LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 135
  • L-​ewtanasja—Il-​Bibbja x’tgħid dwarha?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​ewtanasja—Il-​Bibbja x’tgħid dwarha?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Problema mad-Dinja Kollha
    Stenbaħ!—2001
  • Int Tistaʼ Ssib l-Għajnuna
    Stenbaħ!—2001
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Għala xi Nies Jixbgħu mill-Ħajja
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 135
Mara żżomm id persuna kbira fl-​età fi sptar

L-​ewtanasja—Il-​Bibbja x’tgħid dwarha?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Il-​Bibbja ma titkellimx speċifikament fuq l-​ewtanasja.a Madankollu, dak li tgħid dwar il-​ħajja u l-​mewt jagħtina ħarsa bilanċjata. Li wieħed jikkaġuna l-​mewt taʼ xi ħadd mhuwiex aċċettabbli. Imma wieħed m’għandux għalfejn jipprova jagħmel minn kollox biex itawwal ħajtu waqt li jkun qed imut.

Il-​Bibbja tidentifika lil Alla bħala l-​wieħed li ħalaqna, “is-​sors tal-​ħajja.” (Salm 36:9; Atti 17:28) Il-​ħajja hi prezzjuża ħafna f’għajnejn Alla. Għalhekk, Alla jikkundanna kemm li wieħed joqtol lil xi ħadd u kemm li wieħed ineħħi ħajtu b’idejh. (Eżodu 20:13; 1 Ġwanni 3:15) Barra minn hekk, il-​Bibbja turi li rridu nieħdu passi raġunevoli biex nipproteġu l-​ħajja tagħna u dik t’oħrajn. (Dewteronomju 22:8) Biċ-​ċar, Alla jrid li nqisu l-​ħajja taʼ valur.

Xi ngħidu jekk persuna jkollha marda terminali, jiġifieri marda li ġġib il-​mewt?

Il-​Bibbja ma taqbilx maʼ li titneħħa l-​ħajja taʼ xi ħadd, anki jekk il-​persuna tkun waslet biex tiffaċċja mewta li ma tistax tiġi evitata. L-​eżempju tas-​Sultan Sawl t’Iżrael jappoġġah dan. Meta hu weġġaʼ b’mod gravi fi gwerra, talab lill-​assistent tiegħu biex jgħinu jneħħi ħajtu. (1 Samwel 31:3, 4) L-​assistent taʼ Sawl m’aċċettax. Madankollu, iktar tard, raġel ieħor b’mod falz qal li għamel dak li talab Sawl. David, raġel li kellu l-​ħarsa t’Alla fuq dil-​kwistjoni, ikkundanna lil dan ir-​raġel bħala ħati taʼ qtil.—2 Samwel 1:6-​16.

Il-​ħajja għandha tiġi mtawla akkost taʼ kollox?

Meta wieħed ikun wasal biex imut, il-​Bibbja ma tgħidx li għandu għalfejn itawwal il-​proċess tal-​mewt. Anzi, il-​Bibbja tagħtina ħarsa bilanċjata. Il-​mewt hi l-​għadu l-​kbir tagħna, din tiġi fuqna minħabba li aħna midinbin. (Rumani 5:12; 1 Korintin 15:26) Għalkemm il-​mewt mhix xi ħaġa li nħarsu ’l quddiem għaliha, m’għandniex għalfejn nibżgħu minnha, għax Alla jwiegħed li se jirxoxta lil dawk li jmutu. (Ġwanni 6:39, 40) Persuna li tapprezza l-​ħajja se tfittex l-​aħjar għajnuna medika. Imma waqt li tagħmel dan, m’għandhiex għalfejn tagħżel xi trattamenti mediċi sempliċiment biex ittawwal il-​proċess taʼ mewt li jkun wasal lejn tmiemu.

Huwa s-​suwiċidju dnub li ma jinħafirx?

Le, il-​Bibbja ma ssemmix is-​suwiċidju bħala dnub li ma jinħafirx. Għalkemm li wieħed ineħħi ħajtu b’idejh hu dnub serju,b Alla jifhem għalkollox affarijiet li jistgħu jwasslu persuna biex tkun trid tagħmel suwiċidju, bħal mard mentali, stress qawwi, jew karatteristiki li wieħed jistaʼ jitwieled bihom. (Salm 103:13, 14) Permezz tal-​Bibbja, Alla jipprovdi faraġ għal dawk imnikktin. Barra minn hekk, il-​Bibbja tgħid li se jkun hemm “irxoxt kemm tan-​nies sewwa u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.” (Atti 24:15) Dan juri li hemm tama taʼ rxoxt għan-​nies li għamlu żbalji serji, bħas-​suwiċidju.

Xi ngħidu dwar l-​ewtanasja fuq il-​pets?

L-​ewtanasja fuq il-​pets hi differenti ħafna mill-​ewtanasja fuq in-​nies. Għalkemm Alla jagħti lin-​nies it-​tama li jgħixu għal dejjem, hu ma jagħtix din it-​tama lill-​annimali. (Rumani 6:23; 2 Pietru 2:12) Il-​Bibbja tikkundanna li wieħed jaħqar l-​annimali, madankollu, tagħti lin-​nies awtorità fuq il-​ħajja tal-​annimali. (Ġenesi 9:3) Ladarba Alla jistenna li nieħdu ħsieb l-​annimali sew, hi r-​responsabbiltà taʼ sid il-​pet biex jiddeċiedi kif ikun l-​aħjar li jittratta annimal. Dan jistaʼ jinkludi li jagħżel jekk itemmx il-​ħajja t’annimal li qed ibati.—Proverbji 12:10.

a L-​ewtanasja tiġi spjegata bħala “qtil taʼ xi ħadd li hu marid jew imweġġaʼ ħafna biex ma jibqax ibati.” (Merriam-​Webster Learner’s Dictionary) Meta tabib jgħin pazjent biex itemm ħajtu, dan jissejjaħ suwiċidju assistit minn tabib.

b Il-​ftit każi taʼ suwiċidju li jissemmew fil-​Bibbja, kollha jinvolvu persuni li m’aġixxewx fi qbil maʼ dak li ried Alla.—2 Samwel 17:23; 1 Slaten 16:18; Mattew 27:3-​5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja