Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Fakkar lil kulħadd biex iġib il-browxer il-ġdid “See the Good Land” (“Ara l-Art Tajba”) għal-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa d-dieħla. Uża s-suġġeriment f’paġna 4, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Marzu flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ!
15 min: Nużaw il-Fuljetti biex Nibdew Konversazzjoni. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Ħafna drabi l-iktar ħaġa diffiċli meta tagħti xiehda tkun li tibda l-konversazzjoni. Il-fuljetti jistgħu jintużaw biex jiftħu t-triq għal għoti taʼ xiehda minn dar għal dar, f’territorju taʼ negozju, u f’postijiet pubbliċi. Irrivedi fil-qosor żewġ jew tliet fuljetti li jistgħu jolqtu lin-nies fit-territorju lokali. X’kummenti jistgħu jintużaw fil-ftuħ meta jiġu preżentati dawn il-fuljetti? Kif jistgħu jintużaw l-istampi? X’mistoqsijiet jistgħu jitpoġġew bit-tattika? Iġbed l-attenzjoni lejn paragrafu f’kull fuljett li jistaʼ jiġi kunsidrat f’każ li l-inkwilin juri interess. Ħejji turija taʼ kif tistaʼ tinbeda diskussjoni billi jintuża fuljett. Ara li l-pubblikatur jikkunsidra fil-qosor paragrafu wieħed mill-fuljett u mbagħad jikkonkludi billi joffri l-ktieb Għarfien.
20 min: “Ħobbu l-Mulej, Ħbieb Tiegħu Kollha.”a Meta tiddiskuti paragrafu 3, ħu kummenti mill-udjenza dwar kif huma stiednu lin-nies għat-Tifkira.
Għanja 131 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-punti prinċipali taʼ “Tfakkiriet għat-Tifkira.” Jekk l-istudju tat-Torri taʼ lGħassa normalment jinżamm nhar taʼ Ħadd, avża meta se jinżamm għall-ġimgħa tat-Tifkira.
15 min: Aġġornament dwar l-Attività Speċjali fi Żmien it-Tifkira. Diskussjoni maʼ l-udjenza li trid issir mill-indokratur tas-servizz. Semmi l-arranġamenti speċjali li saru. Irrakkonta ftit esperjenzi li tgawdew. Inkuraġġixxi lil dawk li jistgħu biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’April u Mejju. Irrivedi fil-qosor ftit punti mill-insert fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar.
20 min: Ġenituri—Għallmu lil Uliedkom minn Ċkunithom. Anzjan jiddiskuti prinċipji Skritturali li jenfasizzaw il-bżonn biex il-ġenituri jgħallmu lil uliedhom minn ċkunithom. (Prov. 22:6; 2 Tim. 3:14, 15) Xi ġenituri jħossu li edukazzjoni serja mill-Bibbja għat-tfal m’għandhiex tingħata sakemm it-tfal ikunu kbar biżżejjed biex jieħdu d-deċiżjonijiet għalihom infushom. F’każi bħal dawn, ħafna tfal intilfu u marru fid-dinja. It-tagħlim spiritwali għandu jibda miċ-ċokon. (w-MT98 4/15 32; g-MT04 1/8 8-11) Ikkummenta fuq l-informazzjoni fil-ktieb Hena fil-Familja, kapitlu 5, paragrafi 17-19. Imbagħad intervista missier li jieħu ħsieb l-ispiritwalità taʼ wliedu żgħar. Uri kif hu jieħu t-tmexxija imma li ż-żewġ ġenituri jagħtu s-sehem tagħhom biex jipprovdu programm konsistenti u bir-reqqa ħalli jgħallmu lil uliedhom żgħar. Il-koppja tirrakkonta x’kienu qed jagħmlu biex jgħallmu l-verità lil uliedhom, billi japplikaw is-suġġerimenti li tipprovdi l-organizzazzjoni dwar li jkollok programm prattiku u tajjeb biex tgħallem fil-familja. L-anzjan jenfasizza l-importanza li l-ġenituri japplikaw dak li l-Kelma t’Alla tħeġġiġhom jagħmlu.—Efes. 6:1-4.
Għanja 63 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Fakkar lil kulħadd biex isegwi l-qari tal-Bibbja għat-Tifkira kif ġie ppjanat mit-30 taʼ Marzu sa l-4 t’April u kif muri fil-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2004 u l-kalendarju tax-Xhieda taʼ Jehovah għall-2004.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Assalt minn Kavallerija li Jinvolvi Lilek.”b Aqra u iddiskuti l-iskritturi ċitati skond ma jippermetti l-ħin.
Għanja 181 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapporti tas-servizz taʼ l-għalqa għal Marzu. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal April. Uża s-suġġerimenti f’paġna 4, u ħejji turijiet taʼ kif jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’April u Stenbaħ! tat-8 t’April.
15 min: Uża Tajjeb it-2004 Yearbook. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Semmi l-punti prinċipali minn “Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna,” ċifri li jispikkaw mir-rapport taʼ madwar id-dinja, u xi ftit esperjenzi li jsaħħu l-fidi. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jaqra l-ktieb kollu matul is-sena.
20 min: Il-Verità Tgħaqqad il-Familji. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Uħud interessati kultant iżommu lura milli jaqdu lil Jehovah minħabba l-oppożizzjoni minn membri tal-familja. Ara li jiġu rakkontati xi ftit mill-esperjenzi li ġejjin: It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Jannar, 2002, paġni 14-15; It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Diċembru, 2000, paġna 8; It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Settembru, 1999, paġna 32; It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Jannar, 1999, paġna 4; u l-Awake! tat-22 taʼ Frar, 1998, paġna 31. Enfasizza li l-ħajja tal-familja ħafna drabi titjieb meta saħansitra membru wieħed tal-familja japplika l-prinċipji Bibliċi.
Għanja 130 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 5 t’April
10 min: Avviżi lokali.
20 min: L-Indafa Fiżika Tirrikkmandana. Taħdita bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Ġunju, 2002, paġni 19-21. Inkludi turija fejn anzjan juri lil pijunier kif bit-tattika jistaʼ jgħin lil student tal-Bibbja biex jara l-importanza taʼ li jżomm id-dar u l-bitħa tiegħu ndaf, billi juża lezzjoni 9, paragrafu 5, fil-browxer X’Jirrikjedi.
15 min: Irrakkonta esperjenzi li tgawdew f’konnessjoni maʼ l-osservanza tat-Tifkira u l-attività miżjuda fis-servizz matul Marzu.
Għanja 25 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.