LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 4/1 p. 3
  • Fidi f’Alla—Tirrikjedi din xi Miraklu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fidi f’Alla—Tirrikjedi din xi Miraklu?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Materjal Simili
  • Għala L-Mirakli Waħedhom Ma Jibnux Il-Fidi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Il-Mirakli—Veru Jseħħu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Il-Mirakli−Veru Ġraw?
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Il-Persekutur Jara Dawl Kbir
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 4/1 p. 3

Fidi f’Alla—Tirrikjedi din xi Miraklu?

ALBERT kellu ftit iżjed minn 20 sena meta beda jfittex lil Alla. Hu pprova numru taʼ reliġjonijiet imma baqaʼ mhux sodisfatt. Billi qara partijiet mill-​Bibbja, tgħallem kif Alla ttratta maʼ individwi bħal Noè, Abraham, Sara, u Mosè. Albert inġibed lejn dak Alla tal-​Bibbja. Setaʼ hu, madankollu, ikun żgur li Alla tassew jeżisti?

Lejla waħda Albert mar bil-​karozza lejn post iżolat fejn talab, “Jekk jogħġbok O Alla, agħtini sinjal​—kwalunkwe ħaġa biex tagħti prova li teżisti.” Albert stenna u stenna. Hu jiftakar li meta ma ġara xejn, l-​istennija tiegħu “inbidlet f’diżappunt, f’vojt, f’rabja.”

Bħal Albert, ħafna jħossu li fittxew lil Alla għalxejn. Għandhom mnejn jitħawdu bil-​priedki tal-​membri tal-​kleru jew iħossuhom delużi mill-​attitudni kummerċjali taʼ l-​evanġelizzaturi tat-​televiżjoni. Milqutin mill-​ipokresija evidenti fost ħafna mill-​ġirien tagħhom, xi wħud m’humiex ċerti dwar x’jaqbdu jemmnu. Madankollu, is-​Sultan David taʼ Israel tal-​qedem aċċerta lil ibnu Salamun: “Jekk inti tfittxu [lil Alla], iħallik issibu.”—1 Kronaki 28:9.

Sewwa, allura, Alla kif jirrivela lilu nnifsu? Għandek tistenna xi sinjal​—xi esperjenza soprannaturali li se tagħtik prova li Alla jeżisti? Skond stħarriġ riċenti rrapportat fir-​rivista Time, iżjed minn żewġ terzi taʼ l-​Amerikani jemmnu fil-​mirakli. L-​artiklu nnota wkoll li “l-​iktar knejjes li qegħdin jiżdiedu malajr fl-​Amerka huma l-​kongregazzjonijiet Kariżmatiċi u dawk Pentekostali li l-​qima tagħhom tiċċentra fuq ‘sinjali u għeġubijiet.’”

Għandu għalfejn ikun hemm “sinjali u għeġubijiet” biex temmen f’Alla? Hu uża l-​mirakli fil-​passat. Biex nagħtu eżempju: Sawlu taʼ Tarsus, li kien qiegħed jippersegwita s-​segwaċi taʼ l-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu, kellu esperjenza straordinarja fit-​triq minn Ġerusalemm għal Damasku. Din il-​laqgħa mirakoluża maʼ Ġesù rxoxtat wasslet għall-​konverżjoni taʼ Sawlu. (Atti 9:1-22) B’hekk wieħed li qabel kien persekutur sar l-​appostlu Pawlu​—wieħed mid-​difensuri ewlenin tal-​Kristjanità!

Imma l-​mirakli dejjem iqanqlu rispons favorevoli bħal dan? Tiddependi l-​fidi ġenwina f’Alla fuq li wieħed ikollu xi esperjenza mirakoluża? (w97 3/15)

[Stampa f’paġna 3]

L-​Iben t’Alla kellem mirakolożament lil Sawlu taʼ Tarsus. Għandek int tistenna xi miraklu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja