Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġeriment f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Diċembru flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! għat-territorju tiegħek. Minkejja li ssir preżentazzjoni fuq It-Torri taʼ l-Għassa biss, iż-żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien.
20 min: “L-Għaqda Kristjana Vera—Kif?”a Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 5, stieden lill-udjenza biex tagħti l-esperjenzi persunali tagħha dwar il-konvenzjonijiet internazzjonali, il-proġetti teokratiċi taʼ bini, jew ix-xogħol għall-għajnuna f’każ taʼ diżastri, li jenfasizzaw l-għaqda Kristjana tagħna.
15 min: “L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2004.” Taħdita mill-indokratur taʼ l-iskola. Inkludi kummenti mill-insert tal-Ministeru tas-Saltna t’Ottubru 2003.
Għanja 108 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jara l-vidjo Transfusion-Alternative Health Care—Meeting Patient Needs and Rights (Kura tas-Saħħa Alternattiva għat-Trasfużjoni—Jiġu Rispettati l-Ħtiġijiet u d-Drittijiet tal-Pazjent) bħala preparazzjoni għad-diskussjoni fil-Laqgħa tas-Servizz għall-ġimgħa tad-29 taʼ Diċembru. Iddiskuti l-kaxxa “Jekk Jogħġbok Erġaʼ Żurhom mill-Ewwel.” Enfasizza l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-25 taʼ Diċembru u għall-1 taʼ Jannar.
15 min: Studju Persunali—Att taʼ Qima. Taħdita bbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru, 2000, paġni 14-15, paragrafi 6-10.
20 min: “Ngħinu lil Dawk b’‘Attitudni Xierqa.’”b Uża l-mistoqsijiet provduti. Irrivedi l-lista taʼ suġġerimenti biex tagħmel iż-żjajjar lura li ssib fil-kaxxa f’paġna 3 tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Marzu 1997.
Għanja 42 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Diċembru
12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u uri kif tippreżenta t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Jannar u Stenbaħ! tat-8 taʼ Jannar. Fakkar lil kulħadd dwar il-Laqgħa tas-Servizz speċjali li se ssir il-ġimgħa d-dieħla, fejn se nkunu qegħdin nirrivedu l-vidjo Patient Needs and Rights u se jiġi diskuss u mqassam id-dokument Advance Medical Directive/Release (Direttiva/Eżenzjoni Medika bil-Quddiem).
15 min: Bżonnijiet lokali.
18 min: “Infittxu lil Min Jixraqlu.”c Agħmel applikazzjoni lokali tal-materjal. Meta għandu mnejn li l-inkwilini jkunu iktar id-dar? X’riżultati nkisbu billi sar xogħol tard wara nofs inhar jew kmieni fil-għaxija? X’metodi jistgħu jintużaw biex isir kuntatt maʼ nies li bil-kemm ikunu d-dar?
Għanja 209 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Diċembru
5 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi kollha biex jitfgħu rrapporti tas-servizz taʼ l-għalqa għal Diċembru. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Jannar.
17 min: “Vidjo li Jenfasizza Żvilupp Mediku Importanti.” Għandha tingħata minn anzjan kwalifikat. Aqra Atti 15:28, 29 u enfasizza fil-qosor li r-raġuni prinċipali għala l-Kristjani ma jiħdux trasfużjonijiet tad-demm hi biex jonoraw il-liġi t’Alla dwar il-qdusija tad-demm. Imbagħad ibda mill-ewwel b’diskussjoni dwar il-vidjo Patient Needs and Rights, billi tuża l-mistoqsijiet li hemm provduti fl-artiklu. Ikkonkludi billi taqra l-aħħar paragrafu.
23 min: Niffaċċjaw Sfidi Mediċi b’Mod Fiduċjuż. Taħdita minn anzjan kwalifikat li juża l-outline provdut mill-uffiċċju lokali. Irrivedi l-punti prinċipali mill-kaxxa “Provvedimenti biex Jgħinuna Nitbiegħdu mid-Demm.”
Għanja 182 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Jannar
Nota: Il-kongregazzjonijiet m’għandhomx iċaqalqu l-Laqgħa tas-Servizz tagħhom għal xi ġurnata li tiġi qabel matul il-ġimgħa li tibda 5 taʼ Jannar sakemm ma jkunx qed iżurhom l-indokratur tas-circuit. Il-kongregazzjonijiet kollha jridu jikkunsidraw l-insert tal-konvenzjoni fil-Laqgħa tas-Servizz bħalma ġie pjanat fl-iskeda.
5 min: Avvizi lokali.
15 min: “L-Uħud Iżgħar Għandhom Bżonn Eżempju Tajjeb.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Intervista lil żagħżugħ jew tnejn li huma taʼ eżempju tajjeb. Għidilhom jispjegaw x’miri spiritwali għamlu għalihom infushom u kif l-isforzi tagħhom ġabulhom iktar barkiet.
10 min: “Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah għas-sena 2004 ‘Imxi m’Alla.’” Għandha tingħata mis-segretarju tal-kongregazzjoni. Il-konvenzjoni għas-sena 2004 f’Malta se ssir mill-10-12 taʼ Settembru, 2004 fil-lukanda New Dolmen, Qawra. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex mill-iktar fis possibbli jagħmel l-arranġamenti tiegħu għall-konvenzjoni.
15 min: “Ipprepara lill-Istudenti tal-Bibbja għall-Ministeru.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Maʼ paragrafi 4 u 5, agħmel turija qasira li turi kif għandek tgħin lil student biex jipprepara ħalli jagħti xiehda fuq il-bibien. L-istudent jibda bi preżentazzjoni sempliċi billi juża Salm 37:11. L-għalliem iwaqqfu, u jgħid: “Jien għandi r-reliġjon tiegħi.” L-istudent ma jkunx ċert x’għandu jgħid. It-tnejn li huma jaraw il-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu, paġni 10-11, jirrivedu xi suġġerimenti, u jagħżlu waħda li l-istudent iħossu komdu biha. L-istudent ikompli bil-preżentazzjoni, jagħti tweġiba tajba, u jħossu inkuraġġit bir-riżultati.
Għanja 7 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.