LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/03 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 13 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 20 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 27 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Novembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 10/03 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 13 t’Ottubru

Għanja 215

10 min: Avviżi lokali u avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Fil-​laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla se ssir diskussjoni maʼ l-​udjenza dwar il-​programm tal-​Konvenzjoni “Agħtu Glorja lil Alla.” Ħeġġeġ lil kulħadd biex juża l-​mistoqsijiet li hemm f’paġna 1 waqt li jirrevedi n-​noti tiegħu bi preparazzjoni għal din id-​diskussjoni. Uża s-​suġġeriment f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Ottubru u ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Minkejja li ssir preżentazzjoni fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa biss, iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien. Fit-​turija għandha tintwera żjara lura fuq rotta bir-​rivisti. Ħalli bażi għaż-​żjara li jmiss billi tiġbed l-​attenzjoni lejn il-​kaxxa “Fil-​Ħarġa li Jmiss.”—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna t’Ottubru 1998, pġ. 8, pari. 7-8.

20 min: “Aqdi lil Jehovah bil-​Ferħ.”a (Kulħadd għandu jkollu miegħu għal din id-​diskussjoni l-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2002.) Wara li tiddiskuti paragrafu 4, semmi li għal Novembru se nkunu qed noffru l-​browxer X’Jirrikjedi u l-​ktieb Għarfien. Irrivedi fil-​qosor waħda mill-​preżentazzjonijiet suġġeriti fl-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2002. Imbagħad agħmel turija taʼ xi ħadd jipprattika dik il-​preżentazzjoni. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jipprepara sew għall-​ministeru.

15 min: Meta Nikkonduċu Studji tal-​Bibbja Niġu Mberkin. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Irrakkonta xi ftit esperjenzi mill-​pubblikazzjonijiet tagħna li jinvolvu studji tal-​Bibbja li għamlu progress. (w-MT00 3/1 pġ. 6; yb98 pġi. 55-​60) Stieden lill-​udjenza biex tikkummenta dwar x’nitgħallmu mill-​esperjenzi u kif nistgħu nibbenefikaw meta nikkonduċu studji tal-​Bibbja.

Għanja 172 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 20 t’Ottubru

Għanja 86

5 min: Avviżi lokali.

40 min: “Il-​Konvenzjonijiet Distrettwali u Internazzjonali Jħeġġuna biex Nagħtu Glorja lil Alla!” Għandha tingħata minn anzjan. Wara introduzzjoni taʼ minuta jew inqas, iddiskuti maʼ l-​udjenza l-​programm tal-​konvenzjoni billi tuża l-​mistoqsijiet fl-​artiklu. Qassam il-​ħin sabiex tuża l-​mistoqsijiet kollha, forsi billi tieħu tweġiba waħda biss għal ċerti mistoqsijiet. Mhux l-​iskritturi mniżżlin kollha jistgħu jinqraw fil-​ħin assenjat; dawn qegħdin biex jgħinuna nsibu t-​tweġibiet. Il-​kummenti għandhom jiffokaw fuq il-​benefiċċji li jiġu meta napplikaw dak li tgħallimna.

Għanja 112 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 27 t’Ottubru

Għanja 64

12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Ottubru. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jirrivedi n-​noti tal-​programm tal-​jum t’assemblea speċjali għas-​sena taʼ servizz li għaddiet bi tħejjija għal-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla. Billi tuża s-​suġġerimenti f’paġna 8, ħejji żewġ turijiet separati taʼ kif jiġi preżentat It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Novembru. F’kull turija, iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien avolja tiġi preżentata waħda biss. F’waħda mit-​turijiet, uri kif tistaʼ twieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid “M’iniex interessat.”—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, pġi. 8, 9.

20 min: Uża x-​Xabla taʼ l-​Ispirtu. (Efes. 6:17) Diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq il-​ktieb Ministry School, paġni 143-4. Stieden lill-​udjenza tikkummenta fuq dawn il-​mistoqsijiet: (1) Għala nużaw il-​Bibbja meta nwieġbu l-​mistoqsijiet? (2) X’jindika dwarna l-​isem Xhieda taʼ Jehovah? (3) Ġesù liema eżempju ħallielna, u kif nistgħu nimitawh? (4) Fit-​territorju lokali, liema huma xi modi effettivi kif nintroduċu ħsibijiet Bibliċi? (5) Għala huwa tajjeb li naqraw direttament mill-​Bibbja kulmeta jkun possibbli? (6) Kif jistgħu l-​anzjani jħeġġu lil oħrajn biex jużaw il-​Bibbja sew? Ħejji turija preparata sew ibbażata fuq l-​eżerċizzju f’paġna 144 li fiha pubblikatur kapaċi juża minn taʼ l-​inqas skrittura waħda biex iwieġeb mistoqsija. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmilha mira li juża l-​Bibbja kulmeta jagħti xiehda.

13 min: Esperjenzi lokali. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex issemmu xi esperjenzi li gawdew meta attendew il-​konvenzjoni distrettwali jew meta taw xiehda informali fuq ix-​xogħol, fl-​iskola, jew xi mkien ieħor.

Għanja 52 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Novembru

Għanja 147

5 min: Avviżi lokali.

15 min: Bżonnijiet lokali.

25 min: Stagħnew b’Opri Tajba. (1 Tim. 6:18) Waqt li juża l-​mistoqsijiet provduti hawnhekk, anzjan jikkonduċi diskussjoni maʼ l-​udjenza tal-​programm tal-​jum t’assemblea speċjali li sar fis-​sena taʼ servizz li għaddiet. Stieden lill-​membri tal-​kongregazzjoni biex isemmu kif irnexxielhom japplikaw dak li tgħallmu. (Xi wħud jistgħu jiġu inkarigati minn qabel b’xi porzjonijiet.) Enfasizza dawn il-​partijiet li ġejjin tal-​programm: (1) “Opri Tajba Jġibu Qligħ Kbir.” (Koħ. 2:11) Għala l-​qaddejja t’Alla jfittxu li jagħmlu l-​opri tajba deskritti fil-​Kelma t’Alla minflok ma jiġru wara l-​opri fiergħa taʼ din id-​dinja? (2) “Kun Għani minn Kif Jarak Alla.” (Mt. 6:20) Xi wħud kif ‘ġemmgħu teżori fis-​sema,’ u b’liema benefiċċji? (3) “Stagħna fil-​Ministeru Tiegħek bi Studju tal-​Bibbja.” (om pġ. 91) X’jistaʼ jgħinna nibdew u nikkonduċu studju tal-​Bibbja? (4) “Opri Tajba f’Dan iż-​Żmien taʼ Ħsad.” (Mt. 13:​37-39) Liema eżempju taʼ opri mill-​aqwa ħallew il-​Kristjani tal-​bidu, u x-​xogħol tas-​Saltna kif kiber fi żmienna? (5) “Ħalli l-​Opri Tajba Tiegħek Jigglorifikaw lil Jehovah.” (Mt. 5:​14-16) Xi wħud kif ħallewh ‘jiddi d-​dawl tagħhom’? (6) “Prosit liż-​Żgħażagħ għall-​Opri Tajba Waqt li Jfaħħru lil Jehovah.” (Salm 148:​12, 13) Iż-​żgħażagħ Kristjani fis-​circuit tagħna kif qed jagħtu tifħir lil Jehovah? (7) “Kompli f’Opri Tajba u Aħsad il-​Barkiet taʼ Jehovah.” (Prov. 10:22) Hekk kif nibqgħu beżlin f’opri mill-​aqwa, liema barkiet nistgħu naħsdu bħala individwi, bħala familja, bħala kongregazzjoni, u bħala organizzazzjoni madwar id-​dinja?

Għanja 180 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja