Tafha t-Tweġiba?
(It-tweġibiet għal dan il-kwizz jistgħu jinstabu fil-versi ċitati mill-Bibbja, u l-lista sħiħa taʼ tweġibiet hija stampata hawn taħt. Għal iktar tagħrif, irreferi għall-pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-Xhieda taʼ Jehovah.)
1. Il-kongregatur għal liema raġuni qal li “ħabel bi tlieta m’hux lakemm jinqataʼ”? (Koħèlet 4:12)
2. Taħt il-Liġi Mosajka, liema żewġ karatteristiċi kellhom ikollhom dawk l-annimali li setgħu jittieklu? (Dewteronomju 14:6)
3. Min kien missier Ġożwè? (Ġożwè 1:1)
4. Meta Jehovah ħallieh imiss lil Ġob fiżikament, Satana x’għamillu lil Ġob? (Ġob 2:7)
5. Min qal lis-Sultan Assweru dwar il-forka għolja 50 driegħ li Ħaman kien għamel għal Mordekaj, u b’hekk qanqal lis-sultan biex jordna li Ħaman jiġi mdendel magħha? (Ester 7:9)
6. Ġesù minn xiex qal li kellhom jintgħarfu l-profeti foloz? (Mattew 7:15, 16)
7. Liema titlu taʼ Jehovah, li jenfasizza l-irwol tiegħu bħala l-Imħallef l-iktar maestuż u li jixraqlu rispett, nistgħu nsibu fil-ktieb taʼ Danjel biss? (Danjel 7:22)
8. X’affarijiet taʼ valur ġabu l-iġfna tas-Sultan Salamun minn Tarsis fil-vjaġġi tagħhom taʼ kull tliet snin? (1 Slaten 10:22)
9. Min flimkien maʼ Aron għen lil Mosè biex iżomm dirgħajh ’il fuq sakemm Jehovah ta l-vittorja lil Iżrael kontra l-Għamalekin? (Eżodu 17:12)
10. Id-dixxipli x’għamlu biex iddeterminaw min kellu jieħu post Ġuda l-Iskarjota? (Atti 1:23-26)
11. Min kien il-qassis il-kbir taʼ Iżrael fiż-żmien meta Samwel sar profeta? (1 Samwel 3:1)
12. Fi żmien il-konsagrazzjoni tas-saċerdozju f’Iżrael, Mosè fuq liema tliet partijiet tefgħalhom id-demm lil Aron u lil uliedu subien? (Levitiku 8:23, 24)
13. Minflok ma ħalaqha għaliha mit-trab taʼ l-art, Alla minn xiex għamilha lil Eva? (Ġenesi 2:21, 22)
14. Pawlu x’qal li kien l-“għerq taʼ kull ħażen”? (1 Timotju 6:10)
15. Bħalma hu muri mill-Iskrittura, żewġ barrin kemm art jistgħu jaħartu f’ġurnata? (1 Samwel 14:14)
It-Tweġibiet għall-Kwizz
1. Biex jenfasizza li dawk li jaħdmu flimkien f’unità u bl-istess skop għandhom iktar saħħa u abbiltà biex ikampaw mal-problemi
2. Ried ikollhom id-difer maqsum fi tnejn u jixtarru
3. Nun
4. “Mela lil Ġob bi nfafet qalila minn qiegħ riġlejh sal-qorriegħa taʼ rasu”
5. Ħarbuna, wieħed mill-uffiċjali taʼ madwar is-sultan
6. “Mill-frott tagħhom”
7. “Xiħ fl-għomor”
8. Deheb, fidda, avorju, xadini, u paguni
9. Ħur
10. Talbu u tefgħu x-xorti
11. Għeli
12. Il-widna l-leminija, is-sabaʼ l-kbir taʼ idhom il-leminija, u s-sabaʼ l-kbir taʼ sieqhom il-leminija
13. Minn kustilja taʼ Adam
14. “Ir-regħba għall-flus”
15. Tomna