Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mis-6 taʼ Mejju sad-19 t’Awissu, 2002. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numru tal-paġna u tal-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. Ġeremija 18:1-6 jurina li Jehovah iġiegħel lin-nies jagħmlu affarijiet kontra r-rieda tagħhom. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 4/1 pġ. 22 pari. 3-4.]
2. Il-profeti foloz serqu l-forza u l-effett tal-kliem t’Alla billi inkuraġġew lill-poplu biex jismaʼ l-gideb minflok it-twissija vera minn Alla. (Ġer. 23:30) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT92 5/1 pġ. 4 par. 3.]
3. F’Ġeremija 25:15, 16, “din it-tazza nbid, nbid ibaqbaq” li ġġiegħel “lill-ġnus [kollha] . . . jitilfu moħħhom” tirreferi għall-effett taʼ stagħġib li tħalli r-reliġjon falza. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT94 3/1 pġ. 30 par. 13.]
4. Skond il-mod kif il-profezija taʼ Ġeremija ġiet applikata minn Mattew, “pajjiż l-għadu” jirreferi għal pajjiż il-mewt, minfejn il-vittmi ċkejknin li qatel Erodi l-Kbir se jirritornaw permezz taʼ l-irxoxt. (Ġer. 31:15, 16; Mt. 2:17, 18) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w79 6/15 pġ. 19 par. 13 (w-MT79 7/15 pġ. 3 par. 13).]
5. Ġeremija 37:21 jaċċertana li Jehovah jistaʼ jsostni lill-qaddejja leali tiegħu matul żminijiet ekonomiċi diffiċli. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT97 10/1 pġ. 3 par. 4–pġ. 4 par. 2.]
6. Il-ktieb tal-Lamentazzjonijiet jesprimi dwejjaq kbar minħabba l-qerda taʼ Ġerusalemm minn Nabukodonosor, is-sultan taʼ Babilonja, fis-sena 607 Q.E.K. [si pġ. 130 par. 1]
7. Lamentazzjonijiet 5:7 juri b’mod ċar li Jehovah jikkastiga direttament lit-tfal għad-dnubiet tal-ġenituri tagħhom. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w88 9/1 pġ. 27 kaxxa.]
8. Il-marka fuq il-ġbin li tissemma f’Eżekjel 9:4, tfisser li l-għarfien waħdu jistaʼ jsalva lil individwu. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 1/1 pġ. 6 par. 18.]
9. Id-‘doni lill-bnedmin’ imsemmijin f’Efesin 4:8 huma l-anzjani Kristjani maħturin bl-ispirtu qaddis, u dawn jingħataw l-awtorità biex jieħdu ħsieb l-interessi spiritwali taʼ sħabhom fit-twemmin. (Atti 20:28) [w-MT00 8/1 pġ. 6 par. 3]
10. Fl-applikar taż-żmien modern taʼ Eżekjel kapitlu 23, il-Protestantiżmu jistaʼ jitqabbel maʼ Oħoliba u l-Kattoliċiżmu Ruman, m’oħtha l-kbira Oħola. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 1/1 pġ. 11 par. 22.]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. Liema tliet profeti spikkaw matul is-snin kritiċi mis-617 sas-607 Q.E.K., li spiċċaw bil-qerda taʼ Ġerusalemm? [si pġ. 133 par. 2]
12. Kif jintwera l-apprezzament ġenwin għas-sagrifiċċju taʼ Kristu bħala prezz tal-fidwa, bħala tweġiba għall-istedina li tinsab f’Luqa 9:23? [w-MT00 3/15 pġ. 8 par. 1]
13. Jehovah b’liema mod ‘qarraq’ b’Ġeremija? (Ġer. 20:7) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w89 5/1 pġ. 31 par. 6.]
14. Ġesù x’ried ifisser meta qal li l-ispirtu qaddis “jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom”? (Ġw. 14:26) [w-MT00 4/1 pġ. 8 pari. 7-8]
15. Skond Ġeremija 35:18, 19 liema tama għandha l-klassi tar-Rekabin taʼ żmienna? [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara su pġ. 131 par. 7.]
16. In-Nefilim b’liema mod kienu “nies kbar” u “msemmija”? (Ġen. 6:4) [w-MT00 4/15 pġ. 28 par. 1]
17. Bàruk kif tilef il-bilanċ spiritwali tiegħu, u liema lezzjoni nistgħu nitgħallmu mill-esperjenza tiegħu? (Ġer. 45:1-5) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT97 9/1 pġ. 14 pari. 14-16.]
18. Meta u kif twettqet il-profezija taʼ Ġeremija 50:38? [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara dp-MT pġ. 150 pari. 2-3.]
19. Id-destin taʼ Ġerusalemm, “ix-xebba, bint Ġuda,” xi jbassar għall-Kristjaneżmu, skond Lamentazzjonijiet 1:15? [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w88 9/1 pġ. 27 kaxxa.]
20. Xi tfisser l-istqarrija “Neħħi t-turbant, aqlaʼ l-kuruna,” kif imniżżla f’Eżekjel 21:31 (21:26, NW)? [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 1/1 pġ. 10 par. 16.]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. Bniedem modest ma jaqbiżx ․․․․․․․․ taʼ ․․․․․․․․ tajba u jirrikonoxxi wkoll li hemm ․․․․․․․․ rigward dak li suppost jagħmel u dak li hu kapaċi jagħmel. (Mik. 6:8) [w-MT00 3/15 pġ. 21 pari. 1-2]
22. Għalkemm l-ispirtu qaddis għandu mnejn ma jneħħilniex ․․․․․․․․ jew ․․․․․․․․, jistaʼ jgħinna ․․․․․․․․. (1 Kor. 10:13; 2 Kor. 4:7) [w-MT00 4/1 pġ. 11 par. 6]
23. Il-profeta Danjel għaraf mill-kitbiet taʼ Ġeremija li l-ħerba taʼ Ġerusalemm kienet se ddum ․․․․․․․․; l-eżattezza taʼ l-għaġeb taʼ dan issaħħaħ il-fidi fil-qawwa taʼ Jehovah li ․․․․․․․․. (Ġer. 25:12; Dan. 9:2) [si pġ. 129 par. 37]
24. Il-ktieb tal-Lamentazzjonijiet għandu jqanqal ․․․․․․․․ u ․․․․․․․․ fl-aduraturi veri u jservi bħala twissija li ․․․․․․․․ għal dawk li jinjoraw lil Alla Jehovah. [si pġ. 132 par. 13]
25. L-eżempju t’Abraham li ċeda meta kien qed jittratta nuqqas taʼ qbil jinkuraġġina biex ma nħallux xi ․․․․․․․․ jew ․․․․․․․․ tħassrilna r-relazzjoni prezzjuża maʼ ħutna. (Ġen. 13:5-12) [w-MT00 8/15 pġ. 24 pari. 3-4]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Ġob kien japprezza ferm (l-għarfien; il-ħniena; il-ġudizzju) taʼ Jehovah, u għalhekk kien jittratta lill-ilsiera tiegħu (bid-dehen; bil-ħniena; b’mod ġust). (Ġob 31:13, 14) [w-MT00 3/15 pġ. 26 par. 1]
27. F’Ġeremija 16:2-4, il-profeta ġie kmandat jibqaʼ ma jiżżewwiġx (biex jirrifletti l-ispirtu tiegħu taʼ sagrifiċċju persunali; biex juri bil-quddiem il-ħajja li kellu jgħix il-Messija bħala mhux miżżewweġ; biex jikkonferma ċ-ċertezza tal-kelma taʼ Jehovah dwar il-qerda taʼ Ġerusalemm). [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w78 4/15 pġ. 31 par. 2 (w-MT78 5/15 pġ. 15 par.2).]
28. Fi Proverbji 4:7, l-għerf jirreferi għal li (tkun taf il-fatti; tara kif il-fatti għandhom x’jaqsmu maʼ xulxin; tuża l-għarfien u d-dehen). [w-MT00 5/15 pġ. 21 par. 1]
29. Ebda bniedem ma jistaʼ jkun ċert mija fil-mija dwar il-pronunzja oriġinali bl-Ebrajk taʼ l-isem divin għaliex l-Ebrajk tal-Bibbja nkiteb oriġinalment bil-(vokali biss; konsonanti biss). [rs pġ. 195 par. 1]
30. Il-karru t’Alla deskritt f’Eżekjel kapitlu 1 jirrappreżenta (is-Saltna Messjanika t’Alla; l-organizzazzjoni taʼ Jehovah t’anġli spirti; il-komunikazzjoni taʼ Jehovah mal-fdal). [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 1/1 pġ. 3 par. 5.]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
Prov. 5:21; Ġer. 46:28; Mt. 4:23; Rum. 10:11-13; 15:4
31. Alla Jehovah ipprovda l-Bibbja għall-bnedmin taʼ kull ġens u razza. [td-MT 4Ċ]
32. Mod partikulari li bih Jehovah jipprovdi l-faraġ hu permezz tal-Kelma miktuba tiegħu, li fiha nsibu tama meraviljuża għall-futur. [w-MT00 4/15 pġ. 5 par. 4]
33. Id-dixxiplina mill-ġenituri m’għandhiex taqbeż il-limiti raġunevoli jew tissupera l-iskop tagħha taʼ korrezzjoni u tagħlim. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara kl-MT pġ. 148 par. 20.]
34. Ix-xogħol taʼ fejqan spiritwali u fiżiku li wettaq Ġesù fuq in-nies kien esperjenza meraviljuża bil-quddiem tal-barkiet li se ġġib is-Saltna. [td-MT 8B]
35. Kull għemil taʼ nuqqas taʼ ndafa sesswali, isir kemm isir fis-sigriet, m’huwiex moħbi minn għajnejn Alla. [w-MT00 7/15 pġ. 31 par. 3]