LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 2/1 p. 20
  • “Isem Jehovah Hu Torri B’Saħħtu”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Isem Jehovah Hu Torri B’Saħħtu”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għadhom Ħajjin
  • Il-​Qawwa Tat-​Talb
  • Hemm Miktub li Ħa Narah
    Stenbaħ!—2005
  • Strieħ fuq l-Ispirtu t’Alla Meta Tiffaċċja Bidliet fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • “Għallimni Nagħmel ir-Rieda Tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Ġeħova—‘Dak li Ħarrab’ fi Żminijiet Bibliċi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 2/1 p. 20

Proklamaturi tas-Saltna Jirrapportaw

“Isem Jehovah Hu Torri B’Saħħtu”

QEGĦDIN ngħixu fi żminijiet li xejn m’huma stabbli. Il-​ħajjiet tagħna li jidhru stabbli jistgħu jinbidlu mil-​lejl għan-​nhar, u mingħajr ebda twissija xi wħud sabu rwieħhom f’periklu kbir qabel ma rrealizzawh. Il-​periklu jistaʼ jiġi minn taqlib politiku, nies vjolenti, diżastru naturali, jew mard serju. Hu x’inhu l-​każ, Kristjan lejn min għandu jdur meta ħajtu tkun fil-​periklu?

David, missjunarju li qiegħed igħix f’waħda mill-​fergħat tal-​Watch Tower Society, ħa t-​tweġiba għal dik il-​mistoqsija minn esperjenza tal-​biżaʼ. Billi kien xufier, għodwa waħda telaq kmieni biex jiġbor lil xi wħud li jaħdmu f’Betel (volontieri li jgħixu barra l-​fergħa). Kien għadu d-​dlam. Hu kien diġà rikkeb lil Rosalía u kien għaddej minn quddiem għassa tal-​pulizija meta samaʼ l-​ewwel sparatura.

Imbagħad kollox ġara f’daqqa. Hu samaʼ ħoss bħal murtal kbir u rrealizza li l-​arja bdiet ħierġa minn wieħed mit-​tires. F’daqqa waħda ra suldat wieqaf f’nofs it-​triq bi xkubetta mmirata dritt lejh. Tliet affarijiet ġraw kważi fl-​istess ħin: Serje taʼ sparaturi taqqbu l-​ġenb tal-​Jeep, u kissru t-​twieqi; David u Rosalía tbaxxew; is-​suldat spara dritt quddiemu u l-​isparatura għaddiet minn ġol-​windscreen.

Hekk kif il-​Jeep kienet qiegħda ssir passatur bit-​tiri, David ħa brejk kif setaʼ waqt li kien għadu baxxut. Kemm David kif ukoll Rosalía ħasbu li kienu se jmutu. Huma talbu b’leħen għoli lil Jehovah, billi qalulu biex iħarishom. Rosalía iktar tard qalet li f’dawk il-​mumenti hi ħasbet kif kienu se jirreaġixxu tal-​familja tagħha meta semgħu bil-​mewt tagħha!

Għadhom Ħajjin

Il-​ħoss taʼ sparar u taʼ ħġieġ jinkiser fl-​aħħar waqaf, u David ħares lejn Rosalía. Meta ra roqgħa żgħira demm fuq darha, qalbu għamlet tikk. Imma kienet ħġieġa li kienet taret, mhux tir, li laqtitha. Minn irkobbtejha kien ħiereġ id-​demm minħabba l-​qsim bil-​ħġieġ li kien waqaʼ, imma barra minn hekk hi dehret li m’għandha xejn gravi.

Irġiel b’uniformi militari u bi strixxi bojod maʼ dirgħajhom resqu lejn il-​Jeep u ordnawlhom joħorġu b’idejhom ’il fuq. Wieħed li kien jidher li kien taʼ grad għoli, dar lejn suldat u qallu: “Lilek intqallek biex ma tisparax fuq nies pajżani.” Is-​suldat beda jġib ħafna skużi, billi sostna li hu kien samaʼ xi tiri u ħaseb li kienu ġejjin mill-​Jeep.

Meta David identifika lil Rosalía u lilu nnifsu bħala Xhieda taʼ Jehovah, ir-​reazzjoni kienet favorevoli. Hu spjega dak li kien qiegħed jagħmel, imma s-​suldati xorta waħda riedu jżommuhom. Milli jidher, fis-​sigħat bikrin taʼ fil-​għodu, fazzjoni militari kienet wettqet kolp taʼ stat, u dawn is-​suldati kienu lesti biex jieħdu f’idejhom l-​għassa tal-​pulizija hekk kif David u Rosalía għaddew fil-​Jeep.

Rosalía kellha xokk kbir fuqha imma bi qlubija żammet kalma hekk kif David talab bil-​ħniena biex jiġu meħlusin. Eventwalment ġew imħollijin jitilqu​—mingħajr il-​Jeep. Huma kellhom jimxu sa ħdejn vjal fil-​qrib biex jaqbdu karozza tal-​linja lejn il-​fergħa, fejn dawk taʼ l-​infermerija ħadu ħsieb Rosalía.

Il-​Qawwa Tat-​Talb

David tgħallem xi ħaġa minn din l-​esperjenza​—qatt m’għandek iċċekken il-​qawwa taʼ talb imħeġġeġ, u qatt m’għandek tinsa illi li tidentifika b’kuraġġ lilek innifsek bħala Xhud taʼ Jehovah taʼ spiss ikun taʼ protezzjoni. Jistaʼ jkun veru b’mod litterali li “isem Jehovah hu torri b’saħħtu. Ġo fih it-​twajjeb jidħol jiġri u jingħata protezzjoni.”—Proverbji 15:29; 18:10; Filippin 4:6.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 20]

Fotografia de Publicaciones Capriles, Caracas, Venezuela

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja