LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/02 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 12 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 19 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 26 t’Awissu
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 8/02 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

NOTA: Il-​Ministeru tas-​Saltna mhux se jkun fih skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz għall-​ġimgħa li tibda mit-​2 taʼ Settembru peress li l-​kongregazzjonijiet kollha se jkunu qed jattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali. Matul ix-​xahar t’Ottubru, Laqgħa tas-​Servizz sħiħa se tkun pjanata għar-​reviżjoni tal-​punti prinċipali tal-​programm tal-​konvenzjoni. Bħala preparazzjoni għal dik id-​diskussjoni, ilkoll kemm aħna nistgħu nieħdu noti siewja meta nkunu l-​konvenzjoni, fosthom lista taʼ punti speċifiċi li nixtiequ napplikaw personalment f’ħajjitna stess u fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Imbagħad nistgħu nispjegaw kif applikajna dawk is-​suġġerimenti minn meta attendejna għall-​konvenzjoni ’l quddiem. Se jkun taʼ inkuraġġiment għal kull wieħed u waħda minna li nisimgħu kif ibbenefikajna mill-​istruzzjoni tajba li rċivejna.

Ġimgħa li Tibda 12 t’Awissu

Għanja 76

13 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Awissu. Uri mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid, “Għala tiġu daqshekk spiss?”—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġna 12.

20 min: “Agħmel Miri Spiritwali.”a Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 5, inkludi kummenti inkuraġġanti dwar ix-​xogħol taʼ pijunier regulari u s-​servizz missjunarju u f’Betel mill-​ktieb Our Ministry, paġni 114-16.

12 min: Esperjenzi lokali. Stieden lil dawk fil-​kongregazzjoni biex jaqsmu esperjenzi li kellhom meta użaw il-​fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-​Bibbja? Inbdew xi studji tal-​Bibbja? Jekk inhu hekk, spjega kif u ħejji turija taʼ kif waħda jew tnejn minnhom seħħew fir-​realtà. Irrivedi l-​kaxxa “Opportunitajiet biex Inqassmu l-​Fuljett” fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru 2001, paġna 4.

Għanja 123 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 19 t’Awissu

Għanja 182

12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Iddiskuti l-​“Programm Ġdid tal-​Jum t’Assemblea Speċjali.” Ħabbar id-​data għall-​jum t’assemblea speċjali li jmiss, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jasal kmieni u jkun attent matul il-​programm kollu. Ħeġġeġ lill-​pubblikaturi biex jistiednu lil uħud interessati ġodda u lill-​istudenti tal-​Bibbja.

15 min: Xi Jżommhom Lura? Diskussjoni maʼ l-​udjenza u turija. Fil-​ministeru tagħna spiss niltaqgħu maʼ nies li joqogħdu lura milli jiddiskutu t-​twemmin tagħhom. Dan ipoġġi ostaklu li għandu mnejn ma jħalliniex naqsmu magħhom il-​messaġġ tas-​Saltna. Jekk inkunu nafu għala l-​individwu qed iżomm lura, se niġu megħjunin inħejju mod kif inkellmuh li se jqanqlu jesprimi l-​opinjoni tiegħu. Iddiskuti kif nistgħu naddattaw il-​preżentazzjoni tagħna meta niltaqgħu mat-​tip taʼ nies li ġejjin: (1) Dawk li juru apatija lejn ir-​reliġjon, anki lejn tagħhom stess. (2) Dawk li huma marbutin emozzjonalment mad-​drawwiet reliġjużi prattikati mill-​familja u l-​antenati tagħhom. (3) Dawk li ma jħossuhomx komdi jitkellmu dwar it-​twemmin tagħhom għax ma tantx għandhom appoġġ skritturali għalih. (4) Dawk li huma preġudikati kontrina minħabba kummenti qarrieqa li jagħmlu dawk li jopponuna. Irranġa l-​lista skond il-​bżonn tat-​territorju lokali, waqt li tiffoka fuq l-​attitudnijiet li normalment wieħed jiltaqaʼ magħhom. Inkludi turija qasira li turi kif iddaħħal lil individwu f’konversazzjoni Skritturali.

18 min: “Uri l-​Lealtà Kristjana Meta Qarib Ikun Maqtugħ mis-​Sħubija.”b (Paragrafi 1-8) Għandha tingħata minn anzjan kwalifikat tajjeb li juża l-​mistoqsijiet provduti. Ara li kull paragrafu jinqara b’leħen għoli minn ħu li jaf jaqra sew.

Għanja 136 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 26 t’Awissu

Għanja 189

5 min: Avviżi lokali. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija minn pijunier regulari jew awżiljarju li juri kif jiġi preżentat it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Settembru u pubblikatur tal-​kongregazzjoni jippreżenta Stenbaħ! tat-​8 taʼ Settembru. Ħeġġeġ lill-​pubblikaturi kollha biex jinkludu skrittura fil-​preżentazzjoni tagħhom.

12 min: “Tgħallem Ikkomunika!”c Fil-​konklużjoni, ħeġġeġ lill-​pubblikaturi biex jirrivedu l-​kapitlu “How to Improve Communication Skills” (Kif Ittejjeb l-​Abbiltajiet Tiegħek Meta Tikkomunika) fil-​ktieb Benefit From Theocratic Ministry School Education (Ibbenefika mill-​Edukazzjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku), paġni 62-5.

18 min: “Uri l-​Lealtà Kristjana Meta Qarib Ikun Maqtugħ mis-​Sħubija.”d (Paragrafi 9-14) Għandha tingħata minn anzjan kwalifikat tajjeb li juża l-​mistoqsijiet provduti. Ara li kull paragrafu jinqara b’leħen għoli minn ħu li jaf jaqra sew.

10 min: Tfakkiriet għall-​Konvenzjoni Distrettwali. Irrepeti l-​pariri enfasizzati fl-​insert taʼ Mejju li japplikaw lokalment.

Għanja 125 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja