LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/07 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 9 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 16 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 23 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 30 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Mejju
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 4/07 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 9 t’April

Għanja 201

10 min: Avviżi lokali. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara d-​drama fuq id-​DVD intitolat Young People Ask​—What Will I Do With My Life? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu​—X’Se Nagħmel b’Ħajti?) bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni li se ssir fil-​Laqgħa tas-​Servizz il-​ġimgħa d-​dieħla. Enfasizza l-​kaxxa “Main Menu,” u spjega kif wieħed iħaddem id-​DVD. Permezz tas-​suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’April. Waqt it-​turija, il-​pubblikatur iqajjem mistoqsija li jkun se jwiġibha fiż-​żjara lura.

15 min: Uża Tajjeb it-​2007 Yearbook. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Irrivedi l-​punti prinċipali minn “Ittra Mingħand il-​Ġemgħa li Tiggverna.” Enfasizza l-​punti prinċipali mill-​“Worldwide Report.” Irranġa bil-​quddiem biex xi pubblikaturi jirrakkontaw xi rapporti u esperjenzi li sabuhom b’mod speċjali inkuraġġanti u li saħħewlhom il-​fidi. Inkuraġġixxi lill-​familji biex jaqraw il-​ktieb kollu ftit ftit matul is-​sena. Issuġġerixxi modi kif nistgħu nużaw il-​ktieb biex nidderieġu lill-​uħud ġodda lejn l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova u ninkuraġġuhom jattendu l-​laqgħat.

20 min: “Nagħmlu Sforz Flimkien Globalment biex Nirreklamaw il-​Konvenzjoni Distrettwali ‘Segwi lill-​Kristu!’”a Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 3, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi lokali li jispikkaw b’konnessjoni mat-​tqassim taʼ l-​inviti għall-​konvenzjoni distrettwali tas-​sena l-​oħra jew inkludi kummenti dwar it-​2007 Yearbook, minn paġna 7 sas-​sottitlu f’paġna 10.

Għanja 43 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 16 t’April

Għanja 161

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna.

15 min: “‘Tkellem il-​Kelma t’Alla bla Biżaʼ.’”b Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jaqraw u jikkummentaw fuq l-​iskritturi ċitati.

20 min: “X’Se Tagħmel b’Ħajtek?”​—L-​Ewwel Parti.c Wara li tikkummenta fil-​qosor dwar paragrafi 1-2, ibda mill-​ewwel b’diskussjoni fuq kull mistoqsija preżentata f’paragrafi 3-4. Meta tiddiskuti mistoqsija 4 f’paragrafu 3, ara li jinqraw iż-​żewġ skritturi. Fil-​konklużjoni, irrivedi l-​kaxxa “Main Menu.” Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​“Intervisti” u l-​“Materjal Miżjud” fuq id-​DVD bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni li se ssir fil-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla.

Għanja 207 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 23 t’April

Għanja 215

10 min: Avviżi lokali. Aqra rrapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Permezz tas-​suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Mejju. Agħmel avviż dwar l-​arranġamenti speċjali tas-​servizz taʼ l-​għalqa għat-​Tlieta, l-​1 taʼ Mejju, li se tkun festa pubblika.

10 min: Ara! Id-​Dawl Hu taʼ lGħaġeb! Taħdita bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Marzu, 2007, paġni 12-14.

25 min: “X’Se Tagħmel b’Ħajtek?”​—It-​Tieni Parti.d Ibda mill-​ewwel b’diskussjoni fuq kull mistoqsija preżentata f’paragrafi 5-7. Ikkonkludi bl-​appell mill-​qalb f’paragrafu 8.

Għanja 172 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 30 t’April

Għanja 186

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal April.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Ilkoll Nistgħu Nieħdu Sehem f’li Nagħmlu Dixxipli Ġodda.”e Meta tikkunsidra paragrafu 4, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif membri tal-​kongregazzjoni kienu inkuraġġewhom qabel il-​magħmudija. Tistaʼ tħejji kumment jew tnejn minn qabel.

Għanja 44 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Mejju

Għanja 164

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Arranġamenti għal Postijiet taʼ Qima. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq kapitlu 11 tal-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova.

20 min: “Meta n-​Nies Ma Jkunux id-​Dar.”f Għandha tingħata mill-​indokratur tas-​servizz.

Għanja 178 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

f Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja