LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 7/1 pp. 3-5
  • Libertà Vera—Minn Liema Sors?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Libertà Vera—Minn Liema Sors?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Libertà Abbużata
  • Jasar għal Reliġjon Falza
  • Poplu Liberu Imma Responsabbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Nagħtu Merħba lid-Dinja Ġdida taʼ Libertà t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • L-“Ordni Dinjija Ġdida” tal-Bniedem Qrib?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Aqdi lil Ġeħova, l-Alla tal-libertà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 7/1 pp. 3-5

Libertà Vera—Minn Liema Sors?

“Ma jappartjernix lill-​bniedem li miexi saħansitra li jidderieġi l-​pass tiegħu. Ikkorreġini, o Jehovah.”—ĠEREMIJA 10:23, 24.

1, 2. Il-​biċċa l-​kbira min-​nies kif iħarsu lejn il-​libertà, imma x’iżjed irid jiġi kkunsidrat?

BLA dubju int tapprezza l-​libertà vera. Int tixtieq tkun liberu li tesprimi l-​ideat tiegħek, liberu li tiddeċiedi fejn u kif tgħix. Int tixtieq tagħżel ix-​xogħol li tagħmel, tagħżel l-​ikel, il-​mużika, il-​ħbieb tiegħek. Int għandek preferenzi f’ħafna affarijiet, kbar u żgħar. L-​ebda persuna normali ma tixtieq tiġi mjassra taħt xi mexxejja dittatorjali, bi ftit jew xejn għażla ħielsa.

2 Madankollu, ma tixtieqx int ukoll dinja fejn oħrajn flimkien miegħek jibbenefikaw mil-​libertà vera? Ma tixtieqx int dinja fejn il-​libertà tkun protetta biex il-​ħajja taʼ kull bniedem ikollha l-​akbar espressjoni possibbli? U kieku kien possibbli, ma tixtieqx int ukoll dinja ħielsa mill-​biżaʼ, mill-​kriminalità, mill-​ġuħ, mill-​faqar, mit-​tinġis, mill-​mard, u mill-​gwerra? Ċertament li libertajiet bħal dawn huma mixtiqin ferm.

3. Ahna għala ngħożżu l-​libertà?

3 Aħna l-​bnedmin għala nħossuha tant qawwija x-​xewqa għal-​libertà? Il-​Bibbja tistqarr: “Fejn qiegħed l-​ispirtu taʼ Jehovah, hemm il-​libertà.” (2 Korintin 3:17) Mela Jehovah huwa dak Alla tal-​libertà. U ladarba hu ħalaqna fix-​‘xbiha u xebh’ tiegħu, hu żejjinna b’rieda ħielsa sabiex inkunu nistgħu napprezzaw il-​libertà u nibbenefikaw minnha.—Ġenesi 1:26.

Il-​Libertà Abbużata

4, 5. Il-​libertà kif ġiet abbużata matul l-​istorja tad-​dinja?

4 Matul l-​istorja miljuni taʼ nies ġew imjassrin, ittorturati, jew maqtulin għaliex oħrajn użaw ħażin ir-​rieda ħielsa. Il-​Bibbja tirrakkonta li xi 3,600 sena ilu, “l-​Egiżzjani ġiegħlu lil ulied Iżrael ikunu rsiera taħt tiranija. U baqgħu jagħmlulhom ħajjithom kiefra b’jasar iebes.” (Eżodu 1:13, 14) The Encyclopedia Americana tgħid li fir-​rabaʼ seklu Q.E.K., irsiera f’Ateni u żewġt ibliet Griegi oħrajn għaddew fin-​numru lill-​popolazzjoni ħielsa b’madwar 4 għal 1. Dan is-​sors igħid ukoll: “F’Ruma l-​irsir oriġinalment ma kellu ebda drittijiet. Hu setaʼ jingħata l-​mewt għall-​inqas offiża.” Compton’s Encyclopedia tinnota: “F’Ruma x-​xogħol tal-​irsiera kien il-​pedament tal-​istat.... Fil-​għelieqi l-​irsiera taʼ spiss kienu jaħdmu marbutin bil-​ktajjen. Bil-​lejl kienu jiġu marbutin flimkien u magħluqin f’ħabsijiet kbar, li kienu nofshom mirdumin taħt l-​art.” Ladarba ħafna rsiera kienu darba nies ħelsin, immaġina l-​imrar taʼ dawk il-​ħajjiet imfarrkin!

5 Għal sekli sħaħ, il-​Kristjaneżmu ħa sehem fi traffikar oppressiv taʼ rsiera. Tgħid The World Book Encyclopedia: “Mis-​snin 1,500 sal-​1,800, l-​Ewropej imbarkaw madwar 10 miljun irsir iswed mill-​Afrika lejn in-​Naħa tal-​Punent.” F’dan is-​seklu 20, miljuni taʼ nies maqbudin ġew maqtulin bix-​xogħol jew maqtulin f’kampijiet taʼ konċentrament min-​Nażi bħala kwistjoni taʼ politka tal-​gvern. Il-​vittmi kienu jinkludu ħafna mix-​Xhieda taʼ Jehovah li ntefgħu l-​ħabs għaliex ma ridux jappoġġjaw lir-​reġim qattiel Nażista.

Jasar għal Reliġjon Falza

6. Ir-​reliġjon falza kif jassret lin-​nies f’Kangħan tal-​qedem?

6 Jeżisti wkoll jasar li jirriżulta minn prattikar taʼ reliġjon falza. Per eżempju, f’Kangħan tal-​qedem, it-​tfal kienu jiġu ssagrifikati lil Molek. Jintqal li ħuġġiega kienet taqbad ġewwa xbiha kbira taʼ dan l-​alla falz. Tfal ħajjin kienu jintefgħu fid-​dirgħajn miftuħin tax-​xbiha, billi jaqgħu minnhom għal ġon-​nar taʼ taħt. Saħansitra xi Iżraeliti kienu jipprattikaw din il-​qima falza. Alla jgħid li huma ġagħlu ‘lil uliedhom subien u lil uliedhom bniet igħaddu minn ġon-​nar lil Molek, xi ħaġa li Hu ma kkmandahomx, lanqas ma daħal f’Qalbu li jagħmel din il-​ħaġa moqżieża.’ (Ġeremija 32:35) X’benefiċċju ġab Molek lill-​adoraturi tiegħu? Fejn huma dawk il-​ġnus Kangħaniti u l-​qima taʼ Molek illum? Huma lkoll sparixxew. Dik kienet qima falza, qima bbażata mhux fuq veritajiet imma fuq gideb.—Isaija 60:12.

7. Liema prattika orribbli kienet parti mir-​reliġjon tal-​Azteki?

7 Sekli ilu fl-​Amerka Ċentrali, l-​Azteki kienu mjassrin għar-​reliġjon falza. Kien hemm allat persunali, qawwiet tan-​natura kienu meqjumin bħala allat, diversi ħidmiet fil-​ħajja taʼ kuljum kull waħda kellha l-​alla għaliha, il-​pjanti kellhom l-​allat tagħhom, saħansitra s-​suwiċidji kellhom alla. Il-​ktieb The Ancient Sun Kingdoms of the Americas jirrakkonta: “Il-​gvern tal-​Messiku Azteku kien organizzat minn fuq s’isfel biex ikun jistaʼ jsostni, u b’hekk jikkuntenta, lill-​qawwiet li ma jidhrux bi kwantità taʼ qlub umani daqs kemm kien possibbli li jagħtuhom. Id-​demm kien ix-​xarba tal-​allat. Biex jinkisbu vittmi prigunieri addattati bħala sagrifiċċju għall-​allat, kien hemm gwerer zgħar bla tmiem.” Meta tempju kbir bħal piramida ġie ddedikat fl-​1486, eluf taʼ vittmi “ġew imqegħdin f’ringieli jistennew li jiġu mitfugħin f’pożizzjoni li tixbah lil ajkla fuq il-​ġebla tas-​sagrifiċċju. Qlubhom ġew maqtugħin u miżmumin għal żmien qasir quddiem ix-​xemx” biex jikkuntentaw lill-​alla tax-​xemx. The World Book Encyclopedia tgħid: “L-​adoraturi xi drabi kielu partijiet mill-​ġisem tal-​vittma.” Madankollu, dawk il-​prattiċi ma salvawx lill-​Imperu tal-​Azteki jew lir-​reliġjon falza tiegħu.

8. Gwida f’mużew x’kellu x’igħid dwar qtil modern bil-​wisq akbar minn dak li seħħ fost l-​Azteki?

8 Xi viżitaturi darba kienu qegħdin iduru mużew fejn vetrina kienet turi qassisin Azteki qegħdin jaqilgħu qalb taʼ wieħed żagħżugħ. Meta l-​gwida spjega xi tfisser l-​istampa, stagħġiba ħarġet minn xi wħud mill-​grupp. Il-​gwida mbagħad qal: “Qed nara li ma togħġobkomx id-​drawwa tal-​Azteki li jissagrifikaw irġiel żgħażagħ lil allat pagani. Madankollu, f’dan is-​seklu 20, miljuni taʼ rġiel żgħażagħ ġew issagrifikati lill-​alla tal-​gwerra. Huwa dan aħjar?” Huwa fatt li fil-​gwerra l-​mexxejja reliġjużi tal-​ġnus kollha jitolbu għar-​rebħa u jbierku l-​armati avolja nies tal-​istess reliġjon ikunu taʼ spiss fuq naħat opposti joqtlu lil xulxin.—1 Ġwann 3:10-12; 4:8, 20, 21; 5:3.

9. Liema prattika teqred iktar ħajjiet żgħażagħ minn kwalunkwe oħra fl-​istorja?

9 L-​issagrifikar taż-​żgħar lil Molek, lill-​allat Azteki, jew lill-​gwerra qed jiġi ssuperat mill-​qtil taʼ trabi mhux imweldin b’aborti, xi 40 jew 50 miljun kull sena mad-​dinja kollha. Il-​għadd li ġew abortati fl-​aħhar tliet snin biss huwa akbar mill-​mitt miljun ruħ li nqatlu fil-​gwerar kollha taʼ dan is-​seklu. Kull sena, jiġu abortati trabi f’għadd ferm akbar min-​nies kollha maqtulin fit-​12-il sena taʼ ħakma Nażista. Fis-​snin riċenti ġew abortati trabi bl-​eluf taʼ drabi iżjed minn dawk kollha ssagrifikati lil Molek jew lill-​allat tal-​Azteki. Madankollu ħafna ( jekk mħux il-​biċċa l-​kbira) taʼ dawk li jkollhom abort, jew dawk li jagħmluhom, jipprofessaw xi reliġjon.

10. Liema hu mod iehor li bih in-​nies huma mjassrin għar-​reliġjon falza?

10 Ir-​reliġjon falza tjassar lin-​nies b’modi oħrajn ukoll. Per eżempju, ħafna nies jemmnu li l-​mejin huma hajjin fid-​dinja tal-​ispiriti. Riżultat wieħed taʼ dan it-​twemmin falz hu l-​biżaʼ minn u l-​qima tal-​antenati mejtin biex mingħalihom jiksbu benefiċċji mingħandhom. Dan ijassar lin-​nies taħt saħħara, medji tal-​ispiriti, u membri tal-​kleru li jiġu kkonsultati biex mingħalihom igħinu lil-​mejtin. Xierqa li ssir il-​mistoqsija, Hemm xi ħruġ minn jasar bħal dan?—Dewteronomju 18:10-12; Ekkleżjasti 9:5, 10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja