LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 7/1 pp. 8-13
  • Nagħtu Merħba lid-Dinja Ġdida taʼ Libertà t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nagħtu Merħba lid-Dinja Ġdida taʼ Libertà t’Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jillibera Lill-​Poplu Tiegħu
  • Libertà Vera fid-​Dinja Ġdida t’Alla
  • Edukazzjoni Globali għall-​Ħajja
  • Libertajiet Kbar Saħansitra Issa
  • Jilliberaw lil Oħrajn Minn Twemmin Falz
  • Fittex lil Jehovah
  • Dak li Se Tagħmel is-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Id-​Dinja Ġdida Meraviljuża li Se Jagħmel Alla
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Poplu Liberu Imma Responsabbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • L-“Ordni Dinjija Ġdida” tal-Bniedem Qrib?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 7/1 pp. 8-13

Nagħtu Merħba lid-​Dinja Ġdida taʼ Libertà t’Alla

“[Alla] se jimsaħ kull demgħa minn għajnejhom, u l-​mewt ma tkunx iżjed, u la l-​għali u la l-​biki u lanqas l-​uġigħ ma jkunu iżjed.”−RIVELAZZJONI 21:4.

1, 2. Min biss jistaʼ jġib libertà vera, u x’nistgħu nitgħallmu mill-​Bibbja Dwaru?

L-​ISTORJA tad-​dinja tat prova tal-​verita taʼ dak li qal il-​profeta Ġeremija: “Għall-​bniedem tal-​art il-​mogħdija tiegħu ma tappartjenix lilu. Ma jappartjenix lill-​bniedem li miexi saħansitra li jidderieġi l-​pass tiegħu.” Min biss jistaʼ kif jixraq jidderieġi l-​pass tal-​bniedem? Ġeremija ssokta jgħid: “Ikkorreġini, O Jehovah.” (Ġeremija 10:23, 24) Iva, Jehovah biss jistaʼ jġib libertà vera mill-​problemi li jgħakksu lill-​familja umana.

2 Il-​Bibbja fiha ħafna eżempji tal-​abbiltà taʼ Jehovah f’li jġib libertà lil dawk li jaqduh. “L-​affarijiet kollha li nkitbu qabel inkitbu għat-​tagħlim tagħna, biex permezz tas-​sabar tagħna u permezz tal-​faraġ mill-​Iskrittura nistgħu jkollna t-​tama.” (Rumani 15:4) Il-​gudiżzji taʼ Jehovah kontra l-​qima falza kienu wkoll miktubin, u dawn jaqdu bħala “twissija lilna li fuqna waslu t-​tmimijiet tas-​sistemi taʼ affarijiet.”—1 Korintin 10:11.

Jillibera Lill-​Poplu Tiegħu

3. Jehovah kif wera l-​abbiltà tiegħu li jeħles lin-​nies tiegħu fl-​Eġittu?

3 Eżempju wieħed tal-​abbiltà t’Alla f’li jesegwixxi ġudiżzju kontra l-​qima falza u f’li jeħles lil dawk li jagħmlu r-​rieda tiegħu seħħ meta l-​poplu tiegħu tal-​qedem kienu fil-​jasar fl-​Eġittu. Eżodu 2:23-25 igħid: “[I]l-għajta tagħhom għall-​għajnuna baqgħet tielaʼ ’l fuq lejn il-​veru Alla minħabba fil-​jasar. Maż-​żmien Alla semaʼ t-​tinwiħ tagħhom.” F’turija meraviljuża tas-​superjorità tiegħu fuq l-​allat foloz tal-​Eġittu, Alla li Jistaʼ Kollox ġab għaxar kastigi fuq dak il-​ġens. Kull kastig kien imfassal biex jumilja lil xi alla tal-​Eġittu, billi juri li huma kienu foloz u ma setgħux igħinu lill-​Eġizzjani li kienu jqimuhom. B’hekk Alla llibera lill-​poplu tiegħu u qered lil Farawni u lill-​armati tiegħu fil-​Baħar l-​Aħmar.—Eżodu, kapitli 7 sa 14.

4. Għala ma kinetx inġustizzja għal Alla li jesegwixxi l-​ġudizzji tiegħu kontra l-​Kangħaniti?

4 Meta Alla ġab lil Iżrael f’Kangħan, l-​abitanti tiegħu li kienu jqimu lid-​demonji ġew meqrudin u l-​art ingħatat lill-​poplu t’Alla. Bħala s-​Sovran Universali, Jehovah għandu d-​dritt li jesegwixxi l-​ġudizzji tiegħu fuq reliġjonijiet degradanti. (Ġenesi 15:16) U rigward ir-​reliġjon Kangħanita, il-​Bible Handbook taʼ Halley igħid: “Il-​qima taʼ . . . allat Kangħaniti kienet tikkonsisti f’orġji mill-​iktar stravaganti; it-​tempji tagħhom kienu ċentri taʼ viżzju. . . . Il-​Kangħaniti qiemu b’kondotta laxka immorali, bħala rit reliġjuz, fil-​preżenza tal-​allat tagħhom; u mbagħad, billi joqtlu lil uliedhom li jitwieldu l-​ewwel, bħala sagrifiċċju lil dawn l-​istess allat. Jidher li, fil-​biċċa l-​kbira, l-​art taʼ Kangħan kienet saret tip taʼ Sodom u Gomorra fuq skala nazzjonali.” Hu jżid: ”Kellha ċivilizzazzjoni bħal din b’daqshekk ħmieġ mistmerr u kefrija xi dritt li tibqaʼ teżisti?...L-arkeoloġisti li jħaffru fir-​rovini taʼ bliet Kangħaniti jistagħgbu kif Alla ma qeridhomx qabel ma qeridhom.”

5. Li Alla ħeles lill-​poplu tiegħu tal-​qedem kif iservi bħala mudell għal żmienna?

5 Dan ir-​rakkont dwar li Alla aġixxa kontra l-​qima falza, billi ħeles lill-​poplu tal-​patt tiegħu, u pprovdielhom art imwiegħda jservi bħala mudell taʼ affarijiet li jridu jiġu. Jipponta lejn il-​futur immedjat meta Alla se jgħaffeg lir-​reliġjonijiet foloz taʼ did-dinja u lil dawk li jappoġġjawhom u se jdaħħal lill-​qaddejja tiegħu taż-​żmien modern f’dinja ġdida taʼ tjieba.—Rivelazzjoni 7:9, 10, 13, 14; 2 Pietru 3:10-13.

Libertà Vera fid-​Dinja Ġdida t’Alla

6. X’inhuma xi ftit mil-​libertajiet meraviljużi li Alla se jipprovdi fid-​dinja ġdida?

6 Fid-​dinja l-​ġdida, Alla se jbierek lill-​poplu tiegħu bl-​aspetti meraviljużi kollha tal-​libertà li hu ppjana għall-​familja umana. Se jkun hemm libertà mill-​oppressjoni li ssir minn elementi politiċi, ekonomiċi, u reliġjużi foloz. Se jkun hemm libertà mid-​dnub u l-​mewt, billi n-​nies ikollhom il-​prospett li jgħixu għal dejjem fuq l-​art. “It-​twajbin infushom se jkollhom pussess tal-​art, u se jgħammru għal dejjem fuqha.”—Salm 37:29; Mattew 5:5.

7, 8. X’se jiġi mġarrab f’li niksbu mill-​ġdid saħħa perfetta fid-​dinja ġdida?

7 Ftit wara li dik id-​dinja ġdida tkun bdiet, l-​abitanti tagħha se jiġu restawrati b’mod mirakoluż għal saħħa perfetta. Ġob 33:25 igħid: “Ħalli l-​laħam tiegħu jsir iktar frisk milli fiż-​żgħożija; ħallih imur lura lejn il-​jiem tal-​ħeġġa taʼ żgħożitu.” Isaija 35:5, 6 iwiegħed: “F’dak iż-​żmien għajnejn il-​għomja se jinfetħu, u l-​istess widnejn tat-​torox se jkunu mhux misdudin. F’dak iż-​żmien iz-​zopp se jixxabbat sewwa sew bħalma jagħmel iċ-​ċerv, u lsien il-​mutu se jgħajjat bil-​ferħ.

8 Dawk minnkom b’mard fiżiku minħabba xjuhija jew nuqqas taʼ saħħa, immaġinaw lilkom infuskom fid-​dinja l-​ġdida tqumu kull fil-​għodu b’saħħitkom u mimlijin vitalità. It-​tikmix tagħkom inbidel f’ġilda lixxa u b’saħħitha—m’hemmx bżonn iżjed taʼ kremi tal-​ġilda. Il-​għajnejn tagħkom neqsin mill-​vista jew għamjin ġew restawrati għal vista perfetta—m’hemmx bżonn iżjed taʼ nuċċalijiet. Smigħ perfett ġie restawrat—armu dawk l-​istrumenti għassmigħ. Dirgħajn u riġlejn immankati issa huma qawwijin u sħaħ—eħilsu minn dawk il-​bsaten, krozzi, u siġġijiet bir-​roti. M’hemmx iżjed mard—armu dawk il-​mediċini kollha. B’hekk, Isaija 33:24 ibassar: “Ebda resident ma se jgħid: ‘Jien marid.” Hu jistqarr ukoll: “Għall-​eżaltar u t-​tferrieħ se jaslu, u n-​niket u t-​tnegħid iridu jaħarbu lil hinn.”−Isaija 35:10.

9. Il-​gwerra kif se tinġieb fi tmiem għal dejjem?

9 Qatt iżjed ma se jiġi xi ħadd issagrifikat lill-​gwerra. “[Alla] qiegħed iġiegħel li l-​gwerer jieqfu sa tarf l-​art. Il-​qaws hu jaqsam fi tnejn u tassew ikisser il-​lanza f’biċċiet; il-​vaguni jaħraqhom fin-​nar.” (Salm 46:9) Armamenti tal-​gwerra qatt iżjed ma se jiġu permessi mill-​Mexxej tas-​Saltna t’Alla, Kristu Ġesù, li Isaija 9:6 isejjaħlu l-​“Prinċep tal-​Paċi.” Vers 7 iżid: “Għall-​abbundanza tal-​ħakma taʼ prinċep u għall-​paċi ma se jkun hemm ebda tmiem.”

10, 11. Il-​paċi totali x’se tkun tfisser għall-​art?

10 X’barka se tkun għall-​umanità, u għal din l-​art, li jkunu ħielsa mill-​armamenti tal-​gwerra! Ara, fiż-​żmien preżenti, armamenti wżati fi gwerar taʼ qabel għadhom jeqirdu lin-​nies. F’pajjiż wieħed, Franza, iktar minn 600 esperti tat-​tneħħija tal-​bombi nqatlu mill-​1945 ’il hawn waqt li kienu jneħħu l-​isplussivi mħollijin minn gwerer taʼ qabel. Il-​kap tal-​aġenzija tat-​tneħħija tal-​bombi taʼ dak il-​pajjiż qal: “Għadna nsibu balal tal-​kanuni attivi mill-​Gwerra Franza-Prussja tal-​1870. Hemm għadajjar mimlijin bi grenades tossiċi mill-​Ewwel Gwerra Dinjija. Kull tant, xi bidwi bil-​mutur tal-​ħrit igħaddi minn fuq xi bomba moħbija għal kontra t-​tankijiet mit-​Tieni Gwerra Dinjija u puff, daqshekk għamel. Dawn l-​affarijiet qegħdin kullimkien.” Sentejn ilu The New York Times ikkummentat: “Fil-​45 sena mit-​tmiem tat-​Tieni Gwerra Dinjija, [gruppi tat-​tneħħija tal-​bombi] neħħew mill-​ħamrija [Franċiża] 16-il miljun balla tal-​artillerija, 490,000 bomba u 600,000 mina taʼ taħt l-​ilma.... Miljuni taʼ biċċiet taʼ rabaʼ għadhom imdawrin biċ-​ċnut, b’armamenti mgħaddsin ’l isfel sal-​irkobba taʼ bniedem u mdawrin b’kartelluni li jwissu: ‘Tmissx. Joqtol!”ˈ

11 Kemm se tkun differenti d-​dinja ġdida! Kulħadd se jkollu djar xierqa, ikel abbundanti, u x-​xogħol premjanti u taʼ paċi taʼ li jbiddel l-​art kollha f’ġenna. (Salm 72:16; Isaija 25:6; 65:17-25) Qatt iżjed in-​nies, u l-​art, ma se jiġu bbombardjati minn miljuni taʼ mezzi splussivi. Dinja ġdida bħal din hi dak li Ġesù kellu f’moħħu meta qal lil wieħed li wera fidi fih: “Int se tkun miegħi fil-​Ġenna.”−Luqa 23:43.

Edukazzjoni Globali għall-​Ħajja

12, 13. Ġesù u Isaija liema xogħol edukattiv globali bassru għal żmienna?

12 Meta wieħed jitgħallem dwar id-​dinja ġdida t’Alla, jitgħallem ukoll li fi żmienna, Jehovah ipproduċa kongregazzjoni dinjija organizzata għall-​qima vera. Din se tkun il-​qalba tad-​dinja l-​ġdida, u Alla qed jużaha issa biex tistruwixxi lil oħrajn dwar il-​għanijiet tiegħu. Din l-​organizzazzjoni Kristjana qiegħda twettaq xogħol edukattiv globali taʼ natura u daqs li bħalu qatt ma deher qabel. Ġesù bassar li dan kellu jsir. Hu qal: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna se tkun ippridkata fl-​art abitata kollha għal xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad se jiġi t-​tmiem.”−Mattew 24:14.

13 Isaija wkoll tkellem dwar dan ix-​xogħol edukattiv globali: “[I]rid iseħħ fil-​parti finali tal-​jiem [fi żmienna] li l-​muntanja tad-​dar taʼ Jehovah [il-qima vera u eżaltata tiegħu] se tiġi stabbilita fis-​sod . . . u lejha l-​ġnus kollha jridu jiġru bħal xmara. U ħafna popli ċertament se

jmorru u jgħidu: ‘Ejjew u ħalli nitilgħu lejn il-​muntanja taʼ Jehovah, . . . u ħu se jistruwina dwar il-​mogħdijiet tiegħu, u aħna se nimxu fil-​passaġġi tiegħu.”ˈ—Isaija 2:2, 3.

14. Kif nistgħu nidentifikaw lin-​nies t’Alla llum?

14 Għaldaqstant, ix-​xogħol globali taʼ xiehda dwar is-​Saltna t’Alla huwa evidenza qawwija li aħna ninsabu viċin it-​tmiem taʼ din is-​sistema mill-​agħar u li l-​libertà vera hija fil-​qrib. Dawk l-​uħud li qegħdin iżuru lin-​nies bil-​messaġġ mimli tama dwar id-​dinja ġdida t’Alla huma deskritti f’​Atti 15:14 bħala ‘poplu għal isem Alla.’ Min iġorr isem Jehovah u jagħti x-​xiehda globali dwar Jehovah u s-​Saltna tiegħu? L-​evidenza storika tas-​seklu 20 twieġeb: ix-​Xhieda taʼ Jehovah biss. Illum il-​għadd tagħhom hu iktar minn erbaʼ miljuni ftiktar minn 66,000 kongregazzjoni madwar id-​dinja kollha.—Isaija 43:10-12; Atti 2:21.

15. Rigward il-​kwistjonijiet politiċi, kif nistgħu nidentifikaw lill-​veri qaddejja t’Alla?

15 Evidenza oħra li x-​Xhieda taʼ Jehovah qegħdin iwettqu l-​profeziji dwar ix-​xogħol taʼ ppridkar tas-​Saltna tinsab f’​Isaija 2:4: “Huma se jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom f’imqassijiet taż-​żabra. Ġens mħux se jerfaʼ sejf kontra ġens, lanqas ma se jitgħallmu l-​gwerra iktar.” Mela dawk li qegħdin jagħmlu xogħol globali taʼ ppridkar dwar it-​tmexxija tas-​Saltna t’Alla ma jridux ”jitgħallmu l-​gwerra iktar.” Ġesù qal li huma ma jridu jkunu “ebda parti mid-​dinja.” (Ġwann 17:16) Dan ifisser li huma jridu jkunu newtrali fi kwistjonijiet politiċi, billi ma jzommu ma l-​ebda naħa fil-​kontroversji u l-​gwerar tal-​ġnus. Min huma dawk li ma huma ebda parti mid-​dinja u ma jitgħallmux gwerra iktar? Għal darb’oħra, l-​evidenza storika tas-​seklu 20 tixhed: ix-​Xhieda taʼ Jehovah biss.

16. Kemm se jkun bir-​reqqa x-​xogħol edukattiv globali t’Alla?

16 Ix-​xogħol edukattiv globali tax-​Xhieda taʼ Jehovah se jkompli saħansitra wara li Alla jġib fi tmiem lil din id-​dinja preżenti mill-​agħar. Isaija 54:13 jistqarr: “[U]liedek subien kollha se jkunu persuni mgħallmin minn Jehovah.” Tant se jsir bir-​reqqa dan it-​tagħlim li Isaija 11:9 ibassar: “L-​art ċertament li se tkun mimlija bil-​għarfien taʼ Jehovah bħalma l-​ilmijiet qegħdin jiksu lill-​istess baħar.” Tagħlim kontinwu se jkun meħtieġ mhux biss għal dawk li jsalvaw fit-​tmiem taʼ din id-​dinja qadima u għat-​tfal li forsi jitwieldu fid-​dinja l-​ġdida imma wkoll għall-​biljuni li jiġu lura għall-​ħajja fl-​irxoxt. Eventwalment, kull persuna li tgħix fuq l-​art se tiġi mgħallma biex teżerċita r-​rieda ħielsa tagħha kif jixraq fil-​limiti tal-​liġijiet t’Alla. Ir-​riżultat? “[I]l-ġwejdin infushom se jkollhom pussess tal-​art, u huma tabilħaqq se jsibu l-​għaxqa bnina tagħhom fl-​abbundanza taʼ paċi.”−Salm 37:11.

Libertajiet Kbar Saħansitra Issa

17. Mosè x’qalilhom biex jagħmlu lin-​nies tal-​qedem t’Alla?

17 Meta l-​Iżraeliti tal-​qedem kienu fuq il-​għatba tal-​Art Imwiegħda, Mosè kellimhom u qal: “Jien għallimtkom regolamenti u deċiżjonijiet ġudizzjarji, sewwa sew bħalma Jehovah Alla tiegħi kkmandani, għalikom biex tagħmlu hekk f’nofs l-​art li tagħha intom se tieħdu pussess. U intom tridu żzommuhom u tagħmluhom, għaliex dan hu għerf min-​naħa tagħkom u fehma min-​naħa tagħkom quddiem għajnejn il-​popli li se jisimgħu dwar dawn ir-​regolamenti kollha, u huma ċertament li se jgħidu, ‘Dan il-​ġens kbir huwa bla dubju poplu għaref u li jifhem.’ Għax liema ġens kbir hemm li għandu allat qrib tiegħu l-​mod kif Jehovah Alla tagħna hu fis-​sejħat kollha tagħna li nagħmlulu?”−Dewteronomju 4:5-7.

18. Liema libertajiet kbar jiġu saħansitra issa għand dawk li qegħdin jaqdu lil Alla?

18 Illum il-​miljuni li jqimu lil Jehovah ukoll jinsabu fuq il-​għatba taʼ art imwiegħda—id-​dinja l-​ġdida. Peress li huma jobdu l-​liġijiet t’Alla, għandhom lilu qrib tagħhom u jispikkaw mill-​popli l-​oħrajn kollha. Diġa Alla ħelishom minn ideat reliġjużi foloz, mir-​razziżmu, mill-​użu illegali tad-​drogi, min-​nazzjonaliżmu, mill-​gwerer, u mill-​epidemija dinjija taʼ mard traxmess sesswalment. Barra minn dan, hu għaqqadhom fi fratellanza internazzjonali li ma titkissirx taʼ mħabba. (Ġwann 13:35) M’humiex inkwetati dwar il-​futur imma “jgħajtu bil-​ferħ minħabba l-​kundizzjoni tajba tal-​qalb.” (Isaija 65:14) X’libertajiet kbar igawdu saħansitra minn issa billi jaqdu lil Alla bħala Hakkiem!—Atti 5:29, 32; 2 Korintin 4:7; 1 Ġwann 5:3.

Jilliberaw lil Oħrajn Minn Twemmin Falz

19, 20. In-​nies kif inhuma meħlusin permezz tat-​tagħlim tal-​Bibbja dwar il-​kundizzjoni tal-​mejtin?

19 Ħafna li lilhom ix-​Xhieda taʼ Jehovah jippridkawlhom ukoll qegħdin jibdew isibu dawn il-​libertàjiet. Per eżempju, f’pajjiżi fejn il-​qima tal-​antenati tiġi pprattikata ix-​Xhieda taʼ Jehovah qegħdin jagħmlu magħruf lil oħrajn li l-​mejtin m’humiex ħajjin x’imkien u ma jistgħu jagħmlu ebda ħsara lill-​ħajjin. Ix-​Xhieda jirreferu għal Ekkleżjasti 9:5, li jistqarr li “l-​ħajjin huma konxji li se jmutu; imma nkwantu għall-​mejtin, m’huma konxji taʼ xejn affattu.” Huma jirreferu wkoll għal Salm 146:4, li jgħid li meta bniedem imut “hu jerġaʼ lura lejn artu; f’dak il-​jum ħsibijietu jgħibu.” Mela l-​Bibbja turi li m’hemm ebda spirtu bħal fatat jew ruħ immortali biex twettaq fejqan jew biex tbeżżaʼ lill-​ħajjin. M’hemmx bżonn, għalhekk, li taħli flus maqlugħin bit-​tbatija biex tixtri sserviżzi taʼ sħaħar jew qassisin.

20 Għarfien eżatt tal-​Bibbja bħal dan jillibera lin-​nies mit-​tagħlim falz tan-​nar tal-​infern u l-​purgatorju. Meta n-​nies jitgħallmu l-​verità tal-​Bibbja li l-​mejtin m’huma konxji taʼ xejn affattu, bħal li kieku qegħdin f’raqda fonda, huma ma jinkwetawx iżjed dwar x’ġara mill-​maħbubin tagħhom li mietu. Minflok, huma jħarsu ’l quddiem lejn iż-​żmien meraviljuż li tkellem dwaru l-​appostlu Pawlu meta qal: “Se jkun hemm irxoxt kemm tat-​twajbin u kemm taʼ dawk li m’humiex twajbin.”−Atti 24:15.

21. Min bla dubju se jkun inkluż fost dawk irxoxtati, u x’se tkun x’aktarx ir-​reazzjoni tagħhom?

21 Fl-​irxoxt il-​mejtin se jiġu lura għall-​ħajja fuq art meħlusa għal dejjem mill-​mewt li writna minn Adam. Bla dubju dawk irxoxtati se jinkludu tfal issagrifikati lil allat Kangħaniti, bħalma hu Molek, irġiel żgħażagħ issagrifikati lil allat tal-​Azteki, u miljuni bla għadd issagrifikati lill-​alla tal-​gwerra. Kemm se jkunu mistagħġbin u ferħanin dawk li darba kienu vittmi taʼ twemmin falz! Uħud irxoxtati bħal dawn jistgħu mbagħad jiddikjaraw bil-​ferħ: “Fejn huma l-​ingiegeż tiegħek, o Mewt? Fejn hi l-​qerda tiegħek, O Xeol?”−Ħosea 13:14.

Fittex lil Jehovah

22. Jekk irridu ngħixu fid-​dinja ġdida t’Alla x’għandna bżonn inżommu f’moħħna?

22 Trid int tgħix fid-​dinja ġdida taʼ tjieba t’Alla, fejn se jkun hemm libertà vera? Jekk iva, allura daħħal f’qalbek il-​kelmiet fit-​2 Kronaki 15:2: “Jehovah qiegħed magħkom sakemm turu li qegħdin miegħu; u jekk tfittxuh, hu se jħalli lilu nnifsu jinstab minnkom, imma jekk titilquh ħu se jitlaqkom.” U żomm f’moħħok li l-​isforzi sinċieri tiegħek biex titgħallem dwar Alla u biex togħgbu m’humiex se jiġu njorati. Ebrej 11:6 igħid li Alla hu “dak li jħallas lil dawk li qed ifittxuh bil-​ħeġġa.” U Rumani 10:11 igħid: “Ebda wieħed li jserraħ il-​fidi tiegħu fuqu ma se joħrog diżappuntat.”

23. Għala għandna nagħtu merħba lid-​dinja ġdida taʼ libertà t’Alla?

23 Preċiż fuq ix-​xefaq hemm id-​dinja ġdida tal-​libertà vera t’Alla. Hemmhekk “il-​ħolqien innifsu wkoll se jinħeles mill-​jasar għall-​korruzzjoni u jkollu l-​libertà glorjuża tat-​tfal t’Alla.” U “[Alla] se jimsaħ kull demgħa minn għajnejhom, u l-​mewt ma tkunx iżjed, u la l-​għali u la l-​biki u lanqas l-​ugigħ ma jkunu iżjed.” (Rumani 8:21; Rivelazzjoni 21:4) Imbagħad il-​qaddejja kollha taʼ Jehovah se jgħollu rjushom ’il fuq u bil-​ferħ jagħtu merħba lid-​dinja ġdida taʼ libertà t’Alla billi jesklamaw, ‘Grazzi, Jehovah, għal-​libertà vera sa fl-​aħħar!’

Kif Twieġeb Int?

◻ Jehovah kif wera l-​abbiltà tiegħu li jeħles lill-​poplu tiegħu?

◻ Liema libertajiet meraviljużi se jkun hemm fid-​dinja ġdida t’Alla?

◻ Jehovah kif qiegħed igħallem lin-​nies għall-​ħajja?

◻ X’inhuma xi libertajiet lin-​nies t’Alla jgawdu saħansitra issa billi jaqdu lil Jehovah?

[Stampa f’paġna 9]

Jehovah wera s-​superiorità tiegħu fuq l-​allat foloz tal-​Eġittu, billi ħeles lill-​adoraturi tiegħu

[Stampi f’paġni 10, 11]

Illum, il-​qaddejja veri t’Alla huma identifikati billi jwettqu x-​xogħol edukattiv globali tiegħu u billi jġorru lil ismu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja