LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 12/8 pp. 4-8
  • Nissodisfaw ix-Xewqa Kbira Tagħna għall-Ħbiberija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nissodisfaw ix-Xewqa Kbira Tagħna għall-Ħbiberija
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ħu Passi Prattiċi biex Tagħmel il-​Ħbieb
  • Iftaħ Qalbek!
  • Biex Ikollok Ħabib, Kun Ħabib
  • Uri Rispett lil Oħrajn
  • Tistenniex il-​Perfezzjoni
  • Ħbieb Leali fit-​Tajjeb u fil-​Ħażin
  • Ħbieb Tajbin Ħbieb Ħżiena
    Stenbaħ!—2004
  • Kif Jistaʼ Jkollok Ħafna Ħbieb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Agħżel Ħbieb Tajbin
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Inżommu Ħbiberiji f’Dinja Nieqsa mill-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 12/8 pp. 4-8

Nissodisfaw ix-​Xewqa Kbira Tagħna għall-​Ħbiberija

“IS-​SOLITUDNI m’hijiex marda,” jgħid il-​ktieb In Search of Intimacy. ‘Is-​solitudni hija normali bħal meta jaqbdek il-​ġuħ, hi sinjal naturali li jurina li għandna bżonn il-​ħbieb.’ Bħalma l-​ġuħ iqanqalna biex nieklu, hekk ukoll is-​sentimenti taʼ solitudni għandhom iqanqluna biex infittxu ħbieb veri.

Iżda, bħalma tosserva Yaël, mara żagħżugħa li toqgħod Franza, “xi nies jevitaw kull kuntatt m’oħrajn.” Però, li tagħmel dan, għal kwalunkwe raġuni, m’hu se jsolvi xejn u wisq probabbli se jġagħlek tħossok waħdek iktar minn qatt qabel. Proverbju Bibliku jgħid: “Wieħed li jinqataʼ għalih waħdu jfittex ix-​xenqa egoistika tiegħu stess; kontra kull għaqal jiħodha.” (Proverbji 18:​1, NW) Għalhekk, l-​ewwel irridu nirrikonoxxu l-​bżonn tagħna għall-​ħbiberiji, u mbagħad inkunu determinati li nagħmlu xi ħaġa dwar dan.

Ħu Passi Prattiċi biex Tagħmel il-​Ħbieb

Minflok ma titħassar lilek innifsek jew tgħir għal dawk li jidhru li għandhom ħbiberiji aħjar, għala ma tiffokax fuq l-​affarijiet pożittivi, bħalma għamlet Manuela mill-​Italja? Hi tgħid: “Speċjalment meta kont adoloxxenti, kont inħossni mwarrba. Biex negħleb dan, osservajt persuni li kellhom ħbieb veri. Imbagħad ipprovajt niżviluppa l-​kwalitajiet tajbin li kellhom, biex b’hekk stajt nagħmel lili nnifsi persuna aħjar.”

Pass prattiku huwa li tieħu ħsieb tiegħek innifsek fiżikament u mentalment. Jekk tiekol ikel li huwa tajjeb għas-​saħħa, torqod biżżejjed, u tagħmel biżżejjed eżerċizzju, dawn kollha se jgħinuk biex tħossok u tkun tidher aħjar. Jekk iżżomm ruħek pulit, nadif, u attraenti, in-​nies mhux biss se jieħdu gost fil-​kumpanija tiegħek imma dan jgħinek ukoll biex ikollok iktar rispett lejk innifsek. Madankollu, taqax fin-​nassa li ssir konċernat iżżejjed dwar l-​apparenza tiegħek. “L-​ilbies tal-​moda m’hu se jagħmel l-​ebda differenza dwar jekk se ssibx ħbieb veri jew le,” tgħid Gaëlle, minn Franza. “Persuni rispettabbli jfittxu dak li persuna hi minn ġewwa.”

Wara kollox, il-​ħsibijiet u s-​sentimenti ġewwinin tagħna jeffettwaw dak li nitkellmu dwaru u anki kif nidhru. Għandek ħarsa kunfidenti lejn il-​ħajja? Dan se jgħin biex ikollok espressjoni ferriħija fuq wiċċek. Tbissima ġenwina hija l-​iktar ħaġa attraenti li tistaʼ qatt tilbes u “hija xi ħaġa universali” u “ma tantx tistaʼ tinftiehem ħażin,” jispjega Roger E. Axtell, espert tal-​body language (il-mod kif in-​nies jesprimu ruħhom bil-​movimenti taʼ ġisimhom).a Maʼ dan żid sens taʼ umoriżmu u n-​nies se jinġibdu lejk b’mod naturali.

Ftakar, il-​kwalitajiet tajbin jiġu minn ġewwa. Għalhekk imla moħħok u qalbek bi ħsibijiet u sentimenti li jibnu u li huma pożittivi. Aqra dwar suġġetti interessanti u li jagħmlu sens—ġrajjiet kurrenti, kulturi differenti, u fenomeni naturali. Ismaʼ mużika li tferrħek. Iżda ipprova li ma tħallix it-​TV, il-​films, u n-​novelli jimlewlek moħħok u jeffettwawlek l-​emozzjonijiet tiegħek bil-​fantasiji. Ir-​relazzjonijiet li ġeneralment jidhru fil-​films m’humiex realtà, m’humiex ħbiberiji veri, iżda l-​prodott taʼ l-​immaġinazzjoni taʼ xi ħadd.

Iftaħ Qalbek!

Zuleica, li tgħix l-​Italja, tiftakar: “Meta kont iżgħar, kont mistħija u kont insibha diffiċli nagħmel ħbieb. Iżda kont naf li jekk nixtiequ li jkollna l-​ħbieb irridu nieħdu l-​inizjattiva billi nħallu lil ħaddieħor isir jafna u aħna nsiru nafu lil oħrajn.” Iva, biex ikollna ħbieb veri, għandna bżonn niftħu qalbna magħhom​—inħalluhom isiru jafu min aħna verament. Meta nużaw komunikazzjoni bħal din u niftħu qalbna maʼ ħaddieħor, dan se jkun iktar importanti għall-​ħbiberiji veri milli kieku jkollna dehra sabiħa u personalità kariżmatika. Dr. Alan Loy McGinnis, wieħed li jagħti l-​pariri, josserva, “Persuni li għandhom ħbieb sinċieri u tal-​qalb jistgħu jkunu nies b’karattru introvert jew estrovert, żgħar, kbar, mhux interessanti, intelliġenti, sbieħ jew mhux attraenti, iżda l-​kwalità li lkoll dejjem ikollhom hija li jkunu lesti li jgħidu dak li jħossu u dak li jaħsbu. Għandhom ċerta trasparenza u jħallu lil persuni oħrajn jaraw x’hemm f’qalbhom.”

Dan ma jfissirx li tiftaħ qalbek maʼ kulħadd jew li tafda ċerti sigrieti maʼ persuni li ma tħossokx komdu magħhom. Iżda jfisser, li b’mod selettiv u progressiv, taqsam il-​ħsibijiet tiegħek u dak li tħoss m’oħrajn. Michela, mill-​Italja, tgħid: “Fil-​bidu, kienet problema għalija li niftaħ qalbi. Kelli nagħmel bidliet sabiex inkun nistaʼ nuri iktar xi nħoss, biex b’hekk il-​ħbieb tiegħi setgħu jifhmu x’kont qed inħoss u jinġibdu iktar lejja.”

Anki jekk int bniedem dħuli, xorta trid iż-​żmien u trid tgħaddi mill-​istess affarijiet bħal dawk taʼ ħbiebek biex tibdew tafdaw lil xulxin. Sadanittant, ipprova tkunx ansjuż iżżejjed dwar x’jaħseb ħaddieħor dwarek. Elisa, li tgħix l-​Italja, tgħid: “Il-​problema tiegħi kienet li kull darba li kont ngħid xi ħaġa, kont nibżaʼ li ma kinitx se toħroġ sew. Imbagħad ħsibt, ‘Jekk in-​nies huma tassew ħbiebi, se jifhmu.’ Għalhekk, meta kienet toħroġli xi ħaġa żbaljata, kont ninfaqaʼ nidħaq bija nnifsi, u kulħadd kien jispiċċa jidħaq miegħi.”

Għalhekk, irrilassa! Kun naturali. Mhux se jgħin li tipprova tkun differenti. “Ħadd ma jistaʼ jkun iktar attraenti minn kif inhu verament u li jkun sinċier,” jikteb F. Alexander Magoun, li jagħti l-​pariri dwar il-​familja. Persuni li huma tassew ferħana m’għandhomx għalfejn jippretendu jew jipprovaw jimpressjonaw lil ħaddieħor. Jekk inkunu ġenwini biss nistgħu ngawdu ħbiberija ġenwina. Bl-​istess mod, irridu nħallu lil oħrajn ikunu naturali. Persuni ferriħin jaċċettaw lil oħrajn kif inhuma, ma joqogħdux jaqilgħu l-​inkwiet minħabba nuqqasijiet żgħar. Ma jħossux li għandhom għalfejn ibiddlu lil ħbiebhom sabiex ikunu jaqblu maʼ l-​ideat tagħhom. Bl-​istess mod, stinka biex int tkun it-​tip taʼ persuna ferrieħa u li ma tikkritikax.

Biex Ikollok Ħabib, Kun Ħabib

Hemm saħansitra fattur iktar importanti, anzi l-​iktar wieħed importanti. Kważi 2,000 sena ilu, Ġesù wera li ċ-​ċavetta għas-​suċċess fir-​relazzjonijiet umani kollha hija l-​imħabba bla egoiżmu. Hu għallem: “Bħalma tridu li l-​bnedmin jagħmlulkom, agħmlu l-​istess lilhom.” (Luqa 6:​31) Dan it-​tagħlim sar magħruf bħala r-​Regola tad-​Deheb. Iva, l-​uniku mod sabiex ikollok ħbieb veri huwa li tkun altruist, tkun ħabib int stess. Fi kliem ieħor, biex ikollok ħabib trid tkun ħabib. Biex ikollok suċċess fil-​ħbiberiji, trid tagħti iktar milli tirċievi. Għandna nkunu lesti li npoġġu l-​bżonnijiet taʼ ħbiebna qabel dawk tagħna stess.

Manuela, li ġiet kwotata qabel, tgħid: “Bħalma qal Ġesù, il-​kuntentizza vera tiġi milli tagħti. L-​individwu li jirċievi jkun ferħan, iżda min jagħti jkun saħansitra iktar ferħan. Nistgħu nagħtu sempliċement billi nistaqsu kif inhuma l-​ħbieb tagħna, billi nipprovaw nifhmu l-​problemi tagħhom, u billi nagħmlu dak kollu li nistgħu mingħajr ma nistennew li jistaqsuna huma l-​ewwel.” Għalhekk, uri interess f’ħaddieħor, inkluż f’dawk il-​ħbieb li diġà għandek. Saħħaħ ir-​relazzjonijiet tiegħek. Tissagrifikax il-​ħbiberija għal affarijiet inqas importanti. Il-​ħbieb jixirqilhom il-​ħin u l-​attenzjoni. Ruben, li jgħix l-​Italja, jgħid: “Huwa importanti ħafna li tqattaʼ l-​ħin maʼ ħbiebek jekk trid li jibqgħu l-​ħbieb tiegħek. L-​ewwelnett, trid iż-​żmien biex tkun semmiegħ tajjeb. Kollha kemm aħna nistgħu nitjiebu f’li nkunu semmiegħa tajba u nuru interess f’dak li jgħidu bla ma ninterrompuhom.”

Uri Rispett lil Oħrajn

Xi ħaġa importanti oħra għall-​ferħ u biex ikollok ħbiberiji veri hija li turi rispett. Dan jinkludi li turi konsiderazzjoni għas-​sentimenti t’oħrajn. Tixtieq li l-​ħbieb tiegħek juru t-​tattika u li jkunu diskreti meta l-​gosti u l-​opinjonijiet tagħhom ikunu differenti minn tiegħek, hux tassew? M’għandikx int ukoll tittrattahom bl-​istess mod?​—Rumani 12:10.

Mod ieħor kif nuru rispett huwa billi ma nkunux possessivi mal-​ħbieb tagħna. Ħbiberija vera la tgħir u lanqas m’hi possessiva. FlEwwel Korintin 13:​4, il-​Bibbja tgħid: “L-​imħabba ma tgħirx.” Għalhekk għasses kontra t-​tendenza li tkun trid il-​ħbieb għalik waħdek. Jekk jiftħu qalbhom m’oħrajn, m’għandikx tieħu għalik u lanqas twarrabhom. Tgħallem li lkoll għandna nitwessgħu fil-​ħbiberiji tagħna. Ħalli lill-​ħbieb tiegħek ikollhom ħbieb oħrajn ukoll.

Ikkunsidra wkoll il-​bżonn li l-​ħbieb tiegħek għandhom għall-​privatezza. Individwi, kif ukoll koppji miżżewġin, għandhom bżonn il-​ħin għalihom infushom. Filwaqt li m’għandikx iżżomm lura milli tagħmel ħbieb maʼ ħaddieħor, kun bilanċjat u uri konsiderazzjoni u tqattax ħafna ħin mal-​ħbieb tiegħek tant li tispiċċa ddejjaqhom. Il-​Bibbja twissi: “Toqgħodx ġej u sejjer f’dar ġarek, għax iddejjqu u jixbaʼ minnek.”​—Proverbji 25:17.

Tistenniex il-​Perfezzjoni

M’għandniex xi ngħidu, meta persuni jsiru jafu lil xulxin, dawn isiru jafu iktar id-​dgħjufijiet kif ukoll il-​kapaċitajiet taʼ xulxin. Madankollu, m’għandniex inħallu dan iżommna lura milli nagħmlu l-​ħbieb. “Xi wħud jistennew daqsxejn iżżejjed minn dawk li jkunu jixtiequ bħala l-​ħbieb tagħhom,” jikkummenta Pacôme, li jgħix Franza. “Iriduhom bi kwalitajiet tajbin biss, iżda dak m’huwiex possibbli.” Ħadd minna ma jistaʼ joffri l-​perfezzjoni, u m’għandniex id-​dritt nesiġu dan minn ħaddieħor. Aħna nixtiequ li l-​ħbieb tagħna jaċċettawna minkejja l-​imperfezzjonijiet tagħna u li jittolleraw id-​dgħjufijiet tagħna. M’għandniex, għalhekk, aħna ngħattu n-​nuqqasijiet taʼ ħbiebna, billi ma nimmaġinawhomx u ma nenfasizzawhomx? L-​awtur Dennis Prager ifakkarna li ħbieb bla difetti jiġifieri, dawk li qatt ma jgergru, dejjem lesti li jħobbuna, qatt ma jkollhom burdata ħażina, huma ffissati fuqna, u qatt ma jiddiżappuntana huma magħrufin bħala pets (annimali li trabbi d-​dar). Jekk ma rridux nispiċċaw li jkollna pet bħala l-​aqwa ħabib tagħna, għandna bżonn nagħtu kas il-​parir taʼ l-​appostlu Pietru sabiex ‘ngħattu kotra taʼ dnubiet.’—1 Pietru 4:8.

Jingħad li l-​ħbiberija tirdoppja l-​ferħ tagħna u tnaqqsilna bin-​nofs id-​dwejjaq. Madankollu, biex inkunu realistiċi, ma nistgħux nistennew li ħbiebna jissodisfaw il-​bżonnijiet kollha tagħna jew isolvulna l-​problemi kollha. Din hija ħarsa egoistika tal-​ħbiberija.

Ħbieb Leali fit-​Tajjeb u fil-​Ħażin

Meta nagħmlu ħbieb maʼ xi ħadd, m’għandna qatt nabbużaw mill-​ħbiberija tiegħu. Meta l-​ħin u d-​distanza jisseparaw il-​ħbieb, dawn jaħsbu f’xulxin u jitolbu għal xulxin. Anki jekk ma tantx jirnexxilhom jiltaqgħu, malajr ipattu għal dan. Speċjalment fi żminijiet diffiċli jew fil-​bżonn, huwa vitali li nagħtu appoġġ lil ħbiebna. Fil-​biċċa l-​kbira, m’għandniex nitbiegħdu meta l-​ħbieb tagħna jkollhom il-​problemi. Dan jistaʼ jkun iż-​żmien li jkollhom l-​iktar bżonna. “Il-​ħabib iħobbok kull ħin, bħal ħuk imwieled għal żmien l-​hemm.” (Proverbji 17:17) U meta ħbieb veri jkollhom xi jgħidu, ma jdumux ma jirranġaw id-​differenzi taʼ bejniethom u jaħfru lil xulxin. Ħbieb veri ma jabbandunawx lil ħbiebhom meta jiltaqgħu maʼ xi diffikultajiet.

Jekk il-​motivi tiegħek ma jkunux egoistiċi u tersaq lejn oħrajn b’attitudni pożittiva, tistaʼ tagħmel il-​ħbieb. Iżda huwa wkoll importanti x’tip taʼ ħbieb għandek. Kif tistaʼ tagħżel ħbieb veri? L-​artiklu li jmiss se jiddiskuti din il-​mistoqsija.

[Nota taʼ taħt]

a Ara wkoll l-​artiklu “Tbissem​—Jagħmillek Tajjeb!” fil-​ħarġa taʼ Stenbaħ! tat-​8 taʼ Lulju, 2000.

[Kaxxa/Stampi f’paġna 6, 7]

Jistgħu Raġel u Mara Jkunu “Sempliċi Ħbieb”?

Jistgħu raġel u mara li m’humiex miżżewġin lil xulxin ikunu ħbieb? Dan jiddependi fuq xi rridu nfissru bil-​kelma “ħabib.” Ġesù kien ħabib ħafna taʼ Marija u Marta mill-​Betanja—it-​tnejn li huma kienu xebbiet. (Ġwanni 11:​1, 5) L-​appostlu Pawlu kien ħabib taʼ Prixxilla u tar-​raġel tagħha, Akwila. (Atti 18:​2, 3) Nistgħu nkunu żguri li dawn l-​uħud kellhom affezzjoni profonda lejn xulxin. Fl-​istess ħin, nistgħu nkunu ċerti li la Ġesù u lanqas Pawlu ma ħallew dawn ir-​relazzjonijiet jieħdu xi forma taʼ romantiċiżmu.

Iktar minn qatt qabel, is-​soċjetà umana taʼ llum qed iġġiegħel lill-​irġiel u lin-​nisa biex ikunu iktar fil-​kumpanija taʼ xulxin. Qed isir ukoll iktar neċessarju li kemm l-​irġiel u kemm in-​nisa jsiru jafu kif jistaʼ jkollhom ħbiberiji xierqa maʼ xulxin. Il-​koppji miżżewġin ukoll jibbenefikaw minn ħbiberija bnina kemm maʼ koppji oħra u kemm maʼ persuni mhux miżżewġin.

“Madankollu, li tagħraf id-​differenza bejn sentimenti romantiċi, sesswali, u taʼ ħbiberija jistaʼ jkun diffiċli ħafna,” twissi r-​rivista Psychology Today. ‘Fir-​realtà, xorta waħda tistaʼ teżisti l-​possibiltà li f’daqqa waħda tiżviluppa xi attrazzjoni sesswali bejn raġel u mara, għalkemm din tistaʼ ma tkunx ippjanata. Sempliċi tgħanniqa platonika tistaʼ malajr tieħu xeħta iktar romantika.’

Huwa speċjalment importanti li l-​koppji miżżewġin ikunu realistiċi u prattiċi. “Kull forma taʼ intimità m’oħrajn tistaʼ tipperikola ż-​żwieġ,” jikteb l-​awtur Dennis Prager fil-​ktieb tiegħu Happiness Is a Serious Problem. “M’huwiex biss is-​sess li jagħmel relazzjoni intima, u s-​sieħeb, jew is-​sieħba, tiegħek għandu d-​dritt li jistenna li hu biss ikun il-​ħabib intimu tiegħek mis-​sess oppost.” Ġesù enfasizza li biex persuna tibqaʼ safja moralment trid tikkontrolla dak li għandha f’qalbha. (Mattew 5:​28) Għalhekk, kun dħuli, iżda għasses lil qalbek u evita kemm jistaʼ jkun sitwazzjonijiet li jistgħu jġagħluk ikollok ħsibijiet, sentimenti, jew azzjonijiet ħżiena għal xi ħadd tas-​sess oppost.

[Stampi f’paġna 7]

Tkun iktar attraenti jekk tagħti kas tiegħek innifsek fiżikament u mentalment

[Stampa f’paġna 8]

Il-​ħbieb jiftħu qalbhom maʼ xulxin

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja