Skeda għall-ġimgħa li tibda fil-15 taʼ Ġunju
ĠIMGĦA LI TIBDA FIL-15 TAʼ ĠUNJU
Għanja 77 u talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 26 ¶1-9 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: 2 Samwel 22-24 (8 min.)
Nru. 1: 2 Samwel 22:21-32 (3 min. jew inqas)
Nru. 2: Ġeħova hu l-Ħallieq bla limitu—igw p. 2 ¶4–p. 3 ¶1 (5 min.)
Nru. 3: Fineħas—Tema: Taqtax qalbek u stenna għad-direzzjoni taʼ Ġeħova—w11 9/15 p. 31 ¶1-7 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
Tema tax-Xahar: “Ftakar f’jiem il-qedem.”—Dt. 32:7.
12 min: Min hu l-karattru tal-Bibbja favorit tiegħek? Intervista u taħdita. Ibda billi tintervista żewġt itfal jew tlieta tal-kongregazzjoni. Min hu l-karattru tal-Bibbja favorit tagħhom? Skont il-Bibbja, hi jew hu x’għamel? B’liema mod jixtiequ jimitaw lill-karattru tal-Bibbja? Imbagħad, kompli b’taħdita billi tispjega kif it-tfal jistgħu jibbenefikaw mill-kards tal-karattri tal-Bibbja li jinsabu f’jw.org. (Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA >TFAL.) Kull kard tal-karattri tal-Bibbja tinkludi dettalji u stampi tal-karattru, mappa li turi fejn għex, linja kronoloġika li turi meta għex, u tliet mistoqsijiet u tweġibiet dwaru. Kull kard hi disinjata biex tiġi stampata u mġemmgħa. Inkuraġġixxi lill-ġenituri bi tfal żgħar biex jagħmlu użu taʼ din l-għodda ħalli jgħallmu lil uliedhom dwar “jiem il-qedem.”—Dt. 32:7.
18 min: “Nitgħallmu minn pubblikaturi li għandhom iktar esperjenza.” Diskussjoni. Meta tkun qed tikkunsidra t-tieni paragrafu, stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw kif ibbenefikaw billi ħadmu fil-ministeru maʼ pubblikatur tal-esperjenza.
Għanja 4 u talba