L-Iktar Laqgħa Importanti tas-Sena—Nixtiequ Nistednuk!
Il-Ħamis, 24 taʼ Marzu, 2005, se sseħħ ġrajja li żgur ma tridx titlifha. Din hija l-ġurnata fejn iktar minn sitt miljun Xhud taʼ Ġeħova madwar id-dinja u miljuni taʼ ħbieb se jiltaqgħu lokalment biex ifakkru l-aħħar ċena li Ġesù kellu mad-dixxipli tiegħu. Fi qbil maʼ l-istruzzjonijiet li ta Ġesù, f’kull laqgħa se jiġi mqassam ħobż bla ħmira u nbid aħmar, u se jiġi spjegat it-tifsir taʼ din iċ-ċerimonja.—Marku 14:22-24.
Għal ħafna nies, din il-ġrajja hija magħrufa bħala l-Aħħar Ċena, jew L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jsejħulha t-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù. Hija tfakkira vitali tas-sagrifiċċju li Ġesù Kristu għamel għall-benefiċċju tal-bnedmin midinbin permezz tal-mewt tiegħu. (Ġwanni 3:16; 1 Ġwanni 2:2) Wara l-aħħar ikla tiegħu, Ġesù ġie arrestat u iktar tard miet fuq zokk daqslikieku kien wieħed li kkommetta xi ħażen.—Ġwanni 19:17, 18.
Int se tiġi milqugħ mill-qalb għal din il-laqgħa speċjali, l-iktar waħda importanti fil-kalendarju tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Jekk jogħġbok iċċekkja mas-Sala tas-Saltna fil-lokalità tiegħek għall-ħin eżatt u l-post fejn se ssir il-laqgħa.