Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 taʼ Ġunju, 2007. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-7 taʼ Mejju sal-25 taʼ Ġunju, 2007. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Għala rridu ngħinu lill-udjenza tirraġuna? [ht pġ. 60 par. 16]
2. Li tapplika l-argumenti għall-udjenza tiegħek jaqdi liema skop tajjeb? [ht pġ. 62 par. 24]
3. L-enfasi fuq il-kliem x’jagħmlilha lil taħdita? [ht pġ. 62 pari. 1-2]
4. Kif se titwettaq l-enfasi jew il-forza fuq il-kliem? [ht pġ. 63 par. 6]
5. Xi tfisser il-modulazzjoni? [ht pġ. 64 par. 11]
INKARIGU NRU. 1
6. Ġeħova x’għamel biex jgħinna nidentifikaw il-Messija? [bh Appendiċi pġ. 199 par. 1]
7. Għala hu att taʼ ħniena minn Ġesù li jerġaʼ lura biex jgħin lil dawk f’Nazaret? [gt kap. 48 par. 7]
8. Ġesù meta jibdieh it-tielet vjaġġ taʼ ppridkar fil-Galilija, u dwar liema ħaġa jikkonvinċih dan? [gt kap. 49 pari. 1, 2]
9. X’jistaʼ jgħinna nkunu konvinti li t-Trinità m’hijiex tagħlim li jinsab fil-Bibbja? [bh Appendiċi pġ. 204 par. 2]
10. Meta jsir tard, id-dixxipli xi jħeġġu biex isir, imma Ġesù kif jieħu ħsiebhom in-nies? [gt kap. 52 pari. 4, 8]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Fi qbil maʼ l-esperjenza taʼ Ġeremija deskritta f’Ġeremija 37:21, liema assiguranza jistaʼ jkollna?
12. Bàruk għala setaʼ qal li Ġeħova ‘żiedlu l-għali man-niket’ li ġagħlu ‘jgħejja,’ u x’kienet l-ewwel reazzjoni taʼ Bàruk għall-problema? (Ġer. 45:1-5)
13. Babilonja meta ma baqgħetx abitata u saret ‘ħerba kollha kemm hi’? (Ġer. 50:13)
14. Liema prinċipju rigward it-talb jidher ċar f’Lamentazzjonijiet 3:8, 9, 42-45?
15. Taʼ xiex jagħti stampa l-karru deskritt f’Eżekjel kapitlu 1?