LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 4/8 p. 25
  • L-Istonku Tiegħu Jsalvah!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Istonku Tiegħu Jsalvah!
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Il-Ġewnaħ tal-Mazzarell
    Stenbaħ!—2010
  • Il-Ġilda Tiegħek—“Sur taʼ Belt”
    Stenbaħ!—2004
  • Ġilda tas-serp
    Stenbaħ!—2014
  • Int Li Tħobb Tixxemmex Ipproteġi l-​Ġilda Tiegħek!
    Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—2003
g03 4/8 p. 25

L-​Istonku Tiegħu Jsalvah!

MA TANTX jiġri. Għal ħafna nies xejn ma jidher sabiħ. Imma xi stonku għandu! Fuqiex qed nitkellmu? Fuq il-​ħmar jintefaħ, li jissejjaħ ukoll pala tal-​baħar jew inkella bagħal. Meta din il-​ħlejqa tiġi mhedda “tagħmel trasformazzjoni rimarkevoli,” tgħid ir-​rivista Natural History. Ġisimha, li jikber sa madwar 50 ċentimetru fit-​tul, jintefaħ “sakemm din il-​ħuta tkun tliet darbiet iktar mid-​daqs normali tagħha u ssir globu iebes kważi perfett miksi b’armatura kollha xewk​—forma li żgur mhix addattata għall-​għawm, imma żgur li tgerrex lil kulmin jipprova jattakkaha.”

Din il-​ħuta tintefaħ billi tippompja l-​ilma ġo l-​istonku li jikber kważi mitt darba iktar mill-​volum normali tiegħu! Il-​ħmar jintefaħ jagħmel din il-​bravura taʼ l-​għaġeb grazzi għal xi ħaġa verament sempliċi u eleganti​—il-​piegi.

Fil-fatt, l-​istonku taʼ din il-​ħuta huwa magħmul minn piegi ġo piegi, tispjega Natural History. L-​akbar piegi huma wesgħin kważi 3 millimetri “b’saħansitra iktar piegi żgħar ġo kull wieħed, u jibqgħu sejrin hekk, sa piegi li huma tant żgħar li tistaʼ tarahom biss b’mikroskopju,” jgħid l-​artiklu.

Ovvjament, il-​ġilda tal-​ħmar jintefaħ trid tiġġebbed maʼ l-​istonku. Biex tagħmel dan, il-​ġilda, li hija magħmula minn żewġ saffi, tuża żewġ prinċipji differenti. L-​istess bħall-​istonku, is-​saff taʼ ġewwa għandu l-​piegi, imma s-​saff taʼ barra huwa elastiku. Din il-​kisja elastika żżomm il-​ġilda milli titkemmex meta l-​ħuta tneħħi l-​ilma li tkun belgħet, għax inkella dan it-​tikmix ifixkel il-​ħeffa u l-​aġilità tagħha.

Imma biex tbeżżaʼ lil dawk li jistgħu jkunu predaturi, din il-​ħuta tagħmel ħafna iktar milli sempliċement tintefaħ. Hekk kif il-​ġilda tiġġebbed, l-​armatura taʼ xewk li għandha tieqaf u tiddritta. Għalhekk, meta tara xi ħmar jintefaħ meta tkun qed togħdos, tmissux! U oqgħod attent minn ħalqu wkoll; b’gidma jistaʼ jinfdek sa l-​għadam!

Meta Alla staqsa lil Ġob dwar il-​ħolqien Tiegħu, Ġob wieġeb: “Jien naf li kollox tistaʼ, u l-​ebda ħsieb għalik mhu tqil.” (Ġob 42:2, Saydon) Iva, anki l-​ħmar jintefaħ ċkejken u boċċu, li m’għandux ċans jirbaħ xi tellieqa jew xi konkors tas-​sbuħija, tant jistaʼ jagħti xiehda fuq l-​għerf u s-​setgħa li għandu Alla biex joħloq.​—Rumani 1:​20.

[Sorsi taʼ l-​Istampa f’paġna 25]

Fuq: Photo by John E. Randall; taħt: © Jeff Rotman

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja