Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Billi tuża s-suġġerimenti f’paġna 4 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-territorju tiegħek, uri kif għandhom jiġu offruti t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Ġunju u Stenbaħ! t’April-Ġunju. Is-suġġeriment għal Stenbaħ qiegħed fil-Ministeru tas-Saltna taʼMarzu.
20 min: “Il-Ministeru Tagħna—Xogħol li Juri Mogħdrija.”a Skond kemm jippermetti l-ħin, stieden lill-udjenza biex tikkummenta fuq l-iskritturi ċitati.
15 min: Reviżjoni tal-Jum t’Assemblea Speċjali. Stieden lill-udjenza biex twieġeb il-mistoqsijiet li jinsabu fl-artiklu “Reviżjoni tal-Jum t’Assemblea Speċjali” f’paġna 5 fil-Ministeru tas-Saltna t’April 2006. Ir-reviżjoni għandha tiffoka fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni.
Għanja 47 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Agħmel avviż dwar l-arranġamenti speċjali tas-servizz taʼ l-għalqa għall-Ħamis, 29 taʼ Ġunju li se tkun btala pubblika.
20 min: Kelma f’Waqtha, Kemm Hi Sabiħa! Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Jannar, 2006, paġni 16-19. Fl-introduzzjoni, enfasizza l-erbaʼ benefiċċji taʼ li tfaħħar lil oħrajn li jinsabu mniżżlin taħt is-sottitlu “Il-Benefiċċji.” Imbagħad stieden lill-udjenza biex tikkummenta fuq il-mistoqsijiet li ġejjin: Min l-iktar jixraqlu jiġi mfaħħar? L-aduraturi sħabna għala jixirqilhom tifħir adattat? Liema opportunitajiet għandna biex nagħtu tifħir fil-kongregazzjoni? Għala huwa taʼ benefiċċju li nfaħħru lill-membri tal-familja, u kif nistgħu nagħmlu dan? Kif ġejt inkuraġġit jew imsaħħaħ meta ġejt mogħti tifħir?
15 min: “Uri Interess Persunali—Billi Tagħti Tifħir.”b Inkludi turija qasira fejn pubblikatur jismaʼ b’attenzjoni lill-inkwilin, jagħtih tifħir sinċier, u mbagħad jibni fuq dak li l-inkwilin ikun qal billi jaqsam miegħu skrittura adattata.
Għanja 96 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Ġunju
15 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Billi tuża s-suġġeriment f’paġna 4 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-territorju tiegħek, uri kif tippreżenta t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Lulju flimkien maʼ l-Awake! taʼ Lulju. Qabel jispiċċa l-preżentazzjoni, il-pubblikatur iqajjem mistoqsija li tqanqal il-ħsieb u li tistaʼ tiġi mwieġba fiż-żjara li jmiss billi jintuża l-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ġunju sa tmiem il-ġimgħa.
15 min: Naqdu maʼ Kongregazzjoni taʼ Lingwa Barranija. Taħdita bbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Marzu, 2006, paġni 17-20. Inkludi kummenti mill-ktieb Organizzati, paġna 112, paragrafu 2. Applika l-materjal skond il-lokal. Tistaʼ tinkludi wkoll intervista qasira jew tnejn taʼ wħud li qed iħabirku biex jespandu l-ministeru tagħhom billi jitgħallmu lingwa oħra.
15 min: Nippreżentaw l-Aħbar Tajba f’Lulju. Liema suġġetti huma taʼ interess ġenerali għan-nies fit-territorju tiegħek? Fil-qosor intervista pubblikatur jew tnejn li għamlu użu effettiv mill-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? u li forsi bdew studju tal-Bibbja. Wara dan, permezz taʼ turija uri kif tippreżenta l-offerta minn dar għal dar billi tuża preżentazzjoni li kienet effettiva fit-territorju tiegħek.—Ara l-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2005, paġna 8, paragrafu 5.
Għanja 208 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ġunju jekk għadhom m’għamlux dan.
15 min: Nafdaw lill-“Ilsir Leali u Għaqli.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq kapitlu 3 tal-ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda taʼ Ġeħova.
20 min: “Kif Tilħaq il-Miri Spiritwali Tiegħek.”c Stieden liż-żgħażagħ fil-kongregazzjoni biex jikkummentaw dwar il-miri spiritwali tagħhom u x’qegħdin jagħmlu biex jilħquhom. Minn qabel jistgħu jiġu preparati kumment jew tnejn.
Għanja 30 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.