Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Mejju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġeriment f’paġna 8 u uri kif toffri t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Mejju flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! It-turija għandha turi kif jiġu offruti r-rivisti b’mod informali fuq it-trasport pubbliku.
15 min: Uża l-Kelma t’Alla biex Tilħaq il-Qalb. Taħdita bbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Frar, 2005, paġni 28-31. Analizza l-mod kif Ġesù uża l-Iskrittura biex jgħin lil Pietru. Iddiskuti kif aħna nistgħu nsegwu l-eżempju taʼ Ġesù meta jkun hemm bżonn li naġġustaw il-ħsibijiet u s-sentimenti taʼ wliedna, taʼ l-istudenti tal-Bibbja, u anki tagħna stess.
20 min: “Agħmel Skeda Prattika għall-Familja.” F’introduzzjoni taʼ inqas minn żewġ minuti, enfasizza l-valur taʼ skeda bil-miktub u iddiskuti kif għandha timtela l-iskeda vojta li hemm f’paġna 6. Kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba taʼ l-artiklu “Skeda tal-Familja—Laqgħat tal-Kongregazzjoni.” Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar kif jistgħu jżommu attivitajiet oħra milli jieħdu post il-laqgħat tal-kongregazzjoni. Iktar aspetti dwar l-iskeda tal-familja se jiġu kunsidrati fil-ġimgħat li ġejjin.
Għanja 176 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Mejju
10 min: Avviżi lokali.
15 min: “Skeda tal-Familja—Servizz taʼ l-Għalqa Bħala Familja.”* Stieden lill-udjenza tikkummenta dwar il-benefiċċji li jiġu meta l-membri tal-familja jaħdmu flimkien regolarment fil-ministeru.
20 min: “Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—Id-Disaʼ Parti.”a Meta tiddiskuti paragrafu 2, enfasizza punt jew tnejn mill-Ministeru tas-Saltna taʼ Diċembru 2004, paġna 8. Inkludi turija qasira taʼ studju tal-Bibbja. Wara li jlesti lezzjoni 2 tal-browxer X’Jirrikjedi?, dak li jikkonduċi l-istudju jistaqsi lill-istudent: “Kieku int, kif tispjega lil xi ħabib x’inhu l-isem t’Alla?” L-istudent jispjega kif kieku juża Salm 83:19 (Salm 83:18, New World Translation), u dak li jikkonduċi jfaħħru taʼ dan.
Għanja 134 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Mejju
12 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Uża s-suġġeriment f’paġna 8 u uri kif jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Ġunju flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet realistiċi oħrajn.
18 min: “Il-Jum taʼ Ġeħova Jinsab fil-Qrib.”b Fil-preparazzjoni għal din il-parti, ara x’jgħid il-ktieb Il-Profezija taʼ Danjel, paġna 59, paragrafu 28.
15 min: “Skeda tal-Familja—L-Istudju tal-Familja.”c Irranġa bil-quddiem biex wieħed jew tnejn jikkummentaw dwar kif jagħmlu skeda għall-istudju tal-familja u xi sforz hemm bżonn biex jagħmluh regolarment.
Għanja 152 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Mejju
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jagħmlu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Mejju. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Ġunju. Uri kif tiġi preżentata l-offerta billi tuża waħda jew tnejn mill-preżentazzjonijiet suġġeriti fl-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2005. Jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet prattiċi oħra.
20 min: “Skeda tal-Familja—L-Iskrittura tal-Jum.”d Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar kif il-membri tal-familja tagħhom jiksbu benefiċċji billi jikkunsidraw l-iskrittura tal-jum flimkien u liema skeda sabu li hija prattika biex jagħmlu dan.
15 min: Ħejji lil xi aħwa biex jirrakkontaw jew jirreċtaw esperjenzi sbieħ fis-servizz taʼ l-għalqa li kellhom matul Marzu, April, u Mejju. Irranġa bil-quddiem biex wieħed jew tnejn jikkummentaw dwar l-isforz li għamlu biex iżidu sehemhom fil-ministeru matul l-istaġun tat-Tifkira u liema barkiet gawdew b’riżultat taʼ dan.
Għanja 115 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Ikkultiva l-Interess Permezz taʼ Rotta bir-Rivisti.”e Meta tiddiskuti paragrafu 3, iġbed l-attenzjoni lejn il-ktieb Reasoning, paġni 227-32. Dan il-materjal jistaʼ jintuża biex jiġu preparati sensiela taʼ diskussjonijiet bi skrittura waħda dwar dak li se twettaq is-Saltna t’Alla. Inkludi turija dwar kif pubblikatur jistaʼ jkollu diskussjoni bi skrittura waħda meta jżur persuna fuq rotta bir-rivisti. Il-pubblikatur għandu jiddiskuti u jispjega fil-qosor l-applikar taʼ l-iskrittura biex jgħin lill-inkwilin jifhimha tajjeb u jara l-valur tagħha fil-ħajja tiegħu.
Għanja 107 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
e Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.