Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Diċembru
8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Diċembru.
12 min: “Xandar il-Messaġġ tas-Saltna.”a Meta tiddiskuti paragrafu 3, inkludi xi suġġerimenti dwar kif taqra direttament mill-Bibbja meta taqsam l-aħbar tajba.—km-MT 12/01 pġ. 1 par. 3.
13 min: “Modi Kif Intejbu l-Ippridkar Tagħna tas-Saltna.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi li juru kif is-suġġerimenti offruti fil-Ministeru tas-Saltna ntużaw b’riżultati tajbin .
12 min: Agħmel il-Frott f’Kull Xogħol Tajjeb. Taħdita, b’parteċipazzjoni mill-udjenza. Għandha tingħata minn anzjan. Irrivedi l-istorja u l-progress tal-kongregazzjoni lokali, inkluż l-isforzi li wasslu biex tifforma l-kongregazzjoni. Irranġa bil-quddiem għal xi wħud li kienu preżenti f’dan iż-żmien biex jirrakkontaw esperjenzi inkuraġġanti. Ikkunsidra l-prospetti għal iktar żjieda, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jappoġġa l-attivitajiet tal-kongregazzjoni biż-żelu.
Għanja 119 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Semmi l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-25 taʼ Diċembru u l-1 taʼ Jannar.
15 min: Dawk li Għandhom l-Għaqal Se Jifhmu. (Dan. 12:3, 10) Turija. Persuna interessata tistaqsi: “Kif nistaʼ nkun naf jekk intomx qed tifhmu t-tagħlim tal-Bibbja sewwa?” Il-pubblikatur jispjega kif tuża l-metodu topiku, jew skond is-suġġett, meta tagħmel riċerka mill-Bibbja. (w-MT96 6/1 pġi. 15-17) Billi juża eżempju jew tnejn mill-ktieb Reasoning, paġni 112-17, hu juri kif nistgħu nifhmu l-iskop t’Alla għall-art billi neżaminaw l-iskritturi bir-reqqa. Il-pubblikatur jispjega kif l-istess metodu jistaʼ jintuża biex nifhmu sew tagħlim Bibliku ieħor u joffrilu studju tal-Bibbja.
20 min: “Żomm f’Moħħok lil Uħud Leali Mdaħħlin fiż-Żmien.”b Inkludi kummenti mill-Watchtower taʼ l-1 t’Awissu 1994, paġna 29. Semmi l-arranġament li sar apposta sabiex dawk neqsin mis-saħħa jkunu jistgħu jirrapportaw il-ħin fis-servizz taʼ l-għalqa sa l-inqas kwarta li jagħmlu. Irranġa maʼ xi wħud biex jirrakkontaw xi esperjenzi li juru kif assoċjazzjoni maʼ wħud bħal dawn iġġib benefiċċji miż-żewġ naħat.
Għanja 154 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Jannar u Stenbaħ! tat-8 taʼ Jannar. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge (Mingħajr Demm—Il-Mediċina Tilqaʼ l-Isfida) bħala preparazzjoni għad-diskussjoni fil-Laqgħa tas-Servizz għall-ġimgħa li tibda 6 taʼ Jannar.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Qiegħed Tagħti Sehmek biex Joħroġ Rapport Eżatt?”c Meta tiddiskuti paragrafu 2, inkludi kummenti mill-ktieb Our Ministry, paġni 106-8.
Għanja 165 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Diċembru
Nota: Il-kongregazzjonijiet m’għandhomx iċaqalqu l-Laqgħa tas-Servizz tagħhom għal xi ġurnata li tiġi qabel matul il-ġimgħa li tibda 30 taʼ Diċembru sakemm ma jkunx qed iżurhom l-indokratur tas-circuit. Il-kongregazzjonijiet kollha jridu jikkunsidraw l-insert tal-konvenzjoni bħalma ġie pjanat fuq l-iskeda.
5 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Diċembru. Jekk il-kongregazzjoni tiegħek se tbiddel il-ħinijiet tal-laqgħat għas-sena l-ġdida, jekk jogħġbok ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi regolarment fil-ħinijiet il-ġodda. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Jannar, u enfasizza l-kotba maħżuna li għandha l-kongregazzjoni.
15 min: “Żid it-Teżor Tiegħek tas-Servizz tas-Saltna.” L-indokratur tas-servizz u anzjan ieħor jiddiskutu l-punti prinċipali taʼ l-artiklu. Faħħar lill-kongregazzjoni għal dak li diġà qed isir u agħti xi suġġerimenti għal titjib. Enfasizza l-mira li nżidu s-sehem persunali tagħna fil-ministeru.
15 min: Irrivedi l-ktieb Qim lil Alla. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Spjega l-arranġament għall-ktieb il-ġdid biex jiġi użat bħala t-tieni ktieb għall-istudju. (km-MT 6/00 pġ. 4 pari. 5-6) Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar xi aspetti li apprezzaw mill-pubblikazzjoni. Enfasizza li ċerti partijiet mill-ktieb jagħmlu użu mill-mistoqsijiet u l-iskritturi biex jgħinu lill-istudent jaħseb fil-fond fuq il-Kelma t’Alla. Uri l-eżempju li hemm f’paġni 47-49, paragrafu 13.
10 min: “Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah għas-sena 2003 ‘Agħtu Glorja lil Alla.’”d Għandha tingħata mis-segretarju tal-kongregazzjoni. Semmi li s-segretarju jservi bħala l-koordinatur tal-konvenzjoni għall-kongregazzjoni. Faħħar mill-qalb lil dawk kollha fl-udjenza talli jagħmlu l-arranġamenti għall-konvenzjoni kmieni kemm jistaʼ jkun.
Għanja 147 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Jannar
5 min: Avviżi lokali.
23 min: Għajnuna biex Nobdu l-Liġi t’Alla dwar id-Demm. Taħdita minn anzjan kwalifikat, ibbażata fuq l-outline provdut mill-uffiċċju tal-fergħa. Is-segretarju għandu jkollu kwantità biżżejjed minn dawn li ġejjin biex iqassamhom: id-dokument Advance Medical Directive/Release (Direttiva/Eżenzjoni Medika bil-Quddiem), Identity Card (Karta taʼ Identità), id-dokument Direttiva bil-Quddiem għall-Kura tas-Saħħa, u l-Gwida għad-Direttiva bil-Quddiem. Dawn id-dokumenti se jkunu disponibbli għall-pubblikaturi mgħammdin wara l-laqgħa taʼ llejla, imma M’GĦANDHOMX jimtlew illejla. L-iffirmar minnek u mix-xhieda, u d-data fuq dawn id-dokumenti jistgħu jsiru fil-laqgħa li jkun imiss taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni, bl-għajnuna fejn ikun hemm bżonn taʼ l-indokratur taʼ l-istudju tal-ktieb. Dawk li jiffirmaw bħala xhieda jridu attwalment jaraw lill-individwu jiffirma d-dokument tiegħu. Il-Gwida għad-Direttiva bil-Quddiem għandha tiġi kunsidrata bir-reqqa qabel ma jimtela d-dokument tad-Direttiva bil-Quddiem għall-Kura tas-Saħħa. Il-pubblikaturi li m’humiex mgħammdin jistgħu jiktbu d-dokumenti tagħhom stess għalihom infushom u għal uliedhom, billi jaddattaw il-kliem minn dawn id-dokumenti għaċ-ċirkustanzi u l-konvinzjonijiet tagħhom stess.
17 min: “No Blood-Medicine Meets the Challenge—Vidjo li Trid Tarah.” Għandha tingħata minn anzjan kwalifikat. Ibda mill-ewwel b’diskussjoni maʼ l-udjenza tal-vidjo No Blood, billi tuża l-mistoqsijiet provduti fil-kaxxa f’paġna 7. Wara, aqra l-aħħar paragrafu fil-kaxxa.
Għanja 79 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.