Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Huwa xieraq li niġbru materjal li jkun se jintuża fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u nqassmuh lil oħrajn?
Nistgħu nagħmlu dan għall-użu persunali tal-membri tal-familja tagħna jew taʼ ftit ħbieb li huma qrib tagħna. Madankollu, dan il-materjal m’għandux jintgħamel disponibbli għat-tqassim ġenerali jew jiġi provdut għall-bejgħ, għaliex dan ikun ksur tal-liġijiet li jħarsu d-drittijiet taʼ l-awtur.—Rum. 13:1.
Għal ċerti inkarigi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, tiġi provduta t-tema biss; ebda referenza ma tiġi indikata bħala sors tal-materjal. Xi ngħidu jekk xi ħadd iħejji lista taʼ referenzi jew jiġbor il-materjal li jistaʼ jintuża bħala sors biex jużawh dawk li jirċievu inkarigi bħal dawn? Ikun dan taʼ benefiċċju? Le. Lanqas ma jkun xieraq li jinġabru t-tweġibiet għall-mistoqsijiet tar-Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku biex jintużaw minn oħrajn, għaliex dan mhux se jgħinhom iżommu f’moħħhom il-punti importanti. L-istudenti għandhom jagħmlu r-riċerka tagħhom. Dan hu aspett importanti tat-taħriġ li Ġeħova jipprovdi permezz taʼ l-iskola biex jgħinna nitkellmu bi “lsien taʼ dawk li huma mgħallmin.”—Is. 50:4, Karm Żammit.