LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 4/8 pp. 18-20
  • Ħames Modi Biex Ittejjeb Il-​kwalità Taʼ Ħajtek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħames Modi Biex Ittejjeb Il-​kwalità Taʼ Ħajtek
  • Stenbaħ!—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Ewwel: Ħawwel Ġnien
  • It-​Tieni: Ixtri bi Kwantitajiet Kbar
  • It-​Tielet: Tgħallem l-​Arti taʼ li Tippreserva l-​Ikel
  • Ir-​Rabaʼ: Ipprova Rabbi Ftit Annimali
  • Il-​Ħames: Żomm Iġjène Xierqa
  • L-Indafa—Għala Hija Importanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ikel mill-Ġnien Tiegħek Stess
    Stenbaħ!—2003
  • Kif Tistaʼ Timmaniġġa Dar?
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Sitt Modi Kif Tipproteġi Saħħtek
    Stenbaħ!—1997
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1998
g98 4/8 pp. 18-20

Ħames Modi Biex Ittejjeb Il-​kwalità Taʼ Ħajtek

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FIR-​REPUBBLIKA AFRIKANA ĊENTRALI

INFLAZZJONI, mard, malnutriment, faqar​—dawn il-​problemi huma mifruxin ħafna f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. U ma jidher li hemm ebda soluzzjoni immedjata, għallinqas mill-​punto di vista tal-​bniedem. Jekk tgħix f’pajjiż li għadu qed jiżviluppa, hemm xi ħaġa li tistaʼ tagħmel biex ittejjeb il-​kwalità taʼ ħajtek? Iva, hemm! Dawn huma ħames suġġerimenti li tistaʼ ssibhom t’għajnuna u prattiċi.

L-​Ewwel: Ħawwel Ġnien

“Min jaħdem ir-​rabaʼ tiegħu jiekol bix-​xabaʼ,” tgħid il-​Bibbja fi Proverbji 28:19. Tabilħaqq, għandek mnejn tibqaʼ skantat meta tara kemm tistaʼ tipproduċi daqsxejn taʼ biċċa art żgħira. L-​awtur Henk Waayenberg, fil-​ktieb tiegħu Le jardin potager sous les tropiques (Il-Ġnien tal-​Ħaxix fit-​Tropiki), jgħid li biċċa art li fiha minn 50 sa 100 metru kwadru tistaʼ tipproduċi ħxejjex biżżejjed biex titmaʼ familja taʼ sitta min-​nies!

Għala tonfoq ir-​riżorsi tiegħek fuq affarijiet li tistaʼ tkabbarhom int stess? Skond il-​ħamrija u l-​klima, jistaʼ jkun possibbli li tkabbar ħxejjex bħal okra, bżar aħmar, spinaċi, tursin, lemongrass (Cymbopogon citratus), basal aħdar, kassava, qaraʼ aħmar, patata ħelwa, kannamiela, tadam, ħjar, u qamħirrun eżatt ħdejn id-​dar tiegħek. Almenu, ġnien bħal dan jistaʼ jgħin biex ikollok iktar x’titmaʼ lill-​familja tiegħek, u saħansitra jistaʼ jibqagħlek xi prodotti żejda li tkun tistaʼ tbigħhom.

Jekk għandek biżżejjed art, għandek mnejn tikkunsidra wkoll li tħawwel varjetà taʼ siġar tal-​frott. F’xi każi, siġra tal-​frott waħda tistaʼ tipproduċi iktar frott milli tistgħu tieklu int u l-​familja tiegħek. Li titgħallem dwar il-​kómpost​—il-​proċess tar-​riċiklaġġ taʼ materja organika mejta biex tintuża bħala fertilizzant—​se jgħinek ittejjeb il-​produzzjoni taʼ l-​ikel tiegħek. Is-​siġar jistgħu jagħmlu iktar milli sempliċement jipproduċulek ikel u iżjed dħul taʼ flus għall-​familja tiegħek. Siġar li jkunu mqassmin tajjeb jistgħu wkoll jagħmlu d-​dell, inaddfu l-​arja, u jagħmlu l-​ambjent tiegħek isbaħ u iktar pjaċevoli.

Iżda, xi ngħidu jekk ma tantx taf dwar il-​ġardinaġġ? Għandek xi ħbieb, ġirien, jew xi ħadd li taf li għandu esperjenza f’dan ir-​rigward? Mela, għax ma titlobhomx l-​għajnuna jew xi parir? Forsi tkun tistaʼ tixtri jew tissellef xi kotba dwar il-​ġardinaġġ.​—Ara l-​artiklu “Why Not Grow A Vegetable Garden?” fil-​ħarġa taʼ l-​Awake! tat-​22 taʼ Mejju, 1974.

It-​Tieni: Ixtri bi Kwantitajiet Kbar

Tixtri int l-​oġġetti bażiċi bħal dqiq, ross, u żejt bi kwantitajiet żgħar? Jekk inhu hekk, għandek mnejn qed taħli parti kbira mill-​baġit tiegħek. Minflok, jekk inhu possibbli, ipprova ixtri oġġetti taʼ l-​ikel bħal dawn bi kwantitajiet kbar, billi tixtruhom bejn tnejn, tlieta, jew iktar familji. Ukoll, li tixtri bi kwantitajiet kbar jistaʼ jiffrankalek il-​flus meta ċertu frott jew ħxejjex ikunu fl-​istaġun tagħhom. F’xi każi, saħansitra tkun tistaʼ tixtri affarijiet bl-​ingrossa.

It-​Tielet: Tgħallem l-​Arti taʼ li Tippreserva l-​Ikel

Li tixtri bi kwantitajiet kbar iqajjem il-​mistoqsija taʼ kif taħżen oġġetti li jistgħu jitħassru. It-​tqaddid u t-​tnixxif taʼ l-​ikel huwa mod wieħed li hu popolari u prattiku. Numru kbir taʼ nisa fl-​Afrika jaqilgħu l-​għajxien billi jnixxfu frott, okra, fażola, ħxejjex u frott bil-​qoxra ħoxna, żerriegħa tal-​qargħa ħamra, u ħxejjex aromatiċi. It-​tnixxif ma jirrikjedix xi tagħmir speċjali. L-​oġġett jistaʼ jitpoġġa fuq xi ħaġa nadifa jew jiġi mdendel, u forsi jiġi mgħotti b’xi biċċa drapp irqiqa minħabba d-​dubbien. L-​arja u x-​xemx jagħmlu l-​kumplament.​—Ara l-​artiklu “Can You Get By for Less?” fil-​ħarġa taʼ l-​Awake! tat-​8 t’Awissu, 1975.

Ir-​Rabaʼ: Ipprova Rabbi Ftit Annimali

Huwa possibbli li trabbi xi tiġieġ, mogħoż, ħamiem, jew xi annimali oħrajn għalik stess? F’ħafna postijiet il-​laħam sar lussu. Imma bi ftit għajnuna minn oħrajn, tistaʼ titgħallem kif trabbi merħla żgħira t’annimali. Tħobb tieklu l-​ħut? Sewwa, tistaʼ tipprova titgħallem kif tagħmel vaska żgħira tal-​ħut. Il-​laħam, il-​bajd, u l-​ħut fihom il-​ħadid, il-​kalċju, il-​vitamini, il-​minerali, u l-​proteini​—vitali għas-​saħħa tal-​familja tiegħek.

Il-​Ħames: Żomm Iġjène Xierqa

L-​iġjène wkoll hija importanti għas-​saħħa tal-​familja tiegħek. Kundizzjonijiet fejn hemm il-​ħmieġ jattiraw il-​ġrieden, id-​dubbien, u l-​kokroċ​—il-​kaġun taʼ kull tip taʼ mard. Li żżomm iġjène xierqa se jiswielek żmien u sforz. Imma l-​indafa tiswa inqas mill-​mediċina u l-​kontijiet tat-​tabib. Il-​livelli taʼ l-​indafa jistgħu jvarjaw xi ftit minn persuna għal oħra u minn pajjiż għal ieħor. Madankollu, hemm xi ftit prinċipji ġenerali li japplikaw għal kulħadd.

Per eżempju, ikkunsidra l-​faċilitajiet tat-​tojlit. Spiss fil-​kampanja dawn jitħallew maħmuġin u żdingati u huma sors ewlieni taʼ kull xorta taʼ mard. Ħaddiema fid-​dipartiment lokali tas-​saħħa għandhom mnejn ikunu jistgħu jipprovdulek istruzzjonijiet taʼ kif tibni latrina jew tojlit li jiswew ftit flus skond l-​iġjène barra mid-​dar.

Xi ngħidu għad-​dar tiegħek stess? Hija pulita u fl-​ordni? Għandha riħa taʼ ndafa? Xi ngħidu għall-​kċina tiegħek? Hija nadifa u kollox f’postu? L-​ikel irid ikun nadif u msajjar sew biex ikun tajjeb għas-​saħħa. Fl-​ilma mniġġes ikun hemm kwantità kbira taʼ mikrobi u parassiti. Mela l-​ilma għaddih mill-​filter jew għallih qabel tużah. Laħlaħ l-​għodda taʼ l-​ikel fil-​misħun jagħli, u aħsel idejk sew qabel ma tmiss l-​ikel. Aħżen l-​ilma f’reċipjenti nodfa u ssiġillati.

Klieb, qtates, tiġieġ, u mogħoż m’għandhomx jitħallew jiġġerrew ġol-​kċina​—mhux jekk trid iżżomm kundizzjonijiet sanitarji. Lanqas ġrieden kbar u taʼ l-​imramma m’għandhom jitħallew jgħaddu minn fuq il-​borom u t-​taġnijiet u jikkontaminawlek l-​ikel. Daqsxejn taʼ nassa tal-​ġrieden tistaʼ telimina l-​problema.​—Ara “Meeting the Challenge of Cleanliness,” fil-​ħarġa taʼ l-​Awake! tat-​22 taʼ Settembru, 1988.

Fl-aħħar mill-​aħħar, is-​Saltna t’Alla biss se ssolvi kompletament il-​problemi kollha taʼ l-​umanità. (Mattew 6:​9, 10) Sadanittant, iżda, dawn is-​suġġerimenti sempliċi jistgħu jgħinuk biex ittejjeb il-​kwalità taʼ ħajtek.

[Stampi fʼpaġna 18]

Ħawwel ġnien

[Stampi fʼpaġna 19]

Ixtri bi kwantitajiet kbar

[Stampi fʼpaġna 19]

Tgħallem l-​arti taʼ li tippreserva l-​ikel

[Stampi fʼpaġna 20]

Ipprova rabbi ftit annimali

[Stampi fʼpaġna 20]

Żomm l-​iġjène xierqa

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja