Skeda għall-Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Marzu
ĠIMGĦA LI TIBDA 26 TAʼ MARZU
Għanja 92 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
bt kap. 18 ¶12-18 (25 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġeremija 12-16 (10 min.)
Nru. 1: Ġeremija 13:1-14 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Għala l-Bnedmin Kollha Jbatu mid-Dnub taʼ Adam—td 8B (5 min.)
Nru. 3: X’Kienet il-Frotta Projbita?—td 8Ċ (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Avviżi. Informa lill-kongregazzjoni kemm fadal territorju li għad irid jiġi kopert bl-invit tat-Tifkira.
10 min: Tinsewx l-Ospitalità. (Ebr. 13:1, 2) Taħdita minn anzjan. Irrivedi l-arranġamenti lokali għat-Tifkira. Issuġġerixxi modi li bihom ilkoll kemm aħna nistgħu nuru l-ospitalità mal-viżitaturi u mal-pubblikaturi inattivi li se jkunu fl-attendenza. Ħejji turija qasira maqsuma f’żewġ partijiet. F’parti minnha l-pubblikatur ikun qed jagħti merħba qabel it-Tifkira lil xi ħadd li rċieva invit matul il-kampanja. Imbagħad, fil-parti l-oħra, wara t-Tifkira, il-pubblikatur qed jagħmel arranġamenti biex jerġaʼ jżur lill-individwu biex ikompli jqanqallu l-interess.
20 min: “The Wonders of Creation Reveal God’s Glory.” Mistoqsija u tweġiba. Uża l-informazzjoni fl-ewwel u fl-aħħar paragrafi għal introduzzjoni u konklużjoni qosra. Stieden lil dawk fl-udjenza jirrakkontaw kif kien t’għajnuna għalihom il-fatt li raw dan id-DVD. Iddiskuti modi kif dan il-vidjow jistaʼ jintuża fil-ministeru.
Għanja 110 u Talba