LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 7/8 pp. 8-10
  • L-​Atroċitajiet X’inhi s-​Soluzzjoni t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​Atroċitajiet X’inhi s-​Soluzzjoni t’Alla?
  • Stenbaħ!—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ipokresija
  • Lezzjonijiet Mgħallmin mill-​Bibbja
  • Dak li Alla Jiftakar u Dak li Jinsa
  • L-​Imħallef Finali
  • Dinja Ġdida fil-​Qrib!
  • Aħfer U Insa Huwa Dan Possibbli?
    Stenbaħ!—1998
  • Għandna Niftakruh il-​Passat?
    Stenbaħ!—1998
  • Għix Għal Dejjem f’Ġenna tal-Art
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
    “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1998
g98 7/8 pp. 8-10

L-​Atroċitajiet X’inhi s-​Soluzzjoni t’Alla?

L-​ATROĊITAJIET kif jistgħu jiġu evitati? X’inhi s-​soluzzjoni? Meta nistudjaw l-​istorja, naraw kemm hu ovvju li s-​soluzzjonijiet umani fallew. Fil-​fatt, hemm element kbir taʼ kontradizzjoni, jekk mhux ipokresija għalkollox, fil-​mod kif il-​mexxejja umani ffaċċjaw is-​suġġett.

Per eżempju, ikkunsidra s-​sena 1995. Din immarkat il-​50 anniversarju tat-​tmiem taʼ l-​Olokawst min-​Nazisti fit-​Tieni Gwerra Dinjija, u taʼ l-​isplużjoni tal-​bomba atomika. Dik is-​sena, diversi mexxejja tad-​dinja attendew għaċ-​ċerimonji kommemorattivi li saru f’ħafna partijiet tad-​dinja. Għala? Sabiex jittrasmettu sens taʼ stmerrija għal dawn l-​atroċitajiet biex b’hekk qatt ma jerġgħu jseħħu. Madankollu, xi osservaturi f’dawn iċ-​ċerimonji nnotaw doża morra taʼ kontradizzjoni.

Ipokresija

F’dawn iċ-​ċerimonji ferm imxandrin, ir-​rappreżentanti reliġjużi u governattivi kollha riedu li jitqiesu bħala benefatturi jew għallinqas jevitaw li jitqiesu bħala nies ħżiena. Madankollu, ġnus li kkundannaw l-​atroċitajiet tal-​passat bnew imħażen għall-​armamenti, billi pprovdew somom kbar taʼ flus għal dak l-​għan. Fl-​istess ħin, dawn ma solvewx problemi vitali bħall-​ġuħ, id-​degradazzjoni morali, u t-​tniġġis, waqt li taʼ spiss jgħidu li m’għandhomx biżżejjed flus.

Ir-reliġjon tad-​dinja tipprova tikteb verżjonijiet taʼ l-​istorja li jaħbu s-​silenzju twil tagħha fuq l-​atroċitajiet tad-​dittatorjati u ma jikxfuhiex talli ħadmet minn taħt magħhom. Dawn ir-​reliġjonijiet ma għamlu xejn biex iwaqqfu lin-​nies taʼ l-​istess reliġjon milli jbiċċru lil xulxin. Per eżempju, fit-​Tieni Gwerra Dinjija, il-​Kattoliċi qatlu lil Kattoliċi u l-​Protestanti qatlu lil Protestanti minħabba li kienu taʼ nazzjonalitajiet differenti u fuq naħiet opposti. Iż-​żewġ naħiet stqarrew li huma Kristjani imma pprattikaw dak li kien totalment kontra t-​tagħlim taʼ Ġesù. (Mattew 26:52; Ġwann 13:​34, 35; 1 Ġwann 3:​10-12; 4:​20, 21) Reliġjonijiet oħrajn għamlu l-​istess ħaġa. Illum, f’diversi partijiet tad-​dinja, għadhom qed isiru atroċitajiet minn membri taʼ dawn ir-​reliġjonijiet.

Fi żmien Ġesù, il-​mexxejja reliġjużi kienu ipokriti. Ġesù ddenunzjahom, billi qalilhom: “Ħażin għalikom, intom il-​kittieba u l-​Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tibnu l-​oqbra lill-​profeti, iżżejjnu l-​monumenti tal-​ġusti, u tgħidu, ‘Kieku konna fi żmien missirijietna ma konniex nissieħbu magħhom u nxerrdu demm il-​profeti,’ u b’hekk weħidkom tagħtu xhieda li intom ulied il-​qattiela tal-​profeti!” (Mattew 23:​29-31) Dawk il-​mexxejja reliġjużi stqarrew li huma devoti imma kienu ipokriti li ppersegwitaw lil Ġesù u d-​dixxipli tiegħu.

Lezzjonijiet Mgħallmin mill-​Bibbja

Hemm lezzjonijiet x’wieħed jieħu mill-​istorja sekulari, imma l-​Bibbja hija s-​sors taʼ lezzjonijiet bl-​iktar benefiċċju. Hi ma tafdax ix-​xogħol taʼ l-​interpretazzjoni taʼ l-​istorja f’idejn il-​ġudizzju jew il-​preġudizzju tal-​bniedem. Il-​Bibbja tispjega l-​istorja u l-​futur mill-​mod kif jaħsibha Alla.​—Isaija 55:​8, 9.

L-Iskrittura titkellem dwar ġrajjiet sbieħ u koroh kif ukoll dwar nies tajbin u ħżiena. Spiss tistaʼ tittieħed lezzjoni tajba, li tkun fi qbil mar-​rieda t’Alla, minn dawn ir-​rakkonti. Wara li semma diversi ġrajjiet mill-​istorja taʼ l-​Iżraeliti tal-​qedem, l-​appostlu Pawlu kkonkluda: “Dan kollu ġralhom b’eżempju, u nkiteb bi twiddiba għalina.” (1 Korintin 10:11) Ġesù nnifsu ħareġ lezzjoni mill-​istorja meta qal lid-​dixxipli tiegħu: “Ftakru fil-​mara taʼ Lot!”​—Luqa 17:32.

Dak li Alla Jiftakar u Dak li Jinsa

Mill-​Bibbja nitgħallmu li Alla jiftakar u jinsa individwi fuq il-​bażi taʼ l-​azzjonijiet tagħhom. Lil dawk li jidinbu imma juru ndiema, Alla jaħfrilhom “ħafna.” (Isaija 55:7) Jekk wieħed mill-​agħar jindem u “jerġaʼ lura minn ħtijietu u jagħmel il-​ħaqq u s-​sewwa, . . . Ħtijietu . . . ma niftakarhomlux.”​—Eżekjel 33:​14-16.

Pawlu kiteb li “Alla m’hux se jkun hekk inġust li jinsa dak li intom għamiltu u l-​imħabba li wrejtu lejn ismu.” (Lhud 6:10) B’hekk, Jehovah se jbierek lil dawk li jiftakarhom b’mod favorevoli. Il-​leali Ġob talab: “M’hux li kont taħbini f’Art l-​Imwiet . . . u tiffissali żmien li tiftakar fija.”​—Ġob 14:13.

Għall-kuntrarju, Alla se jittratta maʼ dawk il-​ħżiena li ma jindmux fi qbil mal-​kliem li Hu qal lil Mosè: ‘Inħassru mill-​ktieb tiegħi.’ (Eżodu 32:33) Iva, lil dawn il-​ħżiena Alla se jinsiehom għal dejjem.

L-​Imħallef Finali

Alla hu l-​Imħallef finali taʼ l-​istorja. (Ġenesi 18:25; Isaija 14:​24, 27; 46:​9-11; 55:11) Skond il-​ġudizzju superjuri tiegħu, hu m’huwiex se jinsa d-​diversi atroċitajiet li seħħew kontra l-​umanità. Fil-​jum taʼ l-​għadab bi stmerrija ġusta tiegħu, hu se jiġġudika lin-​nies responsabbli kollha u lill-​istituzzjonijiet.​—Apokalissi, kapitli 18, 19.

Fost dawn se jkun hemm is-​sistema sħiħa tar-​reliġjon falza, mogħtija l-​isem simboliku fl-​Iskrittura bħala “Babilonja l-​Kbira.” Dwarha hemm miktub: “Għax dnubietha saru ħemel għoli sas-​sema, u Alla ftakar fl-​għemejjel ħżiena tagħha.”​—Apokalissi 18:​2, 5.

Dawn ir-​reliġjonijiet suppost li kellhom jgħallmu lis-​segwaċi tagħhom biex jagħmlu t-​tajjeb imma naqsu li jagħmlu dan. B’hekk, il-​Kelma t’Alla tgħid dwar ir-​reliġjon tad-​dinja kollha: “U fiha nstab id-​demm tal-​profeti u tal-​qaddisin u tal-​maqtulin kollha fuq l-​art.” (Korsiv tagħna.) (Apokalissi 18:​24) Minħabba li naqsu li jgħallmu lill-​membri tagħhom biex iħobbu lil għajrhom u lil xulxin, dawn ir-​reliġjonijiet huma mixlijin bi ħtija tad-​demm.

Dinja Ġdida fil-​Qrib!

Fl-​aħħarnett, iż-​żmien meta l-​ħażen se jinqered huwa fil-​qrib. (Sofonija 2:​1-3; Mattew 24:​3, 7-14) Imbagħad, se jasal iż-​żmien meta ‘lanqas biki, għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed’ għal dawk li jgħixu fuq l-​art ferħanin. (Apokalissi 21:​3-5) L-​atroċitajiet u l-​massakri mhux se jidhru iktar għax il-​ħakma taʼ l-​art se tittieħed mingħand il-​bnedmin u se tingħata lis-​Saltna tas-​sema t’Alla f’idejn il-​“Prinċep tas-​sliem,” Ġesù Kristu.​—Isaija 9:​5, 6 [9:​6, 7, NW]; Danjel 2:44; Mattew 6:​9, 10.

F’dak iż-​żmien il-​profezija taʼ Salm 46:10 [46:​9, NW] se tkun twettqet kompletament: “[Alla] iwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art.” Dik il-​paċi se tibqaʼ għal dejjem għax, kif ibassar Isaija 2:​4, “ebda ġens ma jerfaʼ x-​xabla kontra ġens ieħor, u s-​sengħa tal-​gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed.” B’hekk, Salm 37:11 ibassar: “Imma l-​ġwejdin għad jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu.” Iva, imbagħad se jingħad li “issa li strieħet u kkwitat l-​art kollha, nfexxew f’għajat taʼ ferħ.”​—Isaija 14:7.

Dan kollu jfisser li hemm dinja ġdida taʼ tjieba fil-​qrib. U f’dik id-​dinja ġdida, taħt il-​ħakma tas-​Saltna tas-​sema t’Alla, se sseħħ ġrajja meraviljuża oħra​—l-​irxoxt tal-​mejtin! Il-​Kelma t’Alla tiggarantixxi: “Kemm it-​tajbin u kemm il-​ħżiena għad iqumu minn bejn l-​imwiet.”​—Atti 24:15.

Waqt li kien fuq l-​art, Ġesù wera dan billi qajjem lin-​nies mill-​mewt. Per eżempju, meta qajjem lil waħda żagħżugħa, ir-​rakkont jgħid: “Minnufih it-​tfajla qamet, u qabdet timxi; . . . U [dawk li kienu qed josservaw] baqgħu miblugħin bil-​għaġeb.” (Mark 5:42) Fl-​irxoxt dawk li nqatlu fl-​atroċitajiet, kif ukoll oħrajn li ilhom mejtin, se jiġu mqajmin mill-​mewt u se jingħataw l-​opportunità li jgħixu għal dejjem fuq l-​art magħmula ġenna. (Luqa 23:43) U maż-​żmien “ma jitfakkarx iżjed l-​imgħoddi, f’moħħ ħadd aktar ma jiġi.”​—Isaija 65:17.

Tkun qed taġixxi b’mod għaqli jekk int takkwista għarfien eżatt tal-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, u tagħmel ir-​rieda tiegħu. Imbagħad Alla se jiftakrek b’mod favorevoli meta hu se jsolvi għal dejjem il-​problema taʼ l-​atroċitajiet u jerġaʼ jagħti l-​ħajja lill-​vittmi. Ġesù qal: “Din hi l-​ħajja taʼ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.”​—Ġwann 17:3.

[Stampi fʼpaġna 8, 9]

Alla se jittrasforma din l-​art f’ġenna mimlija paċi

[Stampi fʼpaġna 10]

Alla se jneħħi l-​effetti taʼ l-​atroċitajiet tal-​passat billi jqajjem lill-​mejtin

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja