LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 3/8 p. 31
  • ‘Rivista li Għandha l-Appoġġ t’Alla’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Rivista li Għandha l-Appoġġ t’Alla’
  • Stenbaħ!—2005
Stenbaħ!—2005
g05 3/8 p. 31

‘Rivista li Għandha l-​Appoġġ t’Alla’

RAĠEL li qed jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova fin-​Niġerja attenda seminar organizzat mill-​Kumitat bejn il-​Pajjiżi Afrikani dwar in-​Nisa u t-​Tfal. Hu ħa miegħu żewġ kopji reċenti taʼ Stenbaħ!

Fl-ewwel ġurnata tas-​seminar, ir-​raġel innota li l-​kelliemi kien qed juża punti minn rivista li ġab miegħu. It-​titlu fuq il-​qoxra tagħha kien “Il-​Ħajja—Taʼ Min Jgħixha!” (8 taʼ Novembru, 2001) Allura, minnufih hu ħareġ il-​kopja tiegħu u beda jsegwi mal-​kelliemi.

Fi tmiem il-​ġurnata, avukat li l-​għada kien se jagħmel diskors, ra l-​qoxra tal-​ħarġa l-​oħra bit-​titlu “Help for Battered Women” (Għajnuna għan-​Nisa Msawta) li l-​istudent tal-​Bibbja kellu miegħu. L-​avukat ried jissellef din ir-​rivista. Matul il-​lejl, rema l-​kopja oriġinali li kien kiteb u pprepara diskors ġdid ibbażat fuq l-​artikli taʼ Stenbaħ! L-​għada, meta l-​avukat kien imissu jitkellem, mara li kienet bil-​qiegħda fl-​istess filliera taʼ l-​istudent tal-​Bibbja ħarġet il-​kopja tagħha taʼ Stenbaħ! u bdiet issegwi mal-​kelliemi.

L-istudent tal-​Bibbja setaʼ jikkontribwixxi fid-​diskussjoni tas-​seminar bl-​aħjar mod għaliex kien qara l-​artikli taʼ Stenbaħ! ‘M’għandi l-​ebda dubju li din ir-​rivista għandha l-​appoġġ t’Alla,’ qal hu.

Tixtieq tirċievi din ir-​rivista d-​dar tiegħek regolarment? Għala ma tistaqsix lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova biex jirranġalek ħalli tibda tirċiviha?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja