LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/06 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 10 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 17 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 24 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Mejju
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 4/06 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 10 t’April

Għanja 49

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Billi tuża s-​suġġerimenti f’paġna 8 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-​territorju tiegħek, uri kif għandhom jiġu offruti t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’April u Stenbaħ! t’April-Ġunju. F’waħda mit-​turijiet, il-​pubblikatur għandu joffri l-​ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja? lill-​inkwilin li juri interess partikulari fil-​messaġġ tal-​Bibbja. Ħabbar l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa għall-​Ġimgħa, 14 t’April, li hi festa pubblika.

15 min: “Kif Inżommu ż-​Żelu.”a Inkludi kummenti bbażati fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Ġunju, 2002, paġna 14, paragrafu 13.

20 min: “Tistaʼ Tadatta l-​Iskeda Tiegħek?”b Uri kif il-​materjal japplika lokalment. Semmi l-​arranġamenti li l-​kongregazzjoni għandha għall-​għoti taʼ xiehda fil-​għaxija.

Għanja 13 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 17 t’April

Għanja 104

15 min: Avviżi lokali. Enfasizza l-​arranġamenti lokali għat-​taħdita pubblika speċjali. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex juża l-​paġna taʼ wara fil-​ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’April sabiex jistieden lil dawk li attendew għat-​Tifkira, l-​istudenti tal-​Bibbja, u persuni oħra interessati. Semmi fil-​qosor tnejn jew tliet esperjenzi taʼ xi wħud li użaw din il-​ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa biex jistiednu lin-​nies ħalli jattendu t-​taħdita pubblika speċjali.

12 min: Bżonnijiet lokali.

18 min: “Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Progressivi fuq l-​Għatba u bit-​Telefon.”c Inkludi turija fil-​qosor billi turi dak li pubblikatur jistaʼ jgħid biex jagħmel il-​bidla minn fuq l-​għatba għal ġewwa d-​dar.

Għanja 162 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 24 t’April

Għanja 66

15 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Matul Mejju se nkomplu nqassmu t-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Billi tuża s-​suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, uri kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Mejju flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Wara t-​turija, iġbed l-​attenzjoni għal artikli oħra fl-​istess ħarġiet li jistgħu jqajmu l-​interess tan-​nies fit-​territorju lokali. Qajjem l-​entużjażmu għall-​arranġamenti speċjali tas-​servizz taʼ l-​għalqa għat-​Tnejn, 1 taʼ Mejju, li se tkun festa pubblika.

15 min: “Uri Interess Persunali​—Billi Tagħmel Kuntatt bl-​Għajnejn.”d Inkludi turija qasira fejn pubblikatur jagħmel kuntatt bl-​għajnejn maʼ persuna f’post pubbliku, jibda konversazzjoni, u jagħti xiehda.

15 min: X’Tgħid il-​Bibbja dwar il-​Maħfra? Taħdita bbażata fuq l-​artiklu “Il-​Maħfra” fit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Marzu, 2006, paġni 30 u 31.

Għanja 191 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Mejju

Għanja 211

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal April. Iddiskuti l-​kaxxa f’paġna 6, “Tixtieq Iktar Studji tal-​Bibbja?”

20 min: Immedita fuq l-​Għemejjel taʼ Ġeħova. (Salm 77:13 [77:​12, NW]) Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq it-​2006 Yearbook u l-​ittra mingħand il-​Ġemgħa li Tiggverna. Ikkunsidra punti inkuraġġanti fl-​ittra mingħand il-​Ġemgħa li Tiggverna. (Ara t-​2006 Yearbook pġi. 3-5 u din il-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna, pġ. 4.) Iddiskuti l-​materjal taħt is-​sottitlu “Bible Translation” (It-Traduzzjoni tal-​Bibbja). (pġi. 10-​11) Semmi xi ftit mill-​punti prinċipali u mill-​esperjenzi mis-​sena li għaddiet. (pġi. 6-​64) Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw fuq punti li għoġbuhom mill-​qari tagħhom tat-​2006 Yearbook. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex juża l-​ktieb sabiex jgħin lill-​istudenti tal-​Bibbja jiżviluppaw apprezzament għall-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova.

15 min: “Kampanja Madwar id-​Dinja biex Nirreklamaw il-​Konvenzjoni Distrettwali ‘Il-​Ħelsien fil-​Qrib!’”e Kun ċert li taqra l-​paragrafi kollha.

Għanja 82 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja