Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 t’April, 2005. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-7 taʼ Marzu sal-25 t’April, 2005. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, trid tagħmel riċerka int biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. X’inhu mfisser bil-kordjalità u s-sentiment? [ht pġ. 69 pari. 10-11]
2. Il-kordjalità kif tistaʼ tintwera fl-espressjonijiet tal-wiċċ? [ht pġ. 70 pari. 13-14]
3. Kif jintwerew il-kordjalità u s-sentiment fil-leħen taʼ kelliemi? [ht pġ. 70 pari. 16, 19]
4. Uri fil-qosor x’jagħmlu t-tixbihat għal taħdita. [ht pġ. 72 pari. 1-2]
5. It-tixbihat sempliċi għala huma daqshekk effettivi? [ht pġ. 73 pari. 7-9]
INKARIGU NRU. 1
6. Fejn ikun Ġesù meta jsibuh l-astroloġi, u min ipprovda l-istilla biex tiggwidahom? [gt kap. 7]
7. Ġużeppi, Marija, u Ġesù għala telqu minn Betlehem, u meta rritornaw lura għala ma marrux joqogħdu fil-Lhudija? [gt kap. 8]
8. Għala l-Kristjani kollha għandu jinteressahom li jkunu jafu jaqraw, u Ġesù kif ta eżempju f’dan ir-rigward? [w03 3/15 pġ. 10 par. 5; pġ. 12 par. 2]
9. L-eżempji taʼ Ġosija u Ġesù kif jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ jimxu ’l quddiem spiritwalment? [w03 4/1 pġ. 8 pari. 3-4; pġ. 10 par. 3]
10. Għala nistgħu npoġġu l-fiduċja tagħna f’Alla? (Prov. 3:5, 6) [w03 11/1 pġ. 4 pari. 6-7]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Anna għala talbet lil Ġeħova biex “jagħti s-saħħa lis-sultan tiegħu” ladarba ma kien hemm ebda sultan uman jaħkem fuq Iżrael? (1 Sam. 2:10)
12. X’nistgħu nitgħallmu mill-fatt li l-Iżraelin tħarbtu minkejja li l-arka tal-patt kienet f’nofshom? (1 Sam. 4:3, 4, 10)
13. Għala l-1 Kronaki 2:13-15 jirreferi għal David bħala s-sebaʼ iben taʼ Ġesse, filwaqt li l-1 Samwel 16:10, 11 jindika li kien it-tmien wieħed?
14. Liema “spirtu ħażin” ħabbat, jew werwer, lil Sawl? (1 Sam. 16:14)
15. Kienet it-tbassira li saret minn “Samwel” permezz tas-saħħara f’Għajn-dor eżatta? (1 Sam. 28:16-19)