Skeda għall-ġimgħa li tibda fil-15 taʼ Diċembru
ĠIMGĦA LI TIBDA FIL-15 TAʼ DIĊEMBRU
Għanja 1 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 17 ¶9-16 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġożwè 6-8 (10 min.)
Nru. 1: Ġożwè 8:18-29 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Is-segwaċi veri taʼ Ġesù jonoraw l-isem t’Alla, Ġeħova—fg lezzjoni 10, mistoqsija 3, it-tieni punt (5 min.)
Nru. 3: Dina—Evita sħubija ħażina—my storja 20 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
Tema tax-Xahar: Oħroġ “affarijiet tajbin” mit-teżor tajjeb li hu fdat lilek.—Mt. 12:35a.
15 min: “Nikkonduċu studji tal-Bibbja effettivi.” Mistoqsija u tweġiba. Wara li tikkunsidra paragrafu 3, ħejji turija maqsuma f’żewġ partijiet fejn pubblikatur u student tal-Bibbja jiddiskutu paragrafu 8 f’kapitlu 15 tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? Fl-ewwel turija, il-pubblikatur jitkellem wisq. Fit-tieni, il-pubblikatur isaqsi mistoqsijiet li jitolbu opinjoni ħalli b’hekk jagħraf x’hemm f’moħħ l-istudent.
15 min: Għodda li tgħinek tipprepara biex tikkonduċi studji tal-Bibbja. Diskussjoni. Uri s-sezzjoni “Il-Bibbja x’tgħallem?” (Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > ŻGĦAŻAGĦ.) Iddiskuti kif dan il-materjal jistaʼ jintuża biex jgħinna nikkonduċu studji tal-Bibbja maʼ żgħażagħ u kif ukoll m’oħrajn. Il-mistoqsijiet li jqumu f’dawn l-eżerċizzji, kif jistgħu jilħqu l-qalb tal-istudent? Ħejji turija li fiha pubblikatur ilissen ħsibijietu billi juża wieħed minn dawn l-eżerċizzji biex jgħinu jaħseb dwar il-bżonnijiet tal-istudent tiegħu u biex jipprepara mistoqsijiet effettivi. Ikkonkludi billi tinkuraġġixxi l-udjenza jsiru għalliema aħjar billi jagħmlu sforz biex jilħqu l-qlub tal-istudenti permezz tal-affarijiet tajbin li għandhom biex jgħinu lil ħaddieħor.—Prov. 20:5.
Għanja 99 u Talba.