Avviżi
April u Mejju: Offri kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil dawk li juru interess, inkludi lil dawk li jkunu attendew it-Tifkira u/jew xi avvenimenti teokratiċi oħra imma li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv mal-kongregazzjoni, u ikkonċentra fuq li tħalli l-ktieb Qim lil Alla. Il-mira għandha tkun li jinbeda studju tal-Bibbja fid-dar, speċjalment jekk xi individwi diġà studjaw il-ktieb Għarfien u l-browxer X’Jirrikjedi. Ġunju: Offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jekk ikun hemm min jgħid li m’għandux tfal, offri l-ktieb Hena Fil-Familja jew il-ktieb Għarfien. Agħmel sforz biex tibda studji tal-Bibbja. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Ktieb għan-Nies Kollha, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu?
◼ B’seħħ minn April, il-badges tal-konvenzjoni distrettwali għall-2005 se jkunu inklużi awtomatikament mal-letteratura li tasal bil-baħar. Mhux se jkun hemm bżonn li dawn jiġu ordnati sakemm ma jkunx hemm grupp taʼ lingwa barranija msieħeb mal-kongregazzjoni tiegħek. Il-badges se jintbagħtu f’pakketti taʼ 25, skond in-numru taʼ pubblikaturi f’kull kongregazzjoni. Jekk il-kongregazzjoni jkollha bżonn iktar badges, dawn għandhom jiġu ordnati fuq il-Literature Request Form (S-14). Il-plastik fejn jinżammu l-badges għandu jiġi ordnat għal dawk kollha fil-kongregazzjoni li jixtiquh.
◼ Huwa neċessarju li l-uffiċċju tal-fergħa jkollu rekord aġġornat taʼ l-indirizzi u n-numri tat-telefon taʼ l-indokraturi li jippresiedu u s-segretarji kollha. Jekk f’xi żmien ikun hemm xi bidla, il-Kumitat tas-Servizz tal-Kongregazzjoni għandu jimla, jiffirma, u jibgħat il-formola Presiding Overseer/Secretary Change of Address (S-29) lill-uffiċċju tal-fergħa mill-ewwel.
◼ Is-segretarji tal-kongregazzjoni għandhom iżommu provvista adegwata tal-formoli Applikazzjoni għas-Servizz taʼ Pijunier Regulari (S-205-MT) u Applikazzjoni għas-Servizz taʼ Pijunier Awżiljarju (S-205b-MT). Dawn jistgħu jiġu ordnati fuq il-Literature Request Form (S-14). Minn taʼ l-inqas, żommu provvista għal sena. Irrivedu l-formoli kollha taʼ l-applikazzjoni għal pijunier regulari biex tkunu ċerti li huma kompluti.
◼ Il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha żżomm f’moħħha li dawn il-bidliet li ġejjin huma meħtiġin meta l-kongregazzjoni tattendi l-assemblea lokali: Meta jum taʼ assemblea speċjali jkun fl-iskeda, il-kongregazzjoni għandu jkollha l-laqgħat tas-soltu kollha matul dik il-ġimgħa, ħlief li lLaqgħa Pubblika u l-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa jiġu kanċellati. Meta l-kongregazzjoni tkun ippjanata li tattendi assemblea tas-circuit, din trid tikkanċella wkoll l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u l-Laqgħa tas-Servizz; l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni biss se jinżamm lokalment matul dik il-ġimgħa.