Skeda għall-Ġimgħa li Tibda fit-3 taʼ Frar
ĠIMGĦA LI TIBDA FIT-3 TAʼ FRAR
Għanja 22 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 2 ¶12-20 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġenesi 21-24 (10 min.)
Nru. 1: Ġenesi 23:1-20 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Alla għandu isem?—fg lezzjoni 2, mistoqsija 3 (5 min.)
Nru. 3: Abraham—Alla kien se jissagrifika lill-Ibnu stess!—w09 4/1 p. 18 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Offri r-rivisti fi Frar. Diskussjoni. Ibda billi turi kif ir-rivisti jistgħu jiġu offruti billi tuża l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet f’din il-paġna. Imbagħad eżamina l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet mill-bidu sal-aħħar billi taqra kull parti, sentenza jew tnejn kull darba, u tistieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar l-iskop tagħha. Fakkar lill-pubblikaturi li għandhom jużaw kliemhom stess, u jistgħu jiddeċiedu li jbiddlu ftit l-eżempju taʼ preżentazzjoni jew jagħmlu waħda ġdida. Ikkonkludi billi fil-qosor tinkuraġġixxi lil kulħadd biex isir midħla sew tar-rivisti u biex jieħu sehem fit-tqassim tagħhom bl-entużjażmu.
10 min: Bżonnijiet lokali.
10 min: Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. (Mt. 7:16) Diskussjoni bbażata fuq it-2013 Yearbook, paġna 47, paragrafi 1-2; u paġna 52, paragrafu 1, sa paġna 53, paragrafu 1. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar x’lezzjonijiet tgħallmu.
Għanja 25 u Talba