LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 7/8 pp. 3-4
  • Aħfer U Insa Huwa Dan Possibbli?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħfer U Insa Huwa Dan Possibbli?
  • Stenbaħ!—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ġrieħi Mentali u Emozzjonali
  • X’Għandna Nagħmlu?
  • Għandna Niftakruh il-​Passat?
    Stenbaħ!—1998
  • L-​Atroċitajiet X’inhi s-​Soluzzjoni t’Alla?
    Stenbaħ!—1998
  • Id-Dinja Krudila taʼ Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • ‘Komplu Aħfru lil Xulxin Liberament’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1998
g98 7/8 pp. 3-4

Aħfer U Insa Huwa Dan Possibbli?

GĦADDA iktar minn nofs seklu minn mindu spiċċat it-​Tieni Gwerra Dinjija, fl-​1945. Din il-​gwerra globali kienet tabilħaqq l-​iktar waħda feroċi u għalja fl-​istorja kollha tal-​bniedem.

It-Tieni Gwerra Dinjija damet għaddejja sitt snin u ħadet il-​ħajjiet taʼ madwar 50 miljun ruħ, inkluż nies pajżana. Kien hemm bosta nies oħrajn li ġew immankati fiżikament, mentalment, u emozzjonalment. Għal dawk il-​ħafna wħud li ġarrbu dawn is-​snin kefrin tal-​gwerra, il-​ferita li għandhom f’qalbhom meta jiftakru fl-​atroċitajiet li seħħew u f’dawk l-​għeżież li mitulhom għadha ma feqitx.

Hemm min għadu jiftakar l-​atroċitajiet li wettqu n-​Nazisti fl-​Olokawst, fejn tbiċċru miljuni taʼ vittmi innoċenti. Kemm fl-​Ewropa u kemm fl-​Asja, twettqu ħafna atroċitajiet minn armati li invadew il-​post, fil-​waqt li qatlu, stupraw, serqu u tterrorizzaw lil nies pajżana. Imbagħad, insibu wkoll ħafna nies li ġew ivvittimizzati minn attakki mill-​ajru li ġabu qerda, mankamenti u mwiet lil mijiet taʼ rġiel, nisa, u tfal innoċenti. Miljuni taʼ suldati tal-​gwerra wkoll ġarrbu esperjenzi koroh waqt ġlied f’diversi nħawi tad-​dinja.

Ġrieħi Mentali u Emozzjonali

L-​għadd kbir taʼ nies li għexu fi żmien it-​Tieni Gwerra Dinjija u li għadhom ħajjin illum ma se jinsewhom qatt il-​ġrieħi mentali u emozzjonali li batew minħabba l-​ġrajjiet terribbli li seħħew dakinhar. Jixtiequ kieku li jinsewhom darba għal dejjem dawk il-​memorji taʼ mrar li tant iġibulhom uġigħ taʼ qalb. Imma ma jirnexxilhomx. Għal xi wħud, dawn il-​ġrajjiet tal-​biżaʼ qishom ħolma kerha li titturmentahom kull darba li jiftakru fihom.

Mill-banda l-​oħra, insibu oħrajn li ma jridux jinsew, jew għax jixtiequ vendetta jew inkella għax jixtiequ jagħtu ġieħ lil dawk li tilfu ħajjithom. Flimkien maʼ dan, ħafna huma tal-​fehma li l-​atroċitajiet tal-​passat għandhom jibqgħu ħajjin fl-​imħuħ tal-​familja umana bit-​tama li ma jerġgħux iseħħu atroċitajiet simili.

Ftit tas-​snin ilu, bejn l-​1994 u l-​1995, meta kkommemoraw il-​50 anniversarju tad-​D day (meta l-​Alleati waslu fin-​Normandija f’Ġunju taʼ l-​1944) u t-​tmiem tal-​fażi Ewropea tat-​tieni gwerra dinjija (f’Mejju taʼ l-​1945), l-​atmosfera li kien hemm uriet li huwa diffiċli ħafna għal dawk li raw dawn il-​ġrajjiet b’għajnejhom stess biex jaħfru u jinsew. Taʼ spiss, kwalunkwe ġest taʼ rikonċiljazzjoni bejn dawk li qabel kienu għedewwa m’għandux ċans li jseħħ. B’hekk, veterani Britanniċi rrifjutaw li jistiednu rappreżentanti Ġermaniżi għall-​kommemorazzjonijiet tal-​wasla taʼ l-​Alleati fin-​Normandija.

Rigward l-​atroċitajiet li wettqu n-​Nazisti fit-​Tieni Gwerra Dinjija u d-​diffikultà li wieħed jaħfer u jinsa, il-​kittieb Vladimir Jankélévitch esprima ruħu b’dan il-​mod: “Meta tqis dan l-​att kriminali tant diżgustanti, l-​istint naturali . . . huwa li turi rabja, tistinka kemm tiflaħ biex ma tinsiex, u tibqaʼ ssus wara l-​kriminali​—bħalma wegħdu l-​imħallfin tat-​Tribunal taʼ l-​alleati taʼ Nuremburgu—​sa truf l-​art.” L-​istess kittieb kompla: “Kieku nistgħu, indawru l-​kliem tat-​talba li qal Ġesù lil Alla fil-​Vanġelu skond San Luqa u nagħmluh: Mulej, taħfrilhomx, għax jafu x’inhuma jagħmlu.”​—Qabbel Luqa 23:34.

B’dispjaċir, mill-​1945 ’l hawn, sal-​ġurnata tal-​lum, atroċitajiet bla għadd oħrajn​—fil-​Kambodja, fl-​Irwanda, fil-​Bosnja, biex insemmu ftit minnhom—​komplew ixerrdu d-​demm mad-​dinja kollha. Bħala konsegwenza, dawn l-​atroċitajiet ħallew miljuni taʼ nies mejta, flimkien m’għadd kbir taʼ romol u orfni, ħajjiet imħarbta, u memorji orribbli.

Bla dubju taʼ xejn, dan is-​seklu 20 kien żmien taʼ krudeltà li qatt ma kien hawn bħalha. Ġara sewwa sew bħalma bassret b’mod korrett il-​profezija tal-​Bibbja żmien twil ilu dwar din l-​era​—in-​nies saru “kiefra” u “bla mħabba għat-​tajjeb.”​—2 Timotju 3:​1-5; Apokalissi 6:​4-8.

X’Għandna Nagħmlu?

Meta jsibu maʼ wiċċhom barbariżmu bħal dan, in-​nies jirreaġixxu b’modi differenti. Imma xi ngħidu dwarna? Għandna nibqgħu niftakru? Jew għandna ninsew? Li tiftakar ifisser bilfors li żżomm f’qalbek għadwa qawwija kontra l-​għedewwa li kellek qabel, u tirrifjuta li taħfer? Mill-​banda l-​oħra, li taħfer ifisser bilfors li wieħed jistaʼ jinsa fis-​sens li jneħħi għalkollox minn moħħu l-​memorji koroh?

Il-Ħallieq taʼ l-​umanità, Alla Jehovah, x’jaħseb dwar l-​atti terribbli li twettqu fi żmienna u fl-​imgħoddi? Se jaħfrilhom lil dawk li għamluhom? U m’huwiex issa tard wisq biex Alla jikkumpensa lill-​vittmi maqtulin f’dawn l-​atroċitajiet? Teżisti tama soda li xi darba dawn l-​atroċitajiet se jispiċċaw, ladarba ilhom iseħħu għal eluf taʼ snin? Alla li Jistaʼ Kollox kif bi ħsiebu eventwalment isewwi dawn il-​kwistjonijiet ikkomplikati?

[Stampa fʼpaġna 4]

Tfal taʼ vittmi tal-​massakri jinġabru f’kamp tar-​refuġjati

[Sors]

UN PHOTO 186797/J. Isaac

[Sors tal-Istampa fʼpaġna 3]

Ritratt tal-​U.S. Navy

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja