Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
NOTA: Xahar jew xahrejn wara li l-kongregazzjoni tattendi l-Konvenzjoni Distrettwali “Ubbidjenza Lejn Alla,” jitwarrbu minn 15 sa 20 minuta fil-Laqgħa tas-Servizz biex issir reviżjoni taʼ xi punti mill-konvenzjoni li l-pubblikaturi sabuhom t’għajnuna fil-ministeru taʼ l-għalqa. Il-parti speċjali tal-Laqgħa tas-Servizz tagħtina l-opportunità nispjegaw kif qed nużaw dak li tgħallimna fil-konvenzjoni u kif dan għenna nagħmlu l-ministeru tagħna iktar effettiv.
Ġimgħa li Tibda 8 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Fakkar lill-pubblikaturi dwar id-dati tal-programmi taʼ l-assemblea tas-circuit u tal-jum t’assemblea speċjali għas-sena taʼ servizz 2006 jekk diġà huma magħrufin. Ħabbar l-arranġamenti għall-attività tas-servizz taʼ l-għalqa nhar it-Tnejn, 15 t’Awissu, li hi btala pubblika.
10 min: “Qed Tużahom il-Handbills?” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Stieden lill-udjenza tikkummenta dwar ir-riżultati tajbin miksubin mill-użu tal-handbills. Inkludi turija qasira taʼ pubblikatur li juża handbill biex jistieden għal-laqgħa lil xi ħadd li juri interess.
25 min: “Infaħħru lil Ġeħova Qalb il-Kongregazzjoni Kbira.”a Trid tingħata mis-segretarju tal-kongregazzjoni. Iddiskuti l-paragrafi numerati kif isir fl-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa. Qabbad lil xi ħadd minn qabel biex jaqralek il-paragrafi. Irrivedi l-kaxxa “Tfakkiriet għall-Konvenzjoni Distrettwali.”
Għanja 197 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Uża s-suġġeriment f’paġna 8 (jekk hu adattat għat-territorju tiegħek) biex turi kif tippreżenta t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’Awissu u ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Fit-turija għandu jkun hemm anzjan u pubblikatur marid li qed jagħtu xiehda bit-telefon.
15 min: Tiftakar? Diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’April, 2005, paġna 30. Stieden lill-udjenza tikkummenta fuq kull mistoqsija. Enfasizza l-valur prattiku tal-materjal. Ħeġġeġ lil kulħadd jaqra bir-reqqa kull ħarġa taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ!
20 min: “Nibdew Studji tal-Bibbja fil-Bieb u bit-Telefon.”b Inkludi turija qasira li turi kif studju tal-Bibbja jistaʼ jinbeda fl-ewwel żjara, billi jintuża biss paragrafu wieħed jew tnejn fil-browxer X’Jirrikjedi. Irrakkonta fil-qosor esperjenza inkuraġġanti jew tnejn dwar li jinbdew l-istudji bit-telefon.
Għanja 30 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Billi tuża s-suġġeriment f’paġna 8 (jekk hu adattat għat-territorju tiegħek), uri kif tippreżenta It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Settembru u ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! It-turija għandha turi kif issir żjara lura fuq żjara taʼ rotta bir-rivisti.
15 min: “Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—It-Tnax-il Parti.”c Ftiehem maʼ pubblikatur jew tnejn biex jikkummentaw fuq dak li għenhom jagħmlu progress f’li jibdew u jikkonduċu studji tal-Bibbja.
20 min: “L-Ippridkar tas-Saltna—Privileġġ Prezzjuż.”d Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 4, irrivedi l-provvediment speċjali biex il-ħin tas-servizz taʼ l-għalqa taʼ dawk li huma limitati ferm minħabba l-età jew problemi taʼ saħħa jiġi rapportat kwarta kwarta.—Ara l-Ministeru tas-Saltna t’Ottubru 2002, pġ. 8, par. 6.
Għanja 204 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 29 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Awissu. Irripeti l-pariri u t-tfakkiriet mill-partijiet “Infaħħru lil Ġeħova Qalb il-Kongregazzjoni Kbira” u “Tfakkiriet għall-Konvenzjoni Distrettwali” li japplikaw lokalment.
25 min: “Issa Hu ż-Żmien biex Nippridkaw!”e Ftiehem maʼ pijunier regulari jew tnejn jikkummentaw fuq l-aġġustamenti li għamlu sabiex iwettqu x-xogħol taʼ pijunier u l-barkiet li gawdew b’riżultat taʼ dan.
10 min: Uża l-Bibbja fl-Ewwel Żjajjar. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Irrivedi s-suġġerimenti li hemm fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Settembru 2004, paġna 4, paragrafu 2, biex tinġibed l-attenzjoni lejn il-Kelma t’Alla fl-ewwel żjajjar. Uri kif waħda jew tnejn mill-preżentazzjonijiet suġġeriti jistgħu jintużaw maʼ l-offerta tal-letteratura għal Settembru. Is-suġġerimenti li hemm fl-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2005 biex tiġi preżentata l-offerta jistgħu jiġu diskussi u ssir turija tagħhom ukoll skond kemm jippermetti l-ħin.
5 min: Tfakkiriet għall-Konvenzjoni Distrettwali.
Għanja 71 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
e Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.