LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 4/8 p. 32
  • Kirurgu Kardijaku Jifraħ Lil Stenbaħ!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kirurgu Kardijaku Jifraħ Lil Stenbaħ!
  • Stenbaħ!—1998
Stenbaħ!—1998
g98 4/8 p. 32

Kirurgu Kardijaku Jifraħ Lil Stenbaħ!

L-​Awake! tat-​8 taʼ Diċembru 1996, ippreżenta serje taʼ artikli intitolati “Heart Attack​—What Can Be Done?” (L-Attakk tal-​Qalb​—X’Jistaʼ Jsir?). Il-​professur Thomas Stegmann, wieħed minn taʼ quddiem fost il-​kirurgi tat-​trapjanti tal-​qalb fil-​Ġermanja u kap taʼ dipartiment toraċiku u kardjo-vaskulari, qara l-​artikli u kiteb lill-​pubblikaturi dan li ġej:

“Qrajt b’interess ir-​rapport tagħkom fuq is-​suġġett tal-​mard tal-​qalb u, b’mod partikulari, fuq l-​attakki tal-​qalb. Bħala espert f’dan il-​qasam, inħoss li għandi ngħidilkom li l-​ispjegazzjoni tagħkom dwar l-​attakki tal-​qalb u l-​informazzjoni tagħkom fuq is-​suġġett kienu tajbin ħafna​—billi wrew, minn banda waħda, komprensjoni kbira għall-​pazjent individwali b’mard tal-​qalb u, mill-​banda l-​oħra, rakkont korrett tal-​fatti mediċi. L-​ispjegazzjoni tipprovdi ħarsa ġenerali tajba u informazzjoni taʼ min joqgħod fuqha. Li tajtu importanza speċjali għal li wieħed jagħraf minn kmieni s-​sintomi taʼ l-​attakki tal-​qalb kien ukoll importanti.

“Minkejja l-​isforzi kkombinati tax-​xjenza medika u s-​soċjetà in ġenerali, l-​arterjosklerożi​—u speċjalment l-​attakk tal-​qalb—​hija l-​iktar kaġun komuni taʼ mewt f’pajjiżi tal-​Punent. Bħala kirurgu kardijaku li jkolli x’naqsam maʼ bidliet serji fl-​arterjosklerożi koronarja (twebbis, ġbid, għeluq vaskulari) jum wara jum u li jkolli nikkura dan il-​mard permezz taʼ tekniki varji taʼ kirurġija kardijaka, jien naf sew kemm hija importanti spjegazzjoni li hija msejsa fuq is-​sod u fattwali għall-​popolazzjoni​—u wkoll għall-​pazjent potenzjali.

“Ippermettuli li nifirħilkom b’mod kordjali għad-​deskrizzjoni tagħkom fuq dan is-​suġġett​—maʼ dan inżid it-​tama li l-​artiklu tagħkom jintgħamel aċċessibbli għal kemm jistaʼ jkun nies possibbli.”

Jekk tixtieq taqra Stenbaħ! regolarment jew tixtieq li xi ħadd jiġi għandek biex jagħmillek studju tal-​Bibbja bla ħlas, ikteb lill-​Watch Tower, The Ridgeway, London NW7 1RN, England, jew fl-​indirizz li japplika għalik imniżżel f’paġna 5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja