LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/02 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 8/02 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu? Settembru: Magħqudin Fil-​Qima Taʼ L-​Uniku Alla Veru. Ottubru: Ir-​rivisti t-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-​interess, offri l-​browxer X’Jirrikjedi, billi tagħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-​Bibbja. Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk in-​nies diġà għandhom minnhom, tistaʼ tiġi offruta xi pubblikazzjoni li ħarġet qabel. Tistgħu tiċċekkjaw maʼ kongregazzjonijiet fil-​qrib jekk għandhomx pubblikazzjonijiet li ħarġu qabel żejda u disponibbli jekk m’għandkomx maħżunin.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw it-​2003 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum—2003, u t-​2003 Yearbook of Jehovah’s Witnesses maʼ l-​ordni tagħhom tal-​letteratura li jmiss. Dawn il-​pubblikazzjonijiet kollha se jkunu disponibbli bl-​Albaniż, biċ-​Ċek, biċ-​Ċiniż, bil-​Finlandiż, bil-​Franċiż, bil-​Ġappuniż, bil-​Ġermaniż, bil-​Grieg, bl-​Għarbi, bl-​Ingliż, bl-​Ispanjol, bl-​Isvediż, bil-​Korean, bil-​Kroat, bin-​Norveġiż, bil-​Pollakk, bil-​Portugiż, bir-​Rumen, bir-​Russu, bis-​Serbjan (Ċirilliku), bis-​Slovakk, bit-​Taljan, u bl-​Ungeriż. Ukoll, it-​2003 Calendar of Jehovah’s Witnesses jistaʼ jiġi ordnat bl-​Afrikaans, bl-​Armen, bl-​Armen tal-​Lvant, bil-​Bulgaru, bid-​Daniż, bl-​Ebrajk, bil-​Ħindi, bl-​Olandiż, bit-​Tajlandiż, bit-​Tork, u bl-​Ukrain. Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum—2003 jistaʼ wkoll jiġi ordnat bl-​Amariku, bl-​Armen, bl-​Armen tal-​Lvant, bil-​Bengali, bil-​Bulgaru, bis-​Cebuano, biċ-​Ċiniż (Simplifikat), bid-​Daniż, bl-​Ebrajk, bl-​Ewen, bil-​Gujarati, bil-​Ħindi, bl-​Ilokan, bl-​Indoneżjan, bil-​Kambodjan, bil-​Maċedoni, bil-​Malaja, bil-​Malti, bl-​Olandiż, bil-​Papiamento (Curaçao), bil-​Persjan, bil-​Piġin tal-​Gżejjer Solomon, bil-​Punġabi (Gurmukhi), bis-​Samoan, bis-​Swaħili, bit-​Tagalog, bit-​Tajlandiż, bit-​Tigrinya, bit-​Tork, bit-​Twi, bl-​Ukrain, bl-​Urdu, u bil-​Vjetnamiż. It-​2003 Yearbook of Jehovah’s Witnesses jistaʼ wkoll jiġi ordnat bis-​Cebuano, bl-​Ilokan, bl-​Indoneżjan, bl-​Olandiż, u bit-​Tagalog.

◼ L-​indokratur li jippresiedi għandu jara li l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni jiġu awditjati fl-​1 taʼ Settembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-​data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-​kongregazzjoni wara li jkun inqara r-​rapport tal-​kontijiet li jmiss.

◼ L-​inventarju annwali tal-​letteratura u r-​rivisti kollha disponibbli għandu jsir fil-​31 t’Awissu, 2002 jew kemm jistaʼ jkun qrib dik id-​data. Dan l-​inventarju huwa simili għal dak li jagħmel il-​koordinatur tal-​letteratura meta kull xahar jgħodd kollox, u t-​totali jridu jitniżżlu fil-​formola tal-​Literature Inventory (S-18). L-​ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-​aħwa inkarigati mir-​rivisti f’kull kongregazzjoni fil-​grupp tal-​letteratura. Il-​kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-​koordinazzjoni se tirċievi tliet formoli tal-​Literature Inventory (S-18). Jekk jogħġobkom ibagħtu l-​oriġinali bil-​posta lill-​uffiċċju tas-​Soċjetà f’Malta mhux iktar tard mis-​6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-​files tagħkom. It-​tielet kopja tistaʼ tintuża bħala karta biex taħdmu fuqha. Is-​segretarju tal-​kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-​koordinazzjoni għandu jiċċekkja l-​inventarju. Hu u l-​indokratur li jippresiedi tal-​kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-​koordinazzjoni mbagħad jiffirmaw il-​formola.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja