LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 12/8 p. 3
  • Ilkoll Għandna Bżonn il-Ħbieb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ilkoll Għandna Bżonn il-Ħbieb
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • Int Tistaʼ Tgawdi Ħbiberiji Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Inżommu Ħbiberiji f’Dinja Nieqsa mill-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Nissodisfaw ix-Xewqa Kbira Tagħna għall-Ħbiberija
    Stenbaħ!—2004
  • Agħżel Ħbieb Tajbin
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 12/8 p. 3

Ilkoll Għandna Bżonn il-​Ħbieb

“Ħabib huwa xi ħadd li tistaʼ tiftaħ qalbek miegħu dwar kollox, xi ħadd li tistaʼ ċċempillu fi kwalunkwe ħin tal-​ġurnata.”​—Yaël, Franza

“Ħabib jinduna meta tkun imweġġaʼ u jħoss in-​niket tiegħek.”​—Gaëlle, Franza

“ĦABIB tassew jintrabat miegħek aktar minn ħuk.” (Proverbji 18:24) Minn dak iż-​żmien li nkiteb dan il-​kliem fil-​Bibbja, xi 3,000 sena ilu, in-​natura tal-​bniedem ma nbidlitx. Il-​ħbiberija għadha vitali għall-​istat mentali tal-​bniedem daqs kemm l-​ikel u l-​ilma huma għall-​ġisem. Madankollu, ħafna jsibuha diffiċli li jissodisfaw dan il-​bżonn bażiku għall-​ħbiberija. Is-​solitudni hija komuni. “M’huwiex diffiċli li nirrealizzaw x’inhuma ftit mir-​raġunijiet,” jgħidu Carin Rubenstein u Phillip Shaver fil-​ktieb tagħhom In Search of Intimacy. Isemmu fatturi bħalma huma li n-​nies spiss imorru joqogħdu fi djar oħra, bliet mimlijin bil-​kriminalità li jġagħlu lil individwi jħossuhom li m’humiex importanti, kif ukoll nies li minflok ma jkollhom kuntatt dirett m’oħrajn fil-​komunità jippreferu joqogħdu d-​dar jaraw it-​televixin jew il-​vidjos.

Il-ħajja moderna tixorbilna l-​ħin u l-​enerġija tagħna. “Illum, individwu li jgħix f’belt għandu kuntatt maʼ iktar nies f’ġimgħa milli qatt kellu raħħal, li kien jgħix fis-​seklu 17, tul sena jew saħansitra tul ħajtu kollha,” tikteb Letty Pogrebin fil-​ktieb tagħha Among Friends. Ladarba forsi nkunu nafu mijiet taʼ nies, għandu mnejn ikun diffiċli għalina li nitfgħu l-​attenzjoni kollha tagħna fuq ċerti individwi biex inkunu nistgħu niżviluppaw u nżommu ħbiberiji kbar magħhom.

Anki f’pajjiżi fejn ftit ilu l-​ħajja ma kinitx mgħaġġla ħafna, il-​kundizzjonijiet soċjali qegħdin jinbidlu malajr. “Konna nħossuna qrib ħafna tal-​ħbieb tagħna,” tgħid Ulla li tgħix fl-​Ewropa tal-​Lvant. “Iżda llum ħafna jagħtu l-​attenzjoni kollha tagħhom lix-​xogħol jew lill-​miri persunali tagħhom. Ilkoll ninsabu mħabbtin il-​ħin kollu u nħossu li l-​ħbiberiji antiki tagħna qegħdin bil-​mod il-​mod jisfaxxaw.” F’dawn iż-​żminijiet mgħaġġlin, il-​ħbiberiji jistgħu ma jibqgħux daqshekk importanti f’ħajjitna.

Iżda l-​bżonn li jkollna l-​ħbieb jibqaʼ wieħed kbir. Iż-​żgħażagħ b’mod speċjali jħossu dan il-​bżonn. Bħalma spjegat Yaël, li ġiet kwotata hawn fuq, “meta tkun għadek żgħir tixtieq tħossok aċċettat, li ħaddieħor jieħu gost bik, u li tħossok qrib taʼ xi ħadd.” Kbar jew żgħar, ilkoll għandna bżonn taʼ ħbieb tal-​qalb li jagħmluna ferħanin. U minkejja l-​isfidi, hemm ħafna x’nistgħu nagħmlu sabiex ikollna ħbieb veri u nibqgħu qrib tagħhom. L-​artikli li jmiss se jispjegaw dan.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja