Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġeriment f’paġna 8 (jekk huma adattati għat-territorju tiegħek) biex turi kif tippreżenta t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Settembru u ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet realistiċi oħra. It-turija għandha tingħata minn anzjan. Wara, semmi xi aspetti tajbin tal-preżentazzjoni. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jippjana li jieħu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa nhar l-Erbgħa, 21 taʼ Settembru li hu jum taʼ btala nazzjonali.
20 min: “Uża l-Ħin Tiegħek bil-Għaqal.”a Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar kif warrbu l-ħin kuljum għall-qari tal-Bibbja. Ħeġġeġ lill-familji u l-individwi biex jużaw l-insert fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Mejju 2005 ħalli jippjanaw l-attivitajiet spiritwali.
15 min: “Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi.”b Diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq l-ewwel u t-tieni parti taʼ l-insert. Tistaʼ tuża l-Ministeru tas-Saltna t’Awissu 2004, paġna 1. Għala hu importanti li tipprepara sew kulmeta tikkonduċi studju tal-Bibbja? Dan x’jinvolvi? Stieden lil dawk fl-udjenza biex jgħidu kif applikaw is-suġġerimenti provduti. Ikkonkludi billi tikkummenta fuq il-kaxxa skura fil-parti taʼ fuq fl-ewwel paġna taʼ l-insert.
Għanja 110 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-punti prinċipali taʼ l-ittra mingħand l-uffiċċju lokali, li tidher fil-paġna taʼ quddiem taʼ din il-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna.
20 min: Kif Morna s-Sena l-Oħra? L-indokratur tas-servizz jirrivedi s-sena taʼ servizz li għaddiet, waqt li jiffoka fuq l-affarijiet tajbin li twettqu fil-ministeru. Agħti tifħir xieraq. Semmi xi punt jew tnejn li l-kongregazzjoni għandha taħdem fuqhom is-sena li ġejja. Ikkummenta fuq l-attività tal-pijunieri, u faħħarhom għax-xogħol tajjeb tagħhom. Semmi xi riżultati tajbin li nkisbu mill-isforzi biex tingħata għajnuna lil uħud inattivi.
15 min: “Ibqgħu Ibnu lil Xulxin.”c Stieden lill-udjenza biex tikkummenta fuq kif ibbenefikat mill-interess bi mħabba t’oħrajn.
Għanja 199 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Settembru
5 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Fakkar lill-pubblikaturi sabiex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Settembru.
20 min: Organizzati biex Ngħinu lil Min Hu Avanzat fl-Età. Taħdita minn anzjan ibbażata fuq The Watchtower tal-15 t’Awissu, 1993, paġni 28-9 taħt is-sottitlu “Organizing is Valuable” (L-Organizzar Hu taʼ Valur). Semmi xi arranġamenti li saru fil-kongregazzjoni biex tingħata għajnuna lill-morda u lil min hu avanzat fl-età.
20 min: Ngħarrfu l-Aħbar Tajba bir-Rivisti. Matul Ottubru, se noffru t-Torri taʼ l-Għassa u ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Fl-introduzzjoni, iddiskuti s-suġġerimenti li ssib fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar 2005, paġna 8, paragrafi 3-6: (1) Offri r-rivisti bħala sett. (2) Warrab ġurnata fil-ġimgħa biex tieħu sehem fix-xogħol tar-rivisti. (3) Agħmel mira persunali kull xahar biex tqassam ir-rivisti. (4) Ħu vantaġġ minn kull opportunità biex toffri r-rivisti. (5) Uża sew il-ħarġiet iktar antiki. Applika dawn is-suġġerimenti lokalment. Imbagħad, ħejji turija dwar kif jiġu preżentati t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru u Stenbaħ! billi jintużaw is-suġġerimenti f’paġna 8 tal-Ministeru tas-Saltna taʼ dan ix-xahar (jekk huma adattati għat-territorju tiegħek). Turijiet realistiċi oħra jistgħu jintużaw ukoll. Barra minn hekk, iġbed l-attenzjoni lejn artikli sekondarji li jistgħu jolqtu lin-nies fit-territorju lokali, u ħejji turija dwar kif jiġi preżentat wieħed minn dawn l-artikli. Wara kull turija, enfasizza xi aspetti tajbin tat-turija.
Għanja 3 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 3 t’Ottubru
5 min: Avviżi lokali.
20 min: “Għin lil Oħrajn Jibdew ‘Jobdu mill-Qalb.’”d Skond ma jippermetti l-ħin, stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar l-iskritturi ċitati.
20 min: Inferrħu Qalb Ġeħova. (Prov. 27:11) Intervista żewġ aħwa jew tlieta li ilhom qaddejja leali taʼ Ġeħova għal żmien twil. Stieden lil kull wieħed biex jgħid dwar ħaġa waħda jew tnejn li għenuh jibqaʼ ubbidjenti lejn Ġeħova. Fost affarijiet oħra li jistgħu jissemmew hemm studju persunali u bil-ħerqa tal-Bibbja, attendenza regulari għal-laqgħat, sħubija maʼ wħud leali oħra, parteċipazzjoni b’ruħhom kollha fil-ministeru taʼ l-għalqa, talb mill-qalb, u li jevitaw divertiment li ma jibnix. Liema provi t’ubbidjenza ffaċċjaw, u kif irnexxielhom jiffaċċjawhom? Kif ġew imberkin għall-ubbidjenza tagħhom?
Għanja 170 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.