‘reward centers,’” l-​istess partijiet li jiġu effettwati minn drogi stimulanti. “Id-​daħq inaqqas it-​tensjoni, iserraħ il-​moħħ, u jferraħ lil dak li jkun,” tgħid il-​Wellness Letter. Id-​daħq iżid ukoll il-​produzzjoni taʼ l-​ormoni u t-​taħbit tal-​qalb, u jikkontribwixxi għal ċirkulazzjoni aħjar u jsaħħaħ il-​muskoli. “Tabilħaqq, daħqa tajba hija tip t’eżerċizzju,” tinnota l-​Wellness Letter. “Madankollu, m’huwiex xi ħaġa li taħraq ħafna kaloriji​—tistaʼ tidħaq kemm tiflaħ, imma ma jfissirx li se tirqaq.”

Tojlits li Ma Jilqgħukx

“Ilma maʼ l-​art, ilma tal-​vit friżat, bla sapun,” u nuqqas taʼ privatezza minħabba “bibien li ma jissakkrux” u “ħitan baxxi” jġagħlu lil ħafna studenti Franċiżi jevitaw li jużaw it-​tojlits fl-​iskejjel, tgħid L’Express, gazzetta Franċiża li toħroġ kull ġimgħa. Studju li sar mill-​Fédération des conseils de parents d’élèves (il-Federazzjoni tal-​Kunsilli tal-​Ġenituri taʼ l-​Istudenti) wera li “iktar minn 48 fil-​mija mill-​istudenti ma jużawx it-​tojlits fl-​iskola tagħhom b’mod regulari.” Dan iġib konsegwenzi ħżiena fuq is-​saħħa tat-​tfal. Skond l-​istudju, “kwart minnhom isofru minn problemi fl-​imsaren jew fil-​bużżieqa taʼ l-​awrina.” Michel Avérous, urologu tat-​tfal, qal: “It-​tfal għandhom imorru t-​tojlit bejn ħames u sitt darbiet kuljum. Jekk ma jmorrux tojlit daqskemm hemm bżonn jistgħu jiżviluppaw infezzjonijiet li jikkaġunaw il-​ħsara fil-​bużżieqa taʼ l-​awrina.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja