LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 154
  • Tgħallem il-Bibbja li d-dinja hi ċatta?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tgħallem il-Bibbja li d-dinja hi ċatta?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Xi trid tfisser il-Bibbja bl-espressjoni “l-erbat itruf taʼ l-art”?
  • Xi ngħidu dwar it-tentazzjoni li x-Xitan għamel lil Ġesù?
  • “Opponu lix-Xitan” Bħalma Għamel Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Nitgħallmu mit-Tentazzjonijiet taʼ Ġesù
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Tgħallem mill-mod kif Ġesù ffaċċja t-tentazzjonijiet
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ix-Xitan jittanta lil Ġesù
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 154
Id-dinja bħala ċirku ċatt

Tgħallem il-Bibbja li d-dinja hi ċatta?

It-tweġiba tal-Bibbja

Le, il-Bibbja ma tgħallimx li d-dinja hi ċatta.a Il-Bibbja mhix ktieb tax-xjenza. Imma fl-istess ħin, l-ebda ħaġa li hemm fil-Bibbja ma tikkontradixxi x-xjenza pprovata. Dak li tgħid il-Bibbja hu taʼ min joqgħod fuqu “għal dejjem, għal żmien indefinit.”—Salm 111:8.

  • Xi trid tfisser il-Bibbja bl-espressjoni “l-erbat itruf taʼ l-art”?

  • Xi ngħidu dwar it-tentazzjoni li x-Xitan għamel lil Ġesù?

Xi trid tfisser il-Bibbja bl-espressjoni “l-erbat itruf taʼ l-art”?

L-espressjonijiet “l-erbat itruf taʼ l-art” u “truf l-art” li jintużaw fil-Bibbja m’għandhomx jittieħdu b’mod letterali, bħallikieku l-art kienet kaxxa jew kellha t-truf. (Isaija 11:12; Ġob 37:3) Minflok, milli jidher dan hu kliem figurattiv li jirreferi għal wiċċ l-art kollha. Il-Bibbja tuża l-erbaʼ direzzjonijiet tal-boxxla b’mod simili.—Luqa 13:29.

It-terminu Ebrajk li jiġi tradott “truf” jidher li hu idjoma bbażata fuq il-kelma “ġwienaħ.” Skont The International Standard Bible Encyclopedia, “minħabba li ġewnaħ t’għasfur jintuża biex jgħatti lill-frieħ tiegħu, dan it-terminu Ebrajk jintuża biex jiddeskrivi t-trufijiet taʼ kwalunkwe ħaġa li hi mġebbda.” L-istess xogħol taʼ referenza jżid li f’​Ġob 37:3 u f’​Isaija 11:12, “it-terminu jfisser il-kosti, il-fruntieri, jew it-truf tal-iktar postijiet imbiegħda tad-dinja.”b

Xi ngħidu dwar it-tentazzjoni li x-Xitan għamel lil Ġesù?

Biex jittanta lil Ġesù, “ix-Xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, u wrieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom.” (Mattew 4:8) Xi wħud jgħidu li dan ir-rakkont tal-Bibbja jgħallem li d-dinja hi ċatta u li tistaʼ tara d-dinja kollha minn post wieħed biss. Imma l-frażi “muntanja għolja ħafna” f’dan ir-rakkont tidher li hi metafora u mhux post letterali. Ikkunsidra għala hu raġunevoli li naslu għal din il-konklużjoni.

  • M’hemm l-ebda muntanja letterali fid-dinja li minn fuqha tistaʼ tara s-saltniet kollha tad-dinja.

  • Ix-Xitan wera lil Ġesù mhux biss is-saltniet kollha imma anke “l-glorja tagħhom.” Dettalji bħal dawn ma setgħux jidhru minn ħafna bogħod, allura jidher li x-Xitan uża xi tip taʼ viżjoni biex jurihom lil Ġesù. Dan jistaʼ jkun simili għal kif persuna tuża proġekter u skrin biex turi lil xi ħadd stampi taʼ diversi postijiet madwar id-dinja.

  • Ir-rakkont simili taʼ Luqa 4:5 jgħid li x-Xitan wera lil Ġesù “s-saltniet kollha taʼ l-art abitata f’ħakka t’għajn,” li hu impossibbli bil-vista tal-bnedmin. Dan jindika li x-Xitan wera din it-tentazzjoni lil Ġesù permezz taʼ xi mezz ieħor.

a Il-Bibbja tirreferi għal Alla bħala l-“Wieħed li jgħammar ’il fuq miċ-ċirku taʼ l-art.” (Isaija 40:22) Xi xogħlijiet taʼ referenza jgħidu li jistaʼ jkun li l-kelma li hawnhekk tiġi tradotta “ċirku” tfisser globu, għalkemm mhux l-istudjużi kollha jaqblu fuq dan. Hu x’inhu l-każ, il-Bibbja ma tappoġġax l-idea li d-dinja hi ċatta.

b Edizzjoni riveduta, Volume 2, paġna 4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja