Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Marzu
13 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Marzu, waqt li jintwera mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf l-konversazzjoni billi jgħid, “M’iniex interessat.”—Ara l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, paġna 8, 9. Semmi l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa fil-festa pubblika taʼ nhar it-Tlieta, 19 taʼ Marzu.
12 min: Huwa l-Għoti Tiegħek Sagrifiċċju? Taħdita mill-indokratur li jippresiedi bbażata minn fuq il-Watchtower, taʼ l-1 taʼ Diċembru 1987, paġni 28-31.
20 min: “Stagħnew b’Opri Tajba.”a Għandha tingħata mill-indokratur tas-servizz. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem bis-sħiħ fil-ministeru bħala preparazzjoni għall-osservanza tal-Mafkar fit-28 taʼ Marzu. Iddiskuti kif l-inviti stampati jistgħu jintużaw bl-aħjar mod. Stieden lill-pubblikaturi jirrakkontaw kif irnexxielhom jikkonvinċu lill-qraba, lill-ġirien, lill-istudenti tal-Bibbja, u lil uħud interessati oħrajn biex jattendu għall-Mafkar tas-sena l-oħra u x’ferħ ġabilhom dan. Ħeġġeġ lil kulmin jistaʼ biex jaqdi bħala pijunier awżiljarju f’April u biex jikseb formola taʼ l-applikazzjoni wara l-laqgħa.
Għanja 82 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Iddiskuti t-“Tfakkiriet għall-Mafkar.” Ħeġġeġ lil kulħadd biex isegwi l-iskeda tal-qari tal-Bibbja għall-Mafkar mit-23 sat-28 taʼ Marzu, bħalma hu mniżżel f’Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2002.
15 min: “Magħqudin bil-Ferħ maʼ Jehovah u Ibnu.” Taħdita li tqanqal mill-Iskrittura li tingħata minn anzjan. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmel sforz akbar bejn issa u t-28 taʼ Marzu biex jistieden lil kemm jistaʼ jkun nies ħalli jattendu l-Mafkar magħna.
20 min: Kif Qed Tibbenefika mill-Yearbook? Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. L-ewwel, enfasizza l-punti prinċipali fl-“Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna,” li tinsab f’paġna 6 taʼ din il-ħarġa taʼ Il-Ministeru tas-Saltna. Imbagħad, staqsi lil dawk fl-udjenza biex isemmu rapporti u esperjenzi fil-Yearbook li sabuhom taʼ inkuraġġiment speċjali u saħħewlhom il-fidi. Ħeġġeġ lil kulħadd jaqra l-Yearbook kollu u jużah biex jgħin lill-istudenti tal-Bibbja jsiru familjari maʼ l-organizzazzjoni taʼ Jehovah.
Għanja 45 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Marzu
7 min: Avviżi lokali. Spjega li għadu m’huwiex tard wisq biex dak li jkun japplika ħalli jaqdi bħala pijunier awżiljarju f’April. Semmi l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa fil-festa pubblika taʼ nhar il-Ġimgħa, 29 taʼ Marzu.
18 min: “‘Għotjiet fi Rġiel’ Jirgħu lill-Merħla t’Alla bil-Ħeġġa.” Taħdita minn anzjan. Uri kif esperjenzi inkuraġġanti jistgħu jirriżultaw, u fil-fatt hekk jiġri, meta jsiru żjajjar pastorali fuq uħud inattivi u meta tingħata għajnuna lill-morda biex jagħmlu l-aħjar li jistgħu. Rgħajja kollhom imħabba juru apprezzament għall-isforzi kollha tagħhom mill-qalb biex jibqgħu attivi fis-servizz taʼ Jehovah.
20 min: “Żid il-Ferħ Tiegħek fl-Ippridkar.”b Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 5, itlob suġġerimenti prattiċi dwar kif inkunu effettivi bl-aħjar mod fit-territorju lokali. Ħejji turija jew tnejn taʼ eżempji kif forsi nistgħu nieħdu l-inizjattiva biex immorru fuq xi ħadd u nagħtuh xiehda fil-qosor. Ħeġġeġ lil kulħadd biex joħloq opportunitajiet ħalli jagħti xiehda matul din il-ġimgħa.
Għanja 15 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 1 t’April
14 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Marzu. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija minn anzjan taʼ kif jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’April u minn żagħżugħ li juri kif jiġi preżentat Stenbaħ! tat-8 t’April. Wara kull turija, enfasizza xi aspetti tajbin li kien hemm fil-preżentazzjoni.
15 min: Bżonnijiet lokali.
16 min: Uża l-Ktieb Reasoning biex Tagħti l-Inkuraġġiment. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Kulħadd ikollu bżonn taʼ inkuraġġiment b’imħabba minn żmien għall-ieħor. Għalhekk, ilkoll għandna nħossu l-bżonn li ‘nagħmlu l-qalb’ lil oħrajn, inkluż dawk li niltaqgħu magħhom fil-ministeru li jkunu mnikktin. (1 Tess. 5:14) Bl-użu tal-ktieb Reasoning, stieden lil dawk fl-udjenza biex isemmu liema inkuraġġiment Skritturali kieku jaqsmu maʼ xi ħadd li jkun għaddej minn xi waħda mill-provi msemmijin f’paġni 117-21. Issuġġerixxi li kulħadd individwalment jipprova jinkuraġġixxi lil xi ħadd kulmeta jkun hemm il-bżonn.—Gal. 6:10.
Għanja 131 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.