Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Permezz tas-suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’Ottubru.
20 min: Ibqaʼ Qrib l-Organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq kapitlu 17 tal-ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda taʼ Ġeħova.
15 min: “Matul Novembru Se Noffru Ħarġa Speċjali taʼ l-Awake!”a Irrivedi fil-qosor dak li fih l-Awake! taʼ Novembru. Imbagħad, kompli b’diskussjoni dwar l-artiklu f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 3, ħejji turija dwar kif jiġi offrut l-Awake! taʼ Novembru billi tuża s-suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-territorju tiegħek. Ħejji lill-inkwilin għaż-żjara li jmiss qabel ma tikkonkludi t-turija.
Ġimgħa li Tibda 15 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna.
20 min: Qiegħda l-Verità Tagħmel il-Frott f’Dawk li Tgħallem Int? Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Frar, 2005, paġni 28-30. Inkludi kummenti dwar kif il-mistoqsijiet fil-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? ġew magħmulin biex jgħinuna nagħrfu x’hemm f’qalb l-istudent. Ikkunsidra ftit eżempji, bħal kapitlu 1, paragrafu 19; kapitlu 2, paragrafu 4; kapitlu 3, paragrafu 24; u kapitlu 4, paragrafu 18. Inkuraġġixxi lill-pubblikaturi biex jagħmlu użu tajjeb mid-diversi aspetti tal-ktieb.
15 min: X’Tiftakar? Diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’Awissu, 2007, paġna 19.
Ġimgħa li Tibda 22 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Permezz tas-suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Ibqgħu Mexjin Bħala Wlied id-Dawl. Taħdita u intervisti. Aħna tlaqna d-dlam taʼ din id-dinja u ħallejna lilna nfusna niġu gwidati mid-dawl taʼ Ġeħova. (Efes. 5:8, 9) Dan tejbilna ħajjitna, billi tana skop. (1 Tim. 4:8) Dan id-dawl jagħtina wkoll tama. (Rum. 15:4) Intervista żewġ pubblikaturi jew tlieta li ffaċċjaw u għelbu ostakli kbar sabiex jiksbu u jżommu relazzjoni mill-aqwa maʼ Ġeħova. Liema sfidi ffaċċjaw meta daħlu fil-verità? Kif irnexxielhom jegħlbuhom? B’liema mod hija aħjar ħajjithom issa? X’jgħinhom jibqgħu sodi fil-verità? Ikkonkludi billi tinkuraġġixxi lil kulħadd biex jibqaʼ jagħmel progress spiritwali u juri apprezzament profond għall-verità li Ġeħova rrivela.—2 Pt. 1:5-8.
Ġimgħa li Tibda 29 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jagħtu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ottubru. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Novembru, u ħejji turija taʼ waħda mill-preżentazzjonijiet.
15 min: Poġġi Miri Spiritwali biex Tigglorifika lill-Ħallieq Tiegħek. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 2004, paġni 21-3. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar il-miri spiritwali li poġġew u x’qed jagħmlu biex jilħquhom. Tistaʼ tħejji kumment jew tnejn minn qabel.
20 min: “Offri Tama lill-Foqra.”b Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 2, inkludi kummenti minn Stenbaħ! tat-8 taʼ Settembru, 2003, paġni 28-9.
Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali.
15 min: Kif Tipproteġi lil Uliedek Permezz taʼ l-Għerf Divin. Taħdita bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Jannar, 2005, paġni 23-7.
20 min: “Ilkoll Ninkuraġġixxu lil Xulxin.”c Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw b’mod speċifiku dwar kif ġew inkuraġġiti minn indokratur li jivvjaġġa matul iż-żjara tiegħu lill-kongregazzjoni. Tistaʼ tħejji kumment jew tnejn minn qabel.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.