LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 11/15 pp. 3-4
  • Li Wieħed Jitkellem bl-Ilsna—Fenomenu li Qiegħed Jikber

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Li Wieħed Jitkellem bl-Ilsna—Fenomenu li Qiegħed Jikber
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala x-​Xewqa Llum għall-​Għotja tal-​Ilsna?
  • Wieħed x’Jesperjenza?
  • Il-Bibbja x’tgħallimna dwar dawk li jitkellmu bl-ilsna?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Hija l-Għotja tal-Ilsna Parti mill-Kristjanità Vera?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 11/15 pp. 3-4

Li Wieħed Jitkellem bl-​Ilsna—Fenomenu li Qiegħed Jikber

“QAWWA ħakmet lil ilsieni u l-​kliem gelgel qisu ilma. X’ferħ kien dak! “Kont qed inħoss indafa mhux tas-​soltu. Minn dak inhar m’għadnix l-​istess,” qal wieħed li kellu l-​esperjenza straordinarja taʼ li jitkellem b’“ilsien mhux magħruf.”

Hemmhekk rajna deskrizzjoni tal-​ewwel esperjenza taʼ wieħed li beda jitkellem b’“ilsien mhux magħruf.” ‘Imma dak xi jkun?’ xi wħud għandhom raġun jistaqsu. Jirreferi għall-​prattika jew twemmin f’xi knejjes fejn irġiel u nisa jsostnu li huma mqanqlin mill-​ispirtu t’Alla biex jitkellmu b’lingwi barranin jew strambi li ma jafuhomx.

Huwa fenomenù reliġjuż li dejjem jiżdied. Għalkemm darba din kienet meqjusa bħala xi ħaġa li tiġri biss lil kredenti Pentekostali, issa li wieħed jitkellem bl-​ilsna qasam il-​fruntieri tradizzjonali u denominali biex jinkludi lill-​Battisti, l-​Episkopaljani, il-​Luterani, il-​Metodisti, il-​Presbiterjani, u l-​Kattoliċi Rumani. Il-​kundizzjoni taʼ wieħed meta jkun f’dan l-​istat ġiet deskritta bħala estasi, ferneżija, mitluf minn sensih, u ippnotizzat. Xi wħud saħansitra jsejħulha esperjenza isterika. Hemm xi ħaġa mistika u kariżma assoċjata maʼ li wieħed jitkellem bl-​ilsna, jew il-​glossolalja.

Għala x-​Xewqa Llum għall-​Għotja tal-​Ilsna?

Fil-​ktieb tiegħu Tongues of the Spirit, Cyril G. Williams jissuġġerixxi li jistaʼ jkun hemm “relazzjoni bejn sens taʼ falliment, u xewqa għall-​‘ilsna.’” Hu jiddeskrivih bħala mekkaniżmu taʼ serħan li għandu “valur terapewtiku li jnaqqas it-​tensjoni” u “wieħed li jsolvi l-​konflitt ġewwieni.” Il-​frustrazzjoni fix-​xogħol tal-​knisja, stress emozzjonali, falliment f’xi karriera, vistu, tensjonijiet fid-​dar, jew mard fil-​familja huma ċċitati bħala fatturi li jikkontribwixxu għal kliem estatiku.

Bl-istess mod, f’The Psychology of Speaking in Tongues, John P. Kildahl igħid li “l-​anzjetà hija meħtieġa minn qabel biex tiżżviluppa l-​abbiltà taʼ li titkellem bl-​ilsna.” Permezz taʼ riċerka persunali u intervistar bir-​reqqa, instab li “iktar minn 85 fil-​mija taʼ dawk li jitkellmu bl-​ilsna esperjenzaw kriżi taʼ anzjetà definita b’mod ċar eżatt qabel ma tkellmu bl-​ilsna.” Per eżempju, omm riedet titkellem bl-​ilsna sabiex hi setgħet titlob għal binha li kien marid bil-​kanċer. Raġel beda jitkellem bl-​ilsna matul perijodu taʼ indeċiżjoni fuq promozzjoni fl-​impjieg tiegħu. Mara bdiet titkellem bl-​ilsna f’perijodu taʼ ġimgħa wara li żewġha ngħaqad mal-​grupp tal-​Alkoliżzati Anonimi.

Wieħed x’Jesperjenza?

Ieħor li tkellem bl-​ilsna għall-​ewwel darba rrapporta: “Ħassejt ħruq ġewwa fija, u tkexkix taʼ bard u għaraq ixoqq għalija, u rogħda f’riġlejja u bdejt nogħtor.” Assoċjat mal-​esperjenza taʼ li wieħed jitkellem bl-​ilsna, taʼ spiss ikun hemm imġieba mhux tas-​soltu li xi wħud isibuha tħawwadhom. Per eżempju “tfajla kważi fgat fil-​bżieq tagħha stess hekk kif tmattret fuq siġġu, għonqha jistrieħ maʼ dar is-​siġġu, għarqubha fuq l-​art, saqajja ibsin ġebla.” Matul laqgħa f’kongregazzjoni “raġel beda jagħmel kukrumbajsi minn tarf sa tarf tal-​knisja.”

“Għal xi nies,” jikteb il-​Professur William J. Samarin, “li wieħed jitkellem bl-​ilsna hija kundizzjoni biex wieħed ikun imgħammed fl-​Ispirtu Qaddis.” Mingħajrha, huma jkunu “jħossuhom xi ftit neqsin.” Hija meqjusa wkoll “bħala tweġiba għat-​talb, assiguranza taʼ mħabba divina u li ġew aċċettati.” Oħrajn qalu li tħalli ġo fihom sentiment taʼ armonija ġewwinija, ferħ, u paċi, u b’“sens akbar taʼ qawwa” u “sens iktar qawwi taʼ identità.”

Huwa l-​kliem estatiku tabilħaqq evidenza tal-​ħidma tal-​ispirtu qaddis? Tiddistingwih l-​esperjenza lil dak li jkun bħala Kristjan veru? Huwa li wieħed jitkellem bl-​ilsna parti mill-​qima aċċettabbli llum? Dawn il-​mistoqsijiet jixirqilhom iktar minn tweġiba taʼ kafkaf. Għala? Għaliex aħna rridu li l-​qima tagħna jkollha l-​approvazzjoni u l-​barka t’Alla.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja