Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-vidjo Young People Ask—How Can I Make Real Friends? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?) bħala preparazzjoni għad-diskussjoni li se ssir fil-Laqgħa tas-Servizz fil-ġimgħa li tibda 25 taʼ Settembru. Permezz tas-suġġerimenti f’paġna 8 jew preżentazzjonijiet oħra adattati għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Settembru. Waqt it-turija, għandu jintwera kif nistgħu nkellmu lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-konversazzjoni billi jgħid: “Għandi r-Reliġjon Tiegħi Stess.”—Ara l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, pġ. 10-11. Agħmel avviż dwar l-arranġamenti speċjali tas-servizz taʼ l-għalqa għall-Ħamis 21 taʼ Settembru li se tkun festa pubblika.
20 min: Ibbenefika mil-Laqgħa tas-Servizz u mill-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażati fuq il-ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda taʼ Ġeħova, mis-sottitlu f’paġna 64 sas-sottitlu f’paġna 69.
15 min: Ittra mill-Uffiċċju. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażati fuq l-ittra li tidher fuq l-ewwel paġna tal-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna. Inkludi kummenti mill-artiklu “Tistaʼ Tagħmel Lilek Innifsek Disponibbli?” li jidher fil-ħarġa taʼ Ġunju 2001.
Għanja 126 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Settembru
5 min: Avviżi lokali.
15 min: Kif Morna s-Sena l-Oħra? Lindokratur tas-servizz jirrivedi s-sena taʼ servizz li għaddiet, waqt li jiffoka fuq l-affarijiet tajbin li twettqu fil-ministeru. Agħti tifħir xieraq. Semmi xi punt jew tnejn li l-kongregazzjoni għandha taħdem fuqhom fis-sena li ġejja. Ikkummenta fuq l-attività tal-pijunieri, u faħħarhom għax-xogħol tajjeb tagħhom. Semmi xi riżultati tajbin li nkisbu mill-isforzi biex tingħata għajnuna lill-uħud inattivi.
25 min: “Kampanja Speċjali mis-16 t’Ottubru sat-12 taʼ Novembru!” Diskussjoni vivaċi minn anzjan. Wara li taqra l-avviż provdut fl-ittra lill-ġemgħa taʼ l-anzjani bid-data tas-7 taʼ Lulju, 2006, qassam kopja tal-fuljett Aħbar tas-Saltna Nru. 37 lil kull persuna fl-udjenza. Imbagħad kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba taʼ l-artiklu. Spjega l-arranġamenti lokali li se jsiru biex ikopru t-territorju kollu. Inkuraġġixxi lill-pubblikaturi kollha biex jieħdu sehem sħiħ fil-kampanja. Uri preżentazzjoni fil-qosor.
Għanja 50 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Settembru. Permezz tas-suġġerimenti f’paġna 8 jew preżentazzjonijiet oħrajn adattati għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru waqt għoti taʼ xiehda fit-toroq.
25 min: “Vidjo li Hu taʼ Min Jaħseb Fuqu bis-Serjetà.”a Waqt li tiddiskuti paragrafu 1, staqsi lill-kongregazzjoni biex tikkummenta fil-qosor dwar il-vidjo Young People Ask—How Can I Make Real Friends? Imbagħad ibda mill-ewwel b’diskussjoni fuq kull mistoqsija preżentata f’paragrafi 2-7. Bħala konklużjoni, inkuraġġixxi lill-familji biex ukoll jaraw flimkien fil-futur qarib il-vidjo fuq DVD Young People Ask—What Will I Do With My Life? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—X’Se Nagħmel b’Ħajti?)
10 min: Bżonnijiet lokali.
Għanja 183 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 2 t’Ottubru
5 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-Kaxxa għall-Mistoqsija.
20 min: Ħbiberiji fl-Iskola—Safejn Għandek Tasal? Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq paġni 25-27 taʼ Stenbaħ! t’April-Ġunju 2006. Stieden lil dawk fl-udjenza li trabbew f’familji Kristjani biex jikkummentaw dwar kif il-ġenituri ppreparawhom biex jiffaċċjaw l-isfidi u japplikaw il-prinċipji Bibliċi fl-iskola. Minn qabel jistgħu jiġu preparati kumment jew tnejn.
20 min: “L-Għoti taʼ Xiehda minn Dar għal Dar.”b Sakemm jippermetti l-ħin, stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw fuq l-iskritturi ċitati.
Għanja 127 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.