Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Settembru: Se jintuża l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? Għandu jsir sforz speċjali biex jinbeda studju tal-Bibbja fuq l-ewwel żjara. Kulmeta titħalla xi letteratura għandha ssir żjara lura bil-mira li jinbeda studju tal-Bibbja fid-dar. Ottubru: Offri kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ l-Awake! Meta jintwera interess, jekk jogħġbok offri l-browxer Ibqaʼ Għassa! sabiex jiġi kultivat iktar l-interess fil-Bibbja. Novembru: Se jiġi offrut il-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Meta l-inkwilini jindikaw li m’għandhomx tfal, offri l-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? jew fuljett ieħor li jkun adattat. Diċembru: Offri l-ktieb L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Inkella, offri xi ktieb ieħor bħal: Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja, u Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art, jekk il-kongregazzjoni għandha maħżunin.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-volumi llegati taʼ The Watchtower u Awake! għall-2006 u l-Watchtower Library—2006 Edition fuq CD-ROM maʼ l-ordni tal-letteratura li jmiss. Il-lista tal-lingwi li bihom se jkunu disponibbli dawn il-pubblikazzjonijiet se tidher fl-“Avviż lill-Kongregazzjonijiet Kollha” li jintbagħat kull xahar. Jekk jogħġobkom innotaw li l-Watchtower Library—2006 Edition hija provvediment għall-membri mgħammdin tal-kongregazzjoni u ssir disponibbli biss permezz tal-kongregazzjoni.
◼ L-anzjani huma mfakkrin biex isegwu l-istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 13-15 tat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 1991, rigward xi wħud maqtugħin mis-sħubija jew diżassoċjati li forsi għandhom ix-xewqa li jiġu aċċettati lura.
◼ Kull Settembru għandha timtela s-Safety Inspection Work Sheet (TO-34). Għandha tingħata kopja minnufih lill-ġemgħa taʼ l-anzjani taʼ kull kongregazzjoni li tiltaqaʼ fis-Sala tas-Saltna. Jekk hemm bżonn li jsiru xi aġġustamenti, l-anzjani jridu jieħdu ħsieb li dawn isiru. Meta l-indokratur tas-circuit iżur lill-kongregazzjoni, għandu jirrivedi dawn il-formoli.
◼ Fl-insert taʼ l-edizzjoni bl-Ingliż tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Settembru, paġni 3-6, se jkun hemm lista taʼ aġġustamenti biex kulħadd jagħmel fil-kopja persunali tiegħu tal-ktieb Revelation Climax. Għalkemm din il-pubblikazzjoni m’hijiex disponibbli bil-Malti, numru taʼ inserts se jintbagħtu lil kull kongregazzjoni għall-użu persunali tal-pubblikaturi fil-kongregazzjoni.