LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w26 Frar pp. 26-29
  • It-Tfal Huma “Wirt Mingħand Ġeħova”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tfal Huma “Wirt Mingħand Ġeħova”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)——2026
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-ISFIDI
  • ĠEĦOVA X’JISTENNA MILL-ĠENITURI?
  • ĠEĦOVA JIXTIEQ JGĦINEK
  • Ġenituri—Rabbu lit-tfal iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Ġenituri—Għinu lit-Tfal Tagħkom Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġenituri, Ipprovdu għall-Bżonnijiet tal-Familja Tagħkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)——2026
w26 Frar pp. 26-29
Missier u omm qed jgħannqu lit-tifla żgħira tagħhom.

It-Tfal Huma “Wirt Mingħand Ġeħova”

X’JIĠIK f’moħħok meta tismaʼ l-kelma “wirt”? Forsi taħseb fil-flus, f’xi propjetà, jew f’xi ħaġa prezzjuża li ilha għand il-familja tiegħek għal ħafna snin. Mela l-wirt hu xi ħaġa prezzjuża ħafna u bla dubju int se tkun trid tieħu ħsiebu sew.

Il-Bibbja tgħid li t-tfal huma “wirt mingħand Ġeħova.” (Slm. 127:3) Ġenituri li jħobbu lil Ġeħova jqisu lit-tfal tagħhom bħala rigal prezzjuż mingħandu. Huma jagħmlu dak kollu li jistgħu biex it-tfal ma jkun jonqoshom xejn, jaraw li jkunu f’saħħithom, jagħmlu ċert li jkunu ferħanin, u jgħinuhom biex ikollhom ħbiberija b’saħħitha maʼ Ġeħova.

Imma b’dispjaċir, xi ġenituri llum ma jqisux lit-tfal tagħhom bħala rigal mingħand Ġeħova. (Isa. 49:15; 2 Tim. 3:​1-3) Ġenituri oħrajn ikunu jixtiequ jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom imma jsibuha diffiċli minħabba diversi sfidi li jiffaċċjaw. X’inhuma xi sfidi li jiffaċċjaw il-ġenituri? Ġeħova x’jistenna mill-ġenituri? U l-ġenituri Kristjani kif jistgħu jirnexxu f’li jrabbu lit-tfal tagħhom?

L-ISFIDI

  • Il-pressjoni minn tal-familja u oħrajn. F’xi pajjiżi, ġenituri li jkollhom ħafna tfal ikunu rrispettati iktar minn oħrajn. Għalhekk, xi koppji jaf iħossu li għandu jkollhom iktar tfal milli jifilħu jrabbu minħabba tal-familja jew oħrajn.

  • Jinkwetaw dwar il-futur. F’xi pajjiżi madwar id-dinja jmutu ħafna trabi għax m’hemmx biżżejjed ikel u lanqas tobba, u hemm ħafna mard. Minħabba f’hekk, xi koppji jkollhom ħafna tfal biex ikollhom moħħhom mistrieħ li xi wħud minnhom jibqgħu ħajjin. Koppji oħrajn jaf jagħżlu li jkollhom ħafna tfal biex b’hekk it-tfal tagħhom ikunu jistgħu jieħdu ħsiebhom meta jikbru. Dan jiġri l-iktar f’pajjiżi fejn il-gvern ma jipprovdix għajnuna għall-anzjani.

  • Diffiċli jikkontrollaw kemm ikollhom tfal. F’xi pajjiżi, xi koppji huma limitati fl-affarijiet li jistgħu jużaw biex il-mara ma toħroġx tqila. Oħrajn jibżgħu jieħdu pirmli jew prodotti taʼ kwalità baxxa minħabba li jibżgħu mis-side effects tagħhom. Imbagħad hemm oħrajn li ma jistgħux jixtru dawn il-prodotti minħabba li ma jaffordjawx jixtruhom.a

ĠEĦOVA X’JISTENNA MILL-ĠENITURI?

Familja qed jieħdu pjaċir flimkien fi ġnien. Il-missier qiegħed attent jismaʼ lit-tifla tiegħu li hi żagħżugħa waqt li qed tiftaħ qalbha miegħu, waqt li l-omm qed tilgħab il-ballun mat-tifel iż-żgħir tagħhom.

Qattaʼ l-ħin maʼ kull tifel jew tifla tiegħek

Ipprovdi għat-tfal tiegħek. Ġeħova ta lill-ġenituri r-responsabbiltà biex jipprovdu l-affarijiet materjali għat-tfal tagħhom li huma taħt l-età. Hu jistenna li l-ġenituri jaħdmu iebes biex jipprovdu l-ikel, il-ħwejjeġ, u fejn jgħixu t-tfal tagħhom. Ġeħova jistenna wkoll li jedukawhom. Għalhekk, il-ġenituri Kristjani mhux sempliċement jibagħtu lit-tfal fi skola tant ’il bogħod li ma jgħixux id-dar magħhom. Minflok, jagħmlu ċert li t-tfal jibqgħu d-dar sakemm jikbru, u jgħinuhom jitgħallmu abbiltajiet utli għall-ħajja tagħhom. Huma wkoll iqattgħu l-ħin magħhom ħalli b’hekk it-tfal iħossuhom protetti u maħbubin. Fl-istess ħin, Ġeħova hu raġunevoli; hu ma jistenniex li l-ġenituri jkunu sinjuri. Fil-fatt, il-ġenituri li Ġeħova għażel biex jieħdu ħsieb lit-tifel tiegħu ma kellhomx ħafna flus, imma huma ħadmu iebes u pprovdewlu dak li kellu bżonn.—Mat. 13:​55, 56; Luqa 2:24.

Prinċipju tal-Bibbja: “Jekk xi ħadd ma jiħux ħsieb il-familja tiegħu stess, u speċjalment lil dawk li joqogħdu fid-dar tiegħu, hu ma jkunx baqaʼ jemmen dak li nemmnu aħna u jkun agħar minn xi ħadd li m’għandux fidi.”—1 Tim. 5:8.

Ġeħova jifhem li meta l-ġenituri jikbru jaf ikollhom bżonn l-għajnuna. Fil-fatt, mod wieħed kif it-tfal jirrispettaw lill-ġenituri tagħhom hu billi jagħmlu ċert li l-ġenituri jirċievu l-għajnuna li jkollhom bżonn meta jikbru. (Eżo. 20:12; 1 Tim. 5:4) Minkejja dan, Ġeħova jkun ferħan meta l-ġenituri jaħsbu iktar dwar kif huma se jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom, u mhux dwar kif it-tfal se jieħdu ħsieb lilhom.—2 Kor. 12:14.

Għallem lit-tfal tiegħek dwar Ġeħova. Il-ġenituri Kristjani għandhom ir-responsabbiltà wkoll biex jgħallmu lit-tfal tagħhom kif iħobbu u jaqdu lil Ġeħova. Għal Ġeħova, din hi l-iktar ħaġa importanti li l-ġenituri jistgħu jgħallmu lit-tfal tagħhom.—Dewt. 6:​6, 7.

Prinċipju tal-Bibbja: “Komplu ħudu ħsiebhom billi tiddixxiplinawhom u tittrennjawhom bħalma jrid Ġeħova.”—Efes. 6:4.

ĠEĦOVA JIXTIEQ JGĦINEK

Koppja qed jitkellmu fid-dar tagħhom. Fuq il-mejda quddiemhom hemm il-Bibbja miftuħa.

Iddiskuti minn qabel kemm tixtiequ li jkollkom tfal

Ippjana għall-Futur. Jekk tixtieq li jkollok it-tfal, aħseb sew dwar is-sitwazzjoni tiegħek. Pereżempju, se jkollok biżżejjed flus biex tipprovdi ikel, ħwejjeġ, u edukazzjoni għal ħafna tfal? Jekk le, bħala koppja tkellmu flimkien biex tiddeċiedu kemm se jkollkom tfal. Meta tagħmlu hekk, żommu f’moħħkom li tridu tieħdu ħsieb kull tifel jew tifla li jkollkom bil-mod kif jixtieq Ġeħova. Ġeħova jifhem li l-affarijiet mhux dejjem imorru bħalma nkunu ppjanajna. (Ekk. 9:11) Imma hu se jbierek l-isforzi li tagħmlu biex tkunu ġenituri tajbin bħalma jixtieq hu.

Prinċipji tal-Bibbja: “Il-pjanijiet taʼ min jaħdem iebes żgur li jwasslu għal suċċess, imma kull min jagħmel l-affarijiet bla ma jaħsibha żgur li se jispiċċa fqir.”—Prov. 21:5.

“Min minnkom li jkun irid jibni torri ma joqgħodx l-ewwel bilqiegħda u jikkalkula l-ispejjeż, biex jara jekk għandux biżżejjed biex ilestih?”—Luqa 14:28.

Poġġi lil Ġeħova l-ewwel fil-familja tiegħek. Agħmel ċert li l-iktar ħaġa importanti għall-familja tiegħek tkun li taqdu lil Ġeħova. Jekk diġà għandek it-tfal, kun determinat li tgħallem lil kull wieħed minnhom iħobb lil Ġeħova. Għinhom biex joqogħdu attenti u jitgħallmu fil-laqgħat tal-kongregazzjoni. Agħmel ċert li kull ġimgħa tagħmlu l-Qima Bħala Familja. Għallem lit-tfal tiegħek kif jippritkaw. Tagħtix ir-responsabbiltà li għandek bħala ġenitur lit-tfal tiegħek li huma akbar jew lil xi ħadd ieħor minn tal-familja. Biex tgħallem lit-tfal iħobbu lil Ġeħova hemm bżonn il-ħin u sforz, imma se jkollok ħafna barkiet.

Prinċipju tal-Bibbja: “L-iktar ħaġa li tagħmilni ferħan hi li nismaʼ li t-tfal tiegħi qed jgħixu fi qbil mal-verità.”—3 Ġw. 4.b

Afda f’Ġeħova. Sew jekk qed taħseb biex ikollok it-tfal u sew jekk diġà għandek, kun ċert li dak li Ġeħova jistenna minnek bħala ġenitur huwa iktar importanti minn dak li jistennew in-nies fejn tgħix int.

Grupp taʼ stampi: 1. Koppja qegħdin mat-tifel tagħhom fil-laqgħa. It-tifel qed jgħolli jdejh biex jikkummenta. 2. Familja qegħdin jippritkaw flimkien. Il-missier qed jaħdem mat-tifla tiegħu li hi żagħżugħa waqt li l-omm qiegħda maż-żewġt itfal li huma iżgħar.

Hemm bżonn ħin u sforz biex tieħu ħsieb il-bżonnijiet spiritwali tat-tfal

Jekk tiddeċiedi li ma jkollokx ħafna tfal, kun ċert li meta tikber Ġeħova se jieħu ħsiebek u jagħtik dak li jkollok bżonn. Iċċedix għall-pressjoni biex ikollok it-tfal ħalli meta tikber ikollok min jieħu ħsiebek u jagħtik il-flus. Toqgħodx tinkwieta li mhu se jkollok lil ħadd biex jieħu ħsiebek. Ġeħova wiegħdek li se jagħmel hekk, u hu dejjem iżomm il-wegħdi tiegħu.—Ġoż. 23:14.

Prinċipji tal-Bibbja: “Afda f’Ġeħova b’qalbek kollha u tistrieħx fuq dak li taħseb int stess. F’kulma tagħmel, aħseb dwar dak li jrid Alla, u hu se jurik it-triq it-tajba.”—Prov. 3:​5, 6.

“Jien kont żagħżugħ, u issa xjaħt, imma qatt ma rajt lil xi ħadd ġust jiġi abbandunat, jew lit-tfal tiegħu jittallbu għall-ħobż.”—Slm. 37:25.

“Mela dejjem poġġu s-Saltna u l-livelli t’Alla fl-ewwel post f’ħajjitkom, u Alla jagħtikom l-affarijiet l-oħrajn kollha.”—Mat. 6:33.

It-tfal huma rigal prezzjuż li Ġeħova ta lill-ġenituri. Min jaf kemm iħossu ferħan meta l-ġenituri jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom kif jixtieq hu! Huma bi mħabba jipprovdu materjalment, emozzjonalment, u spiritwalment għat-tfal tagħhom; jippjanaw kemm se tkun kbira l-familja; u għalihom li jagħmlu dak li jistenna minnhom Ġeħova hu iktar importanti minn dak li jaħsbu n-nies fejn jgħixu. Meta jagħmlu hekk, il-ġenituri juru li huma jħobbu ħafna lit-tfal tagħhom u jarawhom bħala “wirt mingħand Ġeħova.”

Huma Ferħanin bid-Deċiżjoni li Ħadu

Missier qed jagħmel il-qima bħala familja mal-mara u ż-żewġt itfal tagħhom.

Ibatu l-ġenituri meta jagħżlu li ma jkollhomx ħafna tfal? Din hi xi ħaġa li ħafna ġenituri li jgħixu f’pajjiżi foqra jinkwetaw dwarha. Ara x’jgħidu xi missirijiet li jgħixu f’pajjiżi bħal dawn.

Kellek pressjoni mingħand oħrajn biex ikollok ħafna tfal?

“Iva, anki minn xi wħud fil-kongregazzjoni. Koppja qaltilna, ‘Għala għandkom tifel wieħed? Hawn fl-Afrika, jekk ikollkom tifel wieħed qisu m’għandkom xejn. U jekk ikollok tnejn qisu għandek wieħed.’ Iktar tard, kellna t-tifla wkoll imma xi wħud xorta baqgħu jistennew li jkollna iktar tfal.”—Jeremias

Kellek problemi fil-ħajja tiegħek minħabba li ma kellekx ħafna tfal?

“Le, anzi bil-kontra. Minħabba li għażilna li jkollna familja żgħira, aħna stajna nagħmlu ċert li kull membru tal-familja jkollu dak li għandu bżonn, u l-iktar ħaġa importanti li jkollu fidi b’saħħitha f’Ġeħova. Jien kbirt f’familja kbira, u niftakar li kienet diffiċli ħafna għall-ġenituri tiegħi biex jagħtuna dak li kellna bżonn u jagħmlu ċert li nkunu nistgħu mmorru l-iskola.”—Jeremias

It-tfal tiegħek kif iħossuhom dwar id-deċiżjoni li ħadt?

“It-tfal tagħna jħossuhom inkuraġġiti minħabba li huma ma ffaċċjawx l-istess problemi bħalma ffaċċjaw tfal oħra li l-ġenituri tagħhom sabuha diffiċli biex jieħdu ħsiebhom minħabba li kellhom ħafna tfal.”—Filipe

“It-tfal tagħna kienu ferħanin minħabba li huma ħassewhom protetti u ħassew l-imħabba tagħna. Aħna dejjem kellna l-kumpanija taʼ aħwa maturi spiritwalment, li inkuraġġewna biex nagħmlu miri spiritwali. Illum nistgħu naraw li t-tfal tagħna qed jimxu fuq l-eżempju tajjeb tagħhom.”—Carlos

Taħseb li bbenefikajt minħabba li ma kellkomx ħafna tfal?

“Minħabba d-deċiżjoni li ħadna, stajna nieħdu ħsieb il-bżonnijiet tal-familja tagħna aħjar. Jien kelli xogħol b’paga tajba imma madwar tliet snin ilu tliftu. Imma minħabba li konna familja żgħira ma kellniex bżonn ħafna flus biex ikollna l-bżonnijiet. Dan għamilha iktar faċli biex ikollna l-affarijiet bżonjużi anki meta f’daqqa waħda kelli nsib xogħol ieħor u bdejt naqlaʼ inqas flus.”—Jeremias

“Peress li ma kellniex ħafna tfal, aħna stajna nipprovdulhom kemm materjalment u anki spiritwalment. Aħna stajna naqdu wkoll f’postijiet fejn kien hemm iktar bżonn taʼ pubblikaturi. Sibnieha iktar faċli biex inqattgħu l-ħin mat-tfal tagħna b’mod individwali u nagħtuhom dak li kellhom bżonn. It-tfal tagħna kollha jaqdu lil Ġeħova u qed jagħmlu miri spiritwali.”—Lenadi

X’tixtieq tgħidilhom lil ġenituri oħrajn?

“Jien rajt kemm hu veru dak li jgħid Salm 34:10b: ‘Dawk li jfittxu lil Ġeħova mhu se jonqoshom xejn.’ Ġeħova pprovda dak kollu li kelli bżonn jien u l-familja tiegħi.”—Rafael

a Kull koppja għandha tiddeċiedi kemm se jkollha tfal, meta jkollha t-tfal, u jekk tużax affarijiet biex bihom il-mara ma tinqabadx tqila imma li ma jagħmlux abort. Ħadd m’għandu jiġġudikahom għad-deċiżjonijiet personali tagħhom. (Rum. 14:​4, 10-13) Barra minn hekk, Kristjani miżżewġin iżommu f’moħħhom il-parir li nsibu fl-​1 Korintin 7:​3-5.

b Għalkemm it-tfal li jissemmew f’dan il-vers tal-Bibbja jirreferu għad-dixxipli Kristjani, il-ġenituri jħossuhom bl-istess mod kif ħassu Ġwanni dwar it-tfal tagħhom li jaqdu lil Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja