LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/04 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 9 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 16 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 23 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 30 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Settembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 8/04 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Nota: Matul ix-​xahar t’Ottubru, waħda mil-​Laqgħat tas-​Servizz se tkun dedikata kollha kemm hi għar-​reviżjoni tal-​punti prinċipali tal-​programm tal-​konvenzjoni. Sabiex ilkoll kemm aħna nkunu preparati għal din id-​diskussjoni, tajjeb li nieħdu noti prattiċi fil-​konvenzjoni, inkluż lista taʼ punti speċifiċi li nixtiequ napplikaw personalment f’ħajjitna u fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Imbagħad nistgħu ninkuraġġixxu lil oħrajn billi nispjegaw kif inkunu applikajna s-​suġġerimenti.

Ġimgħa li Tibda 9 t’Awissu

Għanja 57

10 min: Avviżi lokali u avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Jekk is-​suġġerimenti f’paġna 8 huma prattiċi għat-​territorju tal-​kongregazzjoni tagħkom, użahom biex turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Awissu flimkien maʼ ħarġa reċenti taʼ Stenbaħ! Ara wkoll li jissemma l-​arranġament tad-​donazzjonijiet. Fakkar lil dawk fl-​udjenza biex il-​ġimgħa d-​dieħla jġibu magħhom kopja tal-​browxer X’Jirrikjedi.

15 min: “Is-​Sabar Iġib Barkiet.”a Inkludi kummenti qosra dwar It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru, 2000, paġni 22-3, paragrafi 15-​18.

20 min: Nużaw il-​Fuljetti biex Nibdew Studji tal-​Bibbja. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru 2001, paġni 3-4. Enfasizza li aħna lesti li naġġustaw iċ-​ċirkustanzi tagħna skond il-​bżonn taʼ kull student, bħalma jissemma f’paragrafu 5. Inkludi turija qasira, jew tnejn, ibbażati fuq il-​paragrafi 8-​10. Jekk ikun hemm preżentazzjoni li hi iktar effettiva lokalment, uri lilha minflok. Stieden lil uħud fl-​udjenza jirrakkontaw esperjenzi li kellhom meta użaw il-​fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-​Bibbja?

Għanja 74 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 16 t’Awissu

Għanja 189

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Onqox il-​Verità fit-​Tfal Tiegħek. Taħdita bbażata fuq il-​ktieb Hena Fil-​Familja, paġni 55-9. Iddiskuti l-​erbaʼ modi li bihom il-​ġenituri jistgħu jgħinu lil uliedhom biex jiżviluppaw relazzjoni persunali maʼ Jehovah, billi dan il-​materjal jiġi applikat b’mod prattiku.

20 min: “Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Progressivi​—It-​Tieni Parti.”b Inkludi turija taʼ ħames minuti. Pubblikatur jistaqsi lil anzjan dwar kif jistaʼ jgħin student tal-​Bibbja jagħmel progress. L-​anzjan isemmi li spiss nagħmlu l-​iżball li naħlu ħafna ħin matul l-​istudju niddiskutu dettalji u punti li m’humiex daqshekk importanti. L-​anzjan juża lezzjoni nru. 9 tal-​browxer X’Jirrikjedi, biex juri lill-​pubblikatur kif (1) jiffoka fuq il-​punti prinċipali fil-​materjal, (2) juża l-​iskritturi ċitati b’mod effettiv, u (3) jaddatta l-​lezzjoni għall-​bżonnijiet taʼ l-​istudent. Hu joħroġ il-​punt li preparazzjoni tajba hija meħtieġa kull darba li jsir l-​istudju.

Għanja 85 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 23 t’Awissu

Għanja 33

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Settembru u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Settembru. F’waħda mill-​preżentazzjonijiet, ħejji turija taʼ xiehda lil għalliem taʼ l-​iskola.

10 min: “Arranġament Ġdid għar-​Reviżjoni tal-​Programmi taʼ l-​Assembleat.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq l-​artiklu f’paġna 4. Semmi d-​dati tal-​programm taʼ l-​assemblea tas-​circuit u l-​assemblea speċjali li jmiss jekk dawn huma disponibbli. Dawk li jixtiequ jitgħammdu għandhom jinformaw lill-​indokratur li jippresiedi mill-​iktar fis possibbli.

25 min: “Uri l-​Ispirtu taʼ Pijunier.”c Intervista fil-​qosor lil pijunier jew tnejn. Għidilhom biex jikkummentaw dwar kif il-​ġenituri, l-​anzjani, jew oħrajn inkuraġġewhom biex jibdew fis-​servizz full-time.

Għanja 220 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 30 t’Awissu

Għanja 90

5 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi sabiex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Awissu.

10 min: Tfakkiriet għall-​Konvenzjoni Distrettwali. Is-​segretarju jirrivedi xi pariri diretti mill-​insert taʼ Lulju.

15 min: “L-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali​—Bieb Kbir Miftuħ għax-​Xogħol.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Inkludi kummenti mit-​2004 Yearbook, paġni 239-​40. Semmi l-​laqgħa għal dawk li huma interessati li jattendu l-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali li se ssir fl-​assemblea tas-​circuit. Inkuraġġixxi lil dawk li jikkwalifikaw biex jattendu għal din il-​laqgħa.

15 min: Ibbenefikajt Int? Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Irrivedi s-​suġġerimenti li dehru fil-​Ministeru tas-​Saltna matul is-​sena taʼ servizz li għaddiet: Ikteb l-​introduzzjoni tiegħek fuq karta biex tirreferi għaliha iktar tard. (km 10/03 pġ. 8) Faħħar personalment, b’mod speċifiku, u sinċier. (km 11/03 pġ. 1) Agħti xiehda f’ħin li x’aktarx in-​nies l-​iktar li jkunu d-​dar. (km 12/03 pġ. 1) Warrab ħin speċifiku għall-​qari tal-​Bibbja, għall-​preparazzjoni tal-​laqgħat, u għall-​ministeru taʼ l-​għalqa. (km 1/04 pġ. 4) Agħmel mira li taqra l-​Bibbja kollha. (km 4/04 pġ. 1) Nippridkaw fit-​territorju tan-​negozju. (km 7/04 pġ. 4) Uża l-​fuljetti biex tibda studji tal-​Bibbja. (km 8/04 pġ. 2) Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar il-​benefiċċji li rċivew meta applikaw dawn is-​suġġerimenti.

Għanja 145 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Settembru

Din il-​ġimgħa l-​kongregazzjonijiet se jattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja