KARATTRU MILL-BIBBJA
Poġġi l-Affarijiet Spiritwali l-Ewwel f’Ħajtek bħal Manahen
Manahen kien wieħed mill-aħwa li ħa t-tmexxija fil-kongregazzjoni taʼ Antjokja fi żmien il-Kristjani tal-bidu. Hu “tgħallem m’Erodi l-mexxej tad-distrett.” (Atti 13:1) Għalhekk, Manahen kien raġel taʼ ħafna skola u x’aktarx li l-familja tiegħu kienet sinjura.
Minkejja l-background tiegħu, Manahen għażel li jsir Kristjan u ħadem iebes fil-kongregazzjoni. Hu ma ħax vantaġġ mill-edukazzjoni tiegħu jew mill-fatt li kien jaf nies taʼ poter biex jibbenefika hu. Minflok, hu ħadem iebes biex jgħin lill-aħwa.
L-eżempju taʼ Manahen jurina li naqdu lil Ġeħova hu iktar importanti milli jkollna l-fama jew ħafna flus. Bħal Manahen, l-affarijiet spiritwali għandhom ikunu iktar importanti milli nipprovaw insiru sinjuri jew famużi f’din id-dinja. (Mat. 6:33) Barra minn hekk, għalkemm għalina l-edukazzjoni hija importanti, aħna nagħmlu ċert li ‘nagħżlu l-iktar affarijiet importanti’ u ma nħallu xejn itellifna milli nqimu lil Ġeħova.—Flp. 1:9, 10.