LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w26 Frar pp. 14-19
  • Agħmilha l-Mira Tiegħek li Titgħammed

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħmilha l-Mira Tiegħek li Titgħammed
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)——2026
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA XI WĦUD QED IŻOMMU LURA
  • TINSIEX LI T-TMIEM HU VIĊIN
  • GĦALA HU TAJJEB LI MA DDUMX BIEX TITGĦAMMED
  • Xi Tfisser il-Magħmudija u Għala Hi Importanti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)——2026
  • Lest Biex Tiddedika Lilek Innifsek lil Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Ibqaʼ Miexi Wara Ġesù Wara li Titgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Iddumx Biex Titgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)——2026
w26 Frar pp. 14-19

20-26 T’APRIL 2026

GĦANJA 49 Inferrħu qalb Ġeħova

Agħmilha l-Mira Tiegħek li Titgħammed

“Issa hu speċjalment iż-żmien li niġu mberkin.”—2 KOR. 6:2.

DAK LI SE NITGĦALLMU

Issa hu ż-żmien li nsiru ħbieb sew maʼ Ġeħova u nitgħammdu.

1. (a) X’barkiet se jkollna meta nitgħammdu? (b) Dwar xiex se nitkellmu f’dan l-artiklu?

IDDEDIKAJT int lilek innifsek lil Ġeħova u tgħammidt? Jekk iva, int tlabt lil Ġeħova biex jaħfirlek id-dnubiet u b’hekk għandek kuxjenza nadifa. (1 Pt. 3:21) Peress li għamilt hekk, int t’eżempju tajjeb għal dawk kollha li għadhom ma tgħammdux. Żgur li ħadt deċiżjoni mill-aqwa! Imma xi ngħidu jekk għadek ma tgħammidtx? Int żgur li tħobb lil Ġeħova u tixtieq tagħmel li jrid hu. Int taf li l-magħmudija hi importanti biex jinħafrulek id-dnubiet u biex issir ħabib sew taʼ Ġeħova. (Atti 2:​38-40) Imma forsi xorta għadek iżżomm lura. X’jistaʼ jgħinek? F’dan l-artiklu se naraw (1) għala xi wħud iżommu lura milli jitgħammdu, (2) għala hu importanti li niftakru li t-tmiem hu viċin, u (3) għala hu tajjeb li dak li jkun ma jdumx biex jitgħammed.

GĦALA XI WĦUD QED IŻOMMU LURA

2. Għala xi wħud iżommu lura milli jitgħammdu?

2 Xi wħud iżommu lura milli jitgħammdu għax jibżgħu. Pereżempju, għalkemm jixtiequ jaqdu lil Ġeħova, huma jibżgħu li qatt mhu se jkunu tajbin biżżejjed biex jogħġbuh. Jekk tħossok hekk, aqra skritturi li jistgħu jgħinuk tara li Ġeħova ma jistenniex perfezzjoni mingħandek, imma hu jkun ferħan bik jekk tagħti l-aħjar tiegħek. (Slm. 103:​13, 14; Kol. 3:23) Jekk tibżaʼ li tiġi ttrattat ħażin, itlob lil Ġeħova biex jgħinek tħossok bħas-salmista li qal: “Ġeħova qiegħed fuq in-naħa tiegħi, għalhekk m’iniex se nibżaʼ. X’jistaʼ jagħmilli l-bniedem?”—Slm. 118:6.

3. Liema raġunar jistaʼ jwaqqaf lil xi wħud milli jitgħammdu? (Ara wkoll l-istampa taʼ quddiem.)

3 Oħrajn ma jitgħammdux għax jaħsbu li ma jafux biżżejjed dwar il-Bibbja u Ġeħova. Imma kemm hemm bżonn tkun taf biex titgħammed? Ejja nikkunsidraw eżempju mill-Bibbja. Wara li b’terremot theżżeż il-ħabs fejn kien hemm l-appostlu Pawlu u Sila, huma setgħu jippritkaw lill-għassies tal-ħabs u lin-nies taʼ daru. Ir-raġel u l-familja tiegħu aktarx li fehmu li kien għadu kif sar miraklu. Apparti minn hekk, huma tgħallmu ħafna affarijiet dak il-lejl. B’hekk, huma ġew immotivati biex ‘jitgħammdu bla dewmien.’ (Atti 16:​25-33) Jekk int taf lil Ġeħova, tħobbu b’qalbek kollha, għandek għarfien bażiku tal-Bibbja, indimt minn dnubietek, u determinat li tgħix mal-livelli tiegħu, allura int lest biex titgħammed.—Marku 12:30.

Pawlu u Sila jagħtu xhieda lill-għassies tal-ħabs u l-familja tiegħu billejl. Huma qegħdin attenti għal dak li qed jgħid.

Pawlu u Sila taw xhieda lill-għassies tal-ħabs u l-familja tiegħu, u minħabba f’hekk “tgħammdu bla dewmien” (Ara paragrafu 3)


4. Semmi raġuni oħra għala xi wħud iżommu lura milli jitgħammdu? (Ara wkoll l-istampa.)

4 Xi wħud li jridu jogħġbu lil Alla jaħsbu li hu diffiċli wisq biex jagħmlu l-bidliet li hemm bżonn. Ovvjament, ikun tajjeb li wieħed jaħseb sew kif se jeffettwawh id-deċiżjonijiet li jieħu. (Luqa 14:​27-30) Imma xi wħud jinkwetaw iżżejjed dwar is-sagrifiċċji li jkollhom jagħmlu biex jaqdu lil Ġeħova. Candace, li tgħallmet dwar Ġeħova meta kienet għadha żgħira, hekk ħassitha meta kibret u offrewlha studju tal-Bibbja. Hi tgħid: “Kont naf x’kelli nagħmel biex nogħġob lil Ġeħova, imma kont qed nieħu pjaċir bil-ħajja li kelli. Kont naf li kien ħa jkun diffiċli biex nagħmel il-bidliet f’ħajti.” Oħrajn jinkwetaw li ma jkunux jistgħu jgħixu b’mod li Ġeħova jistenna mingħandhom. Huma jibżgħu li wara li jitgħammdu jagħmlu dnub serju u jitneħħew mill-kongregazzjoni. X’tistaʼ tagħmel jekk affarijiet bħal dawn qed iżommuk lura?

Oħt qed tagħmel studju tal-Bibbja maʼ mara. Waqt li l-oħt qed titkellem, il-mara qed timmaġina lilha nfisha tixrob l-alkoħol u tiżfen f’party mal-ħbieb tagħha.

Xi wħud li jridu jogħġbu lil Alla jinkwetaw dwar is-sagrifiċċji li jridu jagħmlu biex jaqduh (Ara paragrafu 4)


5. Fuq xiex irridu niffokaw meta niġu biex niddeċiedu jekk għandniex nitgħammdu? (Mattew 13:​44-46)

5 Meta niġu biex nixtru xi ħaġa, apparti li naraw kemm tiswa, aħna nikkalkulaw ukoll il-valur tagħha. Jekk il-valur tagħha se jkun ħafna iktar minn kemm tiswa, probabbilment se nixtruha mill-ewwel. Bl-istess mod, meta nibdew naħsbu jekk għandniex nitgħammdu, m’għandniex niffokaw biss fuq kemm se jiswewlna l-bidliet li rridu nagħmlu, imma rridu niffokaw fuq kemm hu importanti li jkollna ħbiberija tajba maʼ Ġeħova. Ġesù tana żewġ eżempji biex jgħallimna dan il-punt. (Aqra Mattew 13:​44-46.) F’kull eżempju, raġel ibigħ kulma għandu minn qalbu ħalli jkun jistaʼ jixtri dik ix-xi ħaġa taʼ valur li jkun sab. Int ukoll sibt xi ħaġa importanti, il-verità dwar is-Saltna. Jekk qed ittellaʼ u tniżżel dwar jekk għandekx tagħmel il-bidliet li hemm bżonn, aħseb sew dwar l-eżempji li ta Ġesù. Forsi ssaqsi lilek innifsek: ‘Jien vera konvint li dak li sibt hu taʼ valur kbir? Napprezza l-ħbiberija li għandi maʼ Ġeħova, it-tama li tani, u l-aħwa li jħobbuni?’ It-tweġibiet tiegħek se jgħinuk tifhem x’għandek bżonn tagħmel biex titgħammed.

6. X’se jgħinna npoġġu fil-prattika dak li qed nitgħallmu?

6 Fl-eżempju tar-raġel li ħareġ jiżraʼ, Ġesù spjega li xi wħud li jisimgħu l-aħbar tajba mhux se jaġixxu fuq dak li jisimgħu u jitgħallmu. Imma Ġesù spjega wkoll li xi wħud se jisimgħu “b’qalb sinċiera, iżommuha f’qalbhom,” u jaċċettaw il-messaġġ tas-Saltna. (Luqa 8:​5-15) Jekk qed tinkwieta li mhux se jirnexxilek tpoġġi fil-prattika dak li qed titgħallem, taqtax qalbek. Bl-għajnuna taʼ Ġeħova, int tistaʼ ‘tiżviluppa qalb ġdida,’ qalb li taġixxi fuq il-gwida tiegħu. Itlob lil Alla biex dak li qed titgħallem tibda tħobbu minn qalbek u tapplikah fil-ħajja tiegħek.—Eżek. 18:31; 36:26.

7-8. Xi jwaqqaf lil xi żgħażagħ milli jitgħammdu? (Ara wkoll l-istampa.)

7 Xi żgħażagħ li jħobbu lil Ġeħova ma jagħmlux il-bidliet li hemm bżonn biex jitgħammdu minħabba li jiġu influwenzati minn taʼ madwarhom. Pereżempju, xi wħud li jagħtu l-pariri fl-iskola jaf jgħidu lill-istudenti biex “iżommu moħħhom miftuħ” dwar il-livelli morali, avolja dawn imorru kontra dak li jrid Ġeħova. Imma pariri bħal dawn iwasslu għal diżastru. (Slm. 1:​1, 2; Prov. 7:​1-5) Int tistaʼ tevita dan il-periklu billi tagħmel bħas-salmista li lil Ġeħova qallu: “Jien għandi iktar għarfien mill-għalliema kollha tiegħi, għax naħseb sew dwar it-tfakkiriet tiegħek.”—Slm. 119:99.

8 Milli jidher, xi ġenituri li huma Xhieda jżommu lura lit-tfal tagħhom milli jitgħammdu. Dawn jiffokaw iżżejjed fuq l-edukazzjoni u x-xogħol li se jkollhom it-tfal, jew inkella ma jinkuraġġuhomx jagħmlu miri spiritwali. Taħseb li l-ġenituri tiegħek jistgħu jgħinuk iktar biex tilħaq il-mira li titgħammed? Jekk iva, għax ma titkellimx magħhom? Kun ċert li għandek kemm għandek età, int dejjem jistaʼ jkollok ħbiberija tajba maʼ Ġeħova.—Prov. 20:11.

Żagħżugħ qed jirreferi għal-lezzjoni 23 tal-ktieb “Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!” waqt li qed jitkellem mal-ġenituri tiegħu.

Għala ma titkellimx mal-ġenituri tiegħek dwar li titgħammed? (Ara paragrafu 8)


9. Xi wħud għala jdumu biex jitgħammdu?

9 Xi wħud li jikkwalifikaw biex jitgħammdu jaf idumu biex jieħdu dan il-pass minħabba l-pressjoni taʼ madwarhom. Pereżempju, ħabib jew xi ħadd li jħobbhom jaf jgħidilhom biex jistennewh ħalli jitgħammdu flimkien. Ovvjament, tistaʼ titgħammed maʼ xi ħadd li jimpurtak minnu. Imma taħseb li din hi raġuni tajba għala għandek tistenna biex titgħammed? Tinsiex li d-dedikazzjoni tiegħek lil Alla hi wegħda personali. Il-magħmudija tiegħek m’għandhiex tiddependi minn x’jagħmel ħaddieħor.—Rum. 14:12.

TINSIEX LI T-TMIEM HU VIĊIN

10. Xi wħud għala jdumu biex jagħmlu progress spiritwali?

10 Apparti r-raġunijiet li semmejna, xi wħud idumu biex jagħmlu progress spiritwali għax jirraġunaw li għad fadal ħafna biex jasal it-tmiem. Imma jagħmel sens dan ir-raġunar? Ġesù wissa lid-dixxipli: “Uru li intom lesti wkoll, għax jien, Bin il-bniedem, ġej f’ħin li ma tkunux qed tistennew.”—Luqa 12:40.

11. Skont Salm 119:​60, kif inħossuna dwar il-kmandamenti taʼ Ġeħova hekk kif insiru nafuh?

11 Aħna niddedikaw ruħna lil Ġeħova għax inħobbuh. Iktar ma nsiru nafu lil Alla li tant iħobbna, iktar se niġu mmotivati biex inħobbu l-kmandamenti tiegħu u nkunu lesti biex nobduhom mill-ewwel. (Aqra Salm 119:60.) Id-dixxiplu Ġakbu enfasizza raġuni oħra għala għandna nobdu l-kmandamenti taʼ Ġeħova mill-ewwel: Ħadd ma jaf x’se jiġri għada. Jaf ma jkollniex ġurnata oħra biex ‘nagħmlu dak li hu sew,’ allura jkun tajjeb li nieħdu azzjoni issa fuq dak li nafu.—Ġak. 4:​13-17.

12. X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Ġesù tal-għalqa tad-dwieli?

12 Xi wħud jaħsbu li ma tagħmilx differenza jekk jitgħammdux issa jew iktar tard. Huma forsi jiftakru fl-eżempju taʼ Ġesù tal-għalqa tad-dwieli u jaħsbu: M’għallimx Ġesù li dawk li se jaħdmu siegħa se jitħallsu daqs dawk li jaħdmu ġurnata? Veru, imma nnota għala ma bdewx qabel dawk li ħadmu siegħa biss. Huma qalu: “Għax ħadd ma qabbadna naħdmu.” Dawn il-ħaddiema ma kinux għażżenin. Li kieku xi ħadd qabbadhom kienu jaħdmu l-ġurnata kollha. Fil-fatt, hekk kif offrewlhom ix-xogħol, ingħaqdu mal-oħrajn. (Mat. 20:​1-16) Illum, Ġesù jitlobna biex inkunu dixxipli tiegħu u biex nagħmlu x-xogħol tal-ippritkar. Allura, aħna għandna nagħmlu dak li jgħidilna mill-ewwel.

13. X’nistgħu nitgħallmu mill-mara taʼ Lot?

13 Kull min idum biex jagħmel progress spiritwali, se jinduna li jekk iħalli għall-aħħar biex jipprova jagħmel il-bidliet ħalli jogħġob lil Alla, se jkun diffiċli wisq. Ġesù kien jaf dan u lid-dixxipli wissiehom: “Ftakru fil-mara taʼ Lot.” (Luqa 17:​31-35) Hi kienet taf sew li Alla dalwaqt kien se jeqred lil Sodoma u Gomorra. Minkejja dan, hi ma kinitx lesta biex titlaq dak li kellha. (Ġen. 19:​23-26) L-esperjenza tagħha tfakkarna wkoll li l-bieb tas-salvazzjoni mhux se jibqaʼ miftuħ għal dejjem, jiġifieri hemm żmien limitat li fih Ġeħova se jagħti ċans biex dak li jkun jagħmel bidliet. Meta jasal dak iż-żmien, il-bieb se jingħalaq u jibqaʼ magħluq.—Luqa 13:​24, 25.

14. Il-profeziji tal-Bibbja dwar it-tmiem kif għandhom jeffettwawk?

14 Meta naraw x’qed jiġri fid-dinja kuljum, nifhmu li dak li bassret il-Bibbja hu veru. Anki jekk m’intix tiġi effettwat b’mod dirett minn dak li qed jiġri, il-fatt li tara dawn l-affarijiet jiġru f’post wara l-ieħor għandu jimmotivak biex titgħammed malajr. Aħseb fl-eżempju tal-ewwel seklu. L-appostlu Pietru inkuraġġixxa lill-Kristjani biex ‘jużaw l-għaqal,’ għax “it-tmiem taʼ kollox [kien] viċin.” (1 Pt. 4:7) Milli jidher, “it-tmiem” kien qed jirreferi għaż-żmien meta Ġerusalemm u t-tempju tagħha kienu se jinqerdu. Pietru kien qed jikteb dan lil dawk li kienu joqogħdu ’l bogħod minn Ġerusalemm, allura ma kinux se jiġu effettwati b’mod dirett mill-qerda tal-belt. (1 Pt. 1:1) Imma meta raw kif ġrat il-profezija, il-fiduċja tagħhom fil-wegħdi taʼ Ġeħova ssaħħet. B’mod simili, hu importanti li toqgħod attent għall-profeziji li qed jiġru. Meta tara kemm qegħdin viċin it-tmiem, se tkun trid tagħmel il-bidliet li jkun hemm bżonn biex titgħammed.

15. Kif nistgħu nkunu lesti għall-jum taʼ Ġeħova? (2 Pietru 3:​10-13)

15 Fit-tieni ittra tiegħu, Pietru spjega kif nistgħu nkunu lesti għall-jum taʼ Ġeħova, jiġifieri għat-tmiem taʼ din is-sistema. Għall-Kristjani tal-ewwel seklu, dik il-ġurnata kienet għadha ‘l bogħod ħafna, imma Pietru xorta qalilhom biex ‘iżommu f’moħħhom’ dak il-jum jew biex ‘ikunu ħerqana’ għalih. (Aqra t-​2 Pietru 3:​10-13; ntt.) Aħna nistgħu nżommu dik il-ġurnata f’moħħna billi nkunu lesti u nkunu ħerqanin għaliha. Aħna nistgħu nuru dan meta ‘naġixxu b’mod qaddis u nagħtu prova li aħna leali lejn Alla b’dak li nagħmlu.’ Aħseb f’kemm se jieħu pjaċir Ġeħova meta jarak ‘tagħti prova li int leali lejh’! Żgur se jkun ferħan meta jarak tiddedika lilek innifsek lilu u titgħammed.

GĦALA HU TAJJEB LI MA DDUMX BIEX TITGĦAMMED

16. Meta hu l-aħjar li titgħammed? (2 Korintin 6:​1, 2) (Ara wkoll l-istampi.)

16 Issa hu l-aħjar żmien biex titgħammed. (Aqra t-​2 Korintin 6:​1, 2.) L-ewnuku Etjopjan li kien iltaqaʼ miegħu Filippu kien fehem kemm hu importanti li jitgħammed mill-ewwel. Hekk kif fehem l-aħbar tajba u kellu l-opportunità li jitgħammed, ma rraġunax: ‘Ikun aħjar li l-ewwel nitgħallem iktar dwar l-aħbar tajba. Żgur li se jkun hemm post ieħor fejn ikun hemm l-ilma.’ Imma minflok hu saqsa lil Filippu, “X’qed iżommni milli nitgħammed?” (Atti 8:​26, 27, 35-39) X’eżempju mill-aħjar! Wara li tgħammed, hu “baqaʼ sejjer fi triqtu ferħan.”

Grupp taʼ stampi: 1. L-ewnuku Etjopjan jidħol fl-ilma hekk kif Filippu jistiednu biex jitgħammed. 2. L-istudenta tal-Bibbja u l-oħt li jidhru fl-istampa taʼ qabel qed jitkellmu maʼ żewġ anzjani fis-Sala tas-Saltna.

L-eżempju tal-ewnuku Etjopjan jgħallimna li issa hu l-aħjar żmien biex titgħammed (Ara paragrafu 16)a


17. Min xiex nistgħu nkunu ċerti?

17 Jekk qed iżżomm lura milli titgħammed, kun ċert li Ġeħova lest li jgħinek biex ikollok ħbiberija tajba miegħu. (Rum. 2:4) Hu jistaʼ jgħinek tegħleb kwalunkwe biżaʼ u kull ħaġa li qed tinkwetak. Hu jistaʼ jgħinek ukoll anki jekk oħrajn mhux jinkuraġġuk biex titgħammed. Meta jkollok kuxjenza nadifa m’Alla permezz tal-magħmudija, aktarx se tirraġuna li l-affarijiet li tkun ħallejt warajk m’għadhomx importanti għalik. (Flp. 3:​8, 13) Imbagħad se tkun tistaʼ tħares ‘il quddiem ‘għall-affarijiet taʼ quddiemek,’ jiġifieri li tara l-wegħdi li Ġeħova wiegħed lil dawk li jiddedikaw lilhom infushom lilu u jitgħammdu.—Atti 3:19.

INT KIF TWIEĠEB?

  • Xi wħud għala jżommu lura milli jitgħammdu?

  • Għala ma jkunx għaqli li ddum biex titgħammed?

  • Meta jkun l-aħjar li titgħammed?

GĦANJA 38 Hu se jsaħħek

a X’JURUNA L-ISTAMPI: Bħalma l-ewnuku Etjopjan qal lil Filippu li jrid jitgħammed, studenta tal-Bibbja qed titkellem mal-anzjani biex tgħidilhom li tixtieq titgħammed.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja