LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 11/15 pp. 2-3
  • Tistaʼ Temmen f’Art Magħmula Ġenna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Temmen f’Art Magħmula Ġenna?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ġenna​—Fis-​Sema jew fuq l-​Art?
  • Il-Manuskritt Mitluf Taʼ John Milton
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġenna fuq l-art—Ħolma jew realtà?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • “Narawkom fil-Ġenna tal-art!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • X’Inhu l-Iskop t’Alla għall-Art?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 11/15 pp. 2-3

Tistaʼ Temmen f’Art Magħmula Ġenna?

FTIT nies jemmnu li l-​art xi darba se tkun ġenna. Ħafna jemmnu li l-​art lanqas biss se tibqaʼ teżisti. Skond il-​ktieb The Sacred Earth, li nkiteb minn Brian Leigh Molyneaux, dan il-​globu beda jeżisti minħabba ‘splużjoni kbira fl-​univers’ miljuni taʼ snin ilu. U jekk il-​bniedem stess ma jeqridx l-​art, ħafna jemmnu li hi u l-​univers kollu jistgħu eventwalment “jerġgħu jinxtorbu u jsiru ballun tan-​nar.”

John Milton, poeta Ingliż tas-​seklu 17, ma kellux dawn il-​ħsibijiet pessimisti. Fil-​poeżija impressjonanti tiegħu Paradise Lost, hu kiteb li Alla ħalaq l-​art biex tkun ġenna li fuqha kellha tgħix il-​familja umana. Dik il-​ġenna oriġinali ntilfet. Madankollu, Milton kien jemmen li kienet se tiġi restawrata​—li Ġesù Kristu bħala l-​feddej kien xi darba se “jippremja lil dawk leali, u jilqagħhom fl-​hena . . . fis-​Sema jew fuq l-​Art.” Milton bil-​fiduċja kollha stqarr: “Għax imbagħad l-​Art se tkun Ġenna.”

Ġenna​—Fis-​Sema jew fuq l-​Art?

Ħafna nies reliġjużi għandhom l-​istess twemmin taʼ Milton, li eventwalment huma se jirċievu xi tip taʼ ħlas għall-​affarijiet orribbli u l-​uġigħ li kellhom jissaportu hawn fuq l-​art. Imma fejn se jgawdu dan il-​premju? “fis-​Sema jew fuq l-​Art”? Għal xi wħud, lanqas biss tiġihom f’moħħhom li din tistaʼ tkun fuq l-​art. Huma jgħidu li n-​nies se jgawdu l-​“hena” biss wara li jħallu l-​art u jmorru jgħixu fil-​qasam taʼ l-​ispirti fis-​sema.

Fil-ktieb Heaven​—A History, il-​kittieba C. McDannell u B. Lang jgħidu li Irenew, teologu tat-​tieni seklu, kien jemmen li ħajja f’ġenna restawrata “ma kinitx se sseħħ f’xi qasam tas-​sema ’l bogħod, imma fuq l-​art.” Skond dan il-​ktieb, għalkemm mexxejja reliġjużi bħal John Calvin u Martin Luteru ttamaw li jmorru fis-​sema, huma kienu jemmnu wkoll li “Alla kien se jġedded l-​art.” Membri taʼ reliġjonijiet oħra kellhom l-​istess twemmin. McDannell u Lang jgħidu wkoll li xi nies Lhud kienu jemmnu li meta jasal il-​waqt t’Alla, it-​tbatijiet kollha tal-​bnedmin “se jispiċċaw u n-​nies se jgħixu ħajja mimlija skop hawn fuq l-​art.” Skond it-​twemmin tal-​Persjani taʼ żmien il-​qedem, “l-​istat oriġinali taʼ l-​art se jiġi restawrat u n-​nies se jerġgħu jgħixu fil-​paċi,” tgħid The Encyclopaedia of Middle Eastern Mythology and Religion.

X’sar minnha t-​tama t’art magħmula ġenna? L-​eżistenza tagħna fuq l-​art hija biss temporanja? Bħalma kien jemmen Filo, filosfu Lhudi taʼ l-​ewwel seklu, għandha din tkun biss “esperjenza qasira, u spiss sfortunata,” fi vjaġġ lejn il-​qasam taʼ l-​ispirti? Jew inkella Alla kellu xi ħaġa oħra f’moħħu meta ħalaq l-​art u poġġa lill-​bnedmin fuqha f’kundizzjonijiet taʼ ġenna? Jistgħu l-​bnedmin isibu sodisfazzjon spiritwali ġenwin u hena hawn fuq l-​art? Għala ma teżaminax dak li tgħid il-​Bibbja dwar dan? Għandek mnejn tikkonkludi, bħalma diġà għamlu miljuni taʼ nies, li t-​tama f’ġenna taʼ l-​art restawrata hija tassew raġunevoli.

[Stampa f’paġna 3]

Il-​poeta John Milton kien jemmen li l-​Ġenna kienet se terġaʼ tinkiseb

[Sors tal-​Istampa on page 2]

COVER: Earth: U.S. Fish & Wildlife Service, Washington, D.C./NASA

[Sors tal-​Istampas f’paġna 3]

Id-​Dinja: U.S. Fish & Wildlife Service, Washington, D.C./NASA; John Milton: Leslie’s

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja