LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/04 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 4 t’Ottubru
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 9/04 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Settembru

Għanja 43

12 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Jekk is-​suġġerimenti f’paġna 4 huma prattiċi għat-​territorju tal-​kongregazzjoni tagħkom, użahom biex turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru flimkien maʼ ħarġa reċenti taʼ Stenbaħ! Jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet oħra. Wara kull turija, enfasizza fil-​qosor aspett pożittiv mill-​preżentazzjoni.

15 min: “Żomm Għajnejk Sempliċi.”a Uża l-​mistoqsijiet provduti. Skond kemm jippermetti l-​ħin, enfasizza l-​iskritturi ċitati.

18 min: Xiehda taʼ l-​Għemil Tajjeb Tagħna. (1 Pt. 2:12) Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru, 2002, paġni 12-14, paragrafi 14-20. Stieden lill-​udjenza biex tikkummenta dwar kif in-​nies lokali ġew effettwati billi josservaw l-​għemil tajjeb tagħna.

Għanja 162 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Settembru

Għanja 88

10 min: Avviżi lokali. Irrivedi xi punti prinċipali mill-​ittra mingħand l-​uffiċċju taʼ Malta, li tidher fuq l-​ewwel paġna taʼ din il-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jaqra Numri 16:​1-​35 u mbagħad jara l-​vidjo Respect Jehovah’s Authority (Irrispetta l-​Awtorità taʼ Jehovah) bħala preparazzjoni għal-​Laqgħa tas-​Servizz fil-​ġimgħa li tibda l-​4 t’Ottubru.

15 min: Kif Morna s-​Sena l-​Oħra? Taħdita minn anzjan ibbażata fuq ir-​rapport tas-​servizz tal-​kongregazzjoni għas-​sena taʼ servizz 2004. Iffoka fuq aspetti pożittivi tar-​rapport, u faħħar lill-​kongregazzjoni għax-​xogħol eċċellenti li għamlet. Enfasizza x-​xogħol iebes tal-​pijunieri. Semmi xi punt jew tnejn li l-​kongregazzjoni tistaʼ taħdem fuqhom is-​sena li ġejja.

20 min: Nissaportu Waqt li Qed Nagħmlu l-​Ġid. (Gal. 6:10) Intervista tnejn jew tliet aħwa li huma pijunieri regulari jew li minn żmien għal żmien jaqdu bħala pijunieri awżiljarji. Liema ostakli ffaċċjaw fis-​servizz tagħhom lejn Jehovah u kif għelbuhom? X’għenhom jissaportu waqt li qed jagħmlu l-​ġid m’oħrajn? Kif ibbenefikaw huma u oħrajn mill-​isforzi li għamlu fil-​ministeru Kristjan? Jekk japplika, inkludi kummenti dwar x’sar lokalment biex jintlaħqu bl-​aħbar tajba dawk li jitkellmu b’lingwi oħra. Faħħar lil kulħadd għall-​‘għemil tagħhom li ġej mill-​fidi u t-​taħbit tagħhom bl-​imħabba u s-​sabar tagħhom.’—1 Tess. 1:​2, 3, NW.

Għanja 103 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Settembru

Għanja 221

15 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Fakkar lill-​pubblikaturi sabiex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Settembru. Ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’Ottubru u Stenbaħ! tat-​8 t’Ottubru.

10 min: Il-​Kelma taʼ Jehovah Hi Ħajja. Taħdita. Sabiex jgħinuna nibbenefikaw iktar bis-​sħiħ mill-​programm tal-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa li għandna fl-​iskeda għall-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, f’ċerti ħarġiet tat-​Torri taʼ l-​Għassa bdiet tidher serje t’artikli intitolata “Il-​Kelma taʼ Jehovah Hi Ħajja.” Billi tuża t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru, 2004, paġni 24-7, enfasizza l-​karatteristiċi prinċipali taʼ dawn l-​artikli. Wara ħarsa ġenerali, is-​sezzjoni “Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin” tipprovdi spjegazzjoni taʼ xi ftit mill-​versi Skritturali li huma diffiċli. Il-​kummenti taħt “Lezzjonijiet Għalina” jiġbdu l-​attenzjoni lejn il-​valur prattiku taʼ l-​informazzjoni fil-​qari. Ikkunsidra ftit eżempji speċifiċi biex turi kif din is-​serje se tgħinna niksbu fehma aħjar tal-​Kelma t’Alla. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel użu bis-​sħiħ minn dan il-​provvediment hekk kif il-​ġimgħa d-​dieħla nibdew naqraw il-​ktieb tad-​Dewteronomju.

20 min: “Agħmel Użu Tajjeb mill-​Bibbja.”b Uża l-​mistoqsijiet provduti. Ibbaża l-​kummenti tal-​ftuħ fuq il-​ktejjeb l-​Abbiltà paġna 26 par. 1. Inkludi żewġ turijiet qosra, waħda l-​ewwel żjara u waħda żjara lura, biex turi kif jistgħu jiġu applikati s-​suġġerimenti li ngħataw.

Għanja 38 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 4 t’Ottubru

Għanja 5

5 min: Avviżi lokali.

15 min: Bżonnijiet lokali.

25 min: “Għandna Nirrispettaw l-​Awtorità taʼ Jehovah.” Aqra Ġuda 11, illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal mhux iktar minn żewġ minuti. Imbagħad ibda mill-​ewwel b’diskussjoni maʼ l-​udjenza billi tuża l-​mistoqsijiet kollha li hemm fl-​artiklu. Enfasizza l-​punt li sabiex jibqaʼ jkollna l-​approvazzjoni taʼ Jehovah, għandna nevitaw l-​attitudni ribelluża taʼ Koraħ u nimitaw l-​eżempju taʼ wliedu, li ma ħallew xejn jiġi qabel il-​lealtà tagħhom lejn Jehovah.

Għanja 99 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja