Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 13 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Semmi l-arranġamenti għall-kampanja speċjali bil-fuljett li se tibda fl-20 t’Ottubru, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jiġbor il-fuljetti jekk għadu m’għamilx dan. Irrivedi fil-qosor l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet għat-Torri taʼ l-Għassa t’Ottubru-Diċembru u Stenbaħ! t’Ottubru-Diċembru li jinsabu f’paġna 8.
35 min: “Skeda Ġdida għal-Laqgħat tal-Kongregazzjoni.”a Skond ma jippermetti l-ħin, aqra l-iskritturi ċitati u stieden lill-udjenza biex tikkummenta dwarhom.
Ġimgħa li Tibda 20 t’Ottubru
5 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna.
20 min: Żomm il-Ferħ fil-Ministeru. Taħdita inkuraġġanti bbażata fuq il-materjal minn paragrafi 11-17 f’paġni 24-25 tat-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Lulju, 2005. Inkludi intervista maʼ persuna jew tnejn li ilhom jaqdu lealment lil Ġeħova. X’jgħinhom iżommu l-ferħ tagħhom meta n-nies ma jwiġbux b’mod favorevoli?
20 min: Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Kif Nistaʼ Nevita s-Sess Qabel iż-Żwieġ? Taħdita minn anzjan ibbażata fuq l-artiklu li deher fi Stenbaħ! tat-8 taʼ Settembru, 2004, paġni 16-18. Inkludi kummenti mit-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 2006, paġna 30, paragrafu 7.
Ġimgħa li Tibda 27 t’Ottubru
5 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet.
10 min: Bżonnijiet lokali.
30 min: “L-Istudju tal-Bibbja Persunali u mal-Familja Huma Vitali!”b Skond ma jippermetti l-ħin, aqra l-iskritturi ċitati u stieden lill-udjenza biex tikkummenta dwarhom.
Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jagħtu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ottubru.
20 min: L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2009. L-indokratur taʼ l-iskola jiddiskuti maʼ l-udjenza l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku l-ġdida kif tidher taħt l-“Istruzzjonijiet” fl-Iskeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku li tinsab fl-insert. Iffoka fuq il-bidliet li qed isiru. Ħeġġeġ lil kulħadd biex ikun ħabrieki meta jwettaq l-inkarigi, meta jipprepara għall-punti prinċipali mill-Bibbja, u meta jiġi biex japplika l-kummenti li jagħti kull ġimgħa l-indokratur taʼ l-iskola minn fuq il-ktejjeb Kif Ittejjeb l-Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem.
15 min: Tejjeb l-“Arti tat-Tagħlim” Tiegħek. L-indokratur tas-servizz jew anzjan kwalifikat ieħor jidentifika ħames fatturi prinċipali involuti fit-tagħlim effettiv u jikkummenta fil-qosor dwarhom kif jidhru f’paragrafi 5-18, f’paġni 9-12 fit-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Jannar, 2008. Intervista pubblikatur jew tnejn li jħossu li din l-informazzjoni għenithom itejbu l-abbiltà tagħhom tat-tagħlim.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.